Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jirċievi l-pensjoni bħalissa li hu intitolat għaliha u jekk hux ser ikun hemm tibdil fil-pensjoni tiegħu matul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-bus stage "Għeneb" fi Triq Santa Katarina, Ħ'Attard jerġa’ lura għal fejn kien qabel tmexxa temporanjament minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bus stop “Għeneb” fi Triq Santa Katarina, kien ġie relokat fil-post li jinstab fih illum b’mod permanenti u mhux temporanju. Dan wara li l-post fejn kien jinstab qabel, jiġifieri ħdejn ir-roundabout li tinstab fil-junction li hemm bejn Triq Santa Katarina, Triq l-isptar, u Triq Annibale Preca, kien meqjus li seta’ jkun ta’ periklu. Dan sar wara diskussjonijiet li l-Awtorità kellha mal-Kunsill Lokali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18005, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan li rrefera għalih u li fuqu ser isiru x-xogħlijiet fi Triq Victor Vassallo, Ħ’Attard?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ħ’Attard – Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru u li jridu jsiru fi Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba, Ħ'Attard?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet proposti għaż-żona msemmija jinkludu trinek ta’ telekomunikazzjoni, trinek u arranġamenti għat-tibdil tal-arbli u dawl tat-triq, trinek għat-titjib tas-servizzi tal-Enemalta, partijiet ta’ trinek għas-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ, bini u disinn ta’ roundabout ġdida fil-parti ta Triq Durumblat, Triq it-Torba u Triq Santa Katarina, tibdil fid-disinn tar-roundabout ta' Santa Katarina, Attard, trinek u tqegħid ta’ pajpijiet ġodda għall-ġbir tal-ilma tax-xita, skavar u bini tat-triq mill-ġdid, u linji taż-żebgħa u tabelli meħtieġa.
Ma’ din it-tweġiba qed inpoġġi l-pjanti tal-proġett fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħ’Attard – Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li ser idum sabiex jitlesta x-xogħol fi Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba Ħ'Attard u jingħata t-tarmac?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl li l-kostruzzjoni tas-servizzi għall-parti tat-triq tat-Torba f’Ħ’Attard, huma fil-fażi finali li jitlestew, parti minn din it-triq imsemmija huma pjanati li jingħataw l-asfalt fil-ġimgħat li ġejjin. Servizzi proposti u tħejjijiet fuq id-disinn jinsabu għaddejjin ukoll, bix-xogħlijiet għandhom ikunu konklużi bl-asfalt iktsr tard din is-sena.
Ħ’Attard – Triq Santa Katarina – Tisbiħ tas-Central Strip
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir xogħol ta’ tisbiħ tas-Central Strip ta’ Triq Santa Katarina Ħ'Attard wara li din tinsab f'telqa minħabba xogħlijiet li saru fl-istess triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ġew konklużi ftit mis-servizzi proposti għall-parti tat-Triq Santa Katerina, trinek miftuħa ġew mimlija biex b’hekk tkun tista’ tinfetaħ għad-direzzjoni tat-traffiku kif kienet qabel ma bdew ix-xogħlijiet. Dan sakemm għaddejjin xogħlijiet oħra f’parti minn Triq Pantar u Triq it-Torba. Wara li jitlestew xogħlijiet f’din il-parti tat-triq, il-parti inizjali terġa’ tingħalaq biex isiru xogħlijiet aħħarija fiha, li jinkludu xogħlijiet ta’ skavar, mogħdija ta’ servizzi, telekomunikazzjoni, u tibdil ta’ bankini.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jirċievi l-pensjoni bħalissa li hu intitolat għaliha u jekk hux ser ikun hemm tibdil fil-pensjoni tiegħu matul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat li jirċievi "Benefiċċju waqt l-impjieg" mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa dan il-benefiċċju kull ġimgħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) li ġie iffirmat fil-15 ta’ Mejju 2021 biex il-club li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tal-futbol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) li ġie iffirmat fil-15 ta’ Mejju 2021 biex il-club li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tal-futbol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex qed tirċievi l-pensjoni bħalissa li hi intitolata għaliha u jekk hux ser ikun hemm tibdil fil-pensjoni tagħha matul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma kelliex tibdil fil-pensjoni meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv fejn kienet taħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija ser tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fi Triq Victor Vassallo f’Ħ’Attard? Jista jgħid ukoll meta, jekk hemm data, dan ix-xogħol ser jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x- xoghol ser jitkompla wara li ġew approvati xi tibdil li ġie propost fil pjan oriġinali
Dwar it-toroq li jmissu ma' Triq Victor Vassallo f’Ħ’Attard, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħa jdumu għaddejjin ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq, kif ukoll fuq il-bankini, biex ikunu diċenti u mingħajr aktar periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema toroq qed jagħmel referenza għalihom fil-Mistoqsija Parlamentari numru 18006, dan minħabba l-fatt li Triq Victor Vassallo hija waħda twila u maqsuma minn numru ta’ toroq perpendikolari tul it-triq kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-triq ta' fuq il-pont ta' wara l-istabbiliment Ivory & Co ġewwa Ħ’Attard, tħalliet diżlivellata meta tiġi biex toħroġ għat-triq prinċipali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-inħawi indikati f’din il-Mistoqsija Parlamentari, għadu jrid isir xi xogħol, fosthom t-tibdil tal-istruttura tal-pont. Dan ix-xogħol qed jiġi kkordinat ma’ xogħlijiet oħra, fosthom xogħlijiet li saru fi Triq il-Linja, Triq il-Pitkalija u xogħlijiet oħra li għaddejjin fi Triq Victor Vassallo. Wara li x-xogħlijiet fit-toroq tal-akwata jkunu lesti, jkun jista jingħalaq il-pont u jitlestew ukoll ix-xogħlijiet wara l-post indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadu ma kellux tibdil fil-pensjoni meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv fejn kien jaħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija ser tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.