Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi Ewropej — allokazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24881 u 25124 u jgħid kemm intużaw fondi ewropej (sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda) li kienu allokati għal pajjiżna matul l-2024 u l-2025? F'liema proġetti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħala kjarifika qed jiġi spjegat li l-mistoqsija kif ġiet sottomessa ma tirriflettix għal kollox il-mod kif il-fondi tal-UE jiġu allokati u mmaniġġjati. Il-fondi tal-UE joperaw fi ħdan qafas finanzjarju multiannwali, fejn l-allokazzjonijiet jiġu pprogrammati fuq perjodu ta’ seba’ snin.

Berġa ta’ Ħ’Attard — Nutritionist

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm nutritionist fil-Berġa ta’ Ħ’Attard?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-servizz ta' Nutritionist fil-Klinika tal-Komunità ta' H'Attard huwa ppjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Dan se jibda jkun offrut darba fi ħmistax, nhar ta’ Tnejn.

Berġa ta’ Ħ’Attard — Infermiera u tabib

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-infermiera u t-tabib ikunu aktar spissi fil-Berġa ta’ Ħ’Attard? Jista’ jgħid ukoll sal-lum kemm jattendu kull ġimgħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab informat li hemm proċess għaddej biex jiżdiedu ir-riżorsi ta’ tobba u nfermieri ġewwa ċ-ċentri maġġuri tas-saħħa fil-Kura Primarja. B’hekk il-pazjenti li għandhom bżonn kura mmedjata jinqdew aktar malajr u l-oħrajn jingħataw kura b’appuntament fil-bereġ tal-komunità.

Fondi Ewropej — allokazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24881 u jgħid kemm intużaw fondi ewropej (sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda) li kienu allokati għal pajjiżna matul l-2024 u l-2025? F'liema proġetti?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema mal-Gvern – Career break

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern u li talbu career break u għandhom erbat itfal jew aktar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-provvedimenti f’Taqsima 2.4 tal-Manual on Work-Life Balance Measures, impjegati pubbliċi ma jiddikjarawx kemm għandhom tfal meta jissottmettu talba għal Career Break. Għaldaqstant, din l-informazzjoni li qed tiġi mitluba ma tistax tingħata peress li m’hiex miżmuma mill-Amministrazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Manwal għal skopijiet ta’ referenza.

MFSA — ħaddiema li ħadu performance bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru u f'liema grad kienu jew huma l-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li ħadu performance bonus għas-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Kemm ħadu kull wieħed jew waħda minnhom separatament? Jista’ jgħid ukoll kif inħadem tali bonus u min iddeċieda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FIAU — ħaddiema li ħadu performance bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru u f'liema grad kienu jew huma l-uffiċjali fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li ħadu performance bonus għas-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Kemm ħadu kull wieħed jew waħda minnhom separatament? Jista’ jgħid ukoll kif inħadem tali bonus u min iddeċieda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Baħar iċ-Ċagħaq — Latrina Pubblika

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19637 u 20677, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ fejn u kif ser issir il-latrina pubblika f'Baħar iċ-Ċagħaq u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din il-latrina?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ fejn se ssir il-latrina. Din il-latrina se tkun waħda mis-Self Cleaning Public Toilets li se jibdew jiġu introdotti f’pajjiżna mis-sena d-dieħla.

Santa Venera — Triq Patri Ġustin Sant - Lift fi Blokk

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20679, jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal lift fi Blokk H fi Triq Patri Ġustin Sant, Santa Venera u jekk le, għaliex le?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-approvazzjoni għax-xogħlijiet msemmija fil-mistoqsija tiegħu ħarġet mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni fis-17 ta’ Lulju 2024.

Videogaming Grant Scheme — Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (sena u xahar) bdew jiġu vvutati finanzi fil-Baġit għall-Videogaming Grant Scheme? Kemm ġew allokati flus kull sena, sena b’sena? Kemm intużaw flus kull sena, sena b’sena u lil liema kumpaniji u/jew individwi ngħataw dawn il-fondi, kemm ingħataw u x’kienu l-parametri jew il-kriterji li ġew meqjusa fl-għoti ta’ kull għotja, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-2019, Malta għamlet passi sinifikanti biex tistabbilixxi lilha nnifisha bħala ċentru kompetittiv għall-iżvilupp tal-video games, l-esports, u l-industriji tat-teknoloġija immersiva. Minkejja l-isfidi globali li rriżultaw fiż-żmien il-pandemija bil-miżuri proattivi ta’ Malta ppermettew lill-pajjiż irawwem ekosistema li qed tikber, tattira studios internazzjonali, trawwem talent lokali, u jospita avvenimenti globali. Għaldaqstant qed iniqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument tal-viżjoni tal-Gvern għas-setturi tal-Video Games u tal-eSports u l-informazzjoni mitluba.

E-Sport/E-Sport Policy — Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (sena u xahar) bdew jiġu vvutati finanzi fil-Baġit għall-E-Sport u/jew E-Sport Policy? Kemm ġew allokati flus kull sena, sena b’sena? Kemm intużaw flus kull sena, sena b’sena u lil liema kumpaniji u/jew individwi ngħataw dawn il-fondi, kemm ingħataw u x’kienu l-parametri jew kriterji li ġew meqjusa fl-għoti ta’ kull għotja, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21768.

Educational Initiatives (Gaming Malta) — Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (sena u xahar) bdew jiġu vvutati finanzi fil-Baġit għall-Educational Initiatives (Gaming Malta)? Kemm ġew allokati flus kull sena, sena b’sena? Kemm intużaw flus kull sena, sena b’sena u lil liema kumpaniji u/jew individwi ngħataw dawn il-fondi, kemm ingħataw u x’kienu l-parametri jew kriterji li ġew meqjusa fl-għoti ta’ kull għotja, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21768.

GamingMalta Foundation — Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (sena u xahar) bdew jiġu vvutati finanzi fil-Baġit għall-GamingMalta Foundation (GamingMalta)? Kemm ġew allokati flus kull sena, sena b’sena? Kemm intużaw flus kull sena, sena b’sena u lil liema kumpaniji u/jew individwi ngħataw xi fondi minn GamingMalta Foundation, kemm ingħataw u x’kienu l-parametri jew kriterji li ġew meqjusa fl-għoti ta’ kull għotja, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21768.

Skejjel tal-Gvern — Arja kkundizzjonata - Klassijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il klassi għandha l-arja kkundizzjonata fl-iskejjel kollha tal-Gvern u kemm-il klassi m’għandhiex u jaqsam din l-informazzjoni skola skola u klassi klassi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ACs li ma kenux qed jaħdmu, kemm damu bil-ħsara u kemm għad hemm bil-ħsara, mill-bidu tas-sena skolastika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19652 fejn kien diġà beda l-proċess ta' installar, ittestjar, u kkumissjonar ta’ units tal-arja kkundizzjonata. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li minn dakinhar 'l hawn, mal-577 unit ġdid żdiedu 40 unit oħra tal-arja kkundizzjonata, għal total ta’ 617-il unit.

Ħ'Attard — Kulleġġ San Nikola - Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Gvern ta’ Ħ'Attard li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola? Kemm hemm studenti f'kull klassi? Jista’ jgħid ukoll jekk kull klassi f'din l-iskola għandhiex saqaf tal-ġebel jew jekk hux qed jintużaw containers jew mobile classrooms biex fihom ikollhom il-lezzjonijiet it-tfal f'din l-iskola? Jekk iva, hu l-pjan li tibqa’ hekk? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din l-iskola titkabbar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

CDAU — Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern dwar iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) kemm mill-aspett ta’ servizzi u ħaddiema, kif ukoll mill-aspett ta’ bini minn fejn jopera dan il-unit?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern huwa li s-Servizz taċ-Child Development Unit (CDAU) jibda jingħata minn post alternattiv bl-għan li jiġi offrut servizz ħolistiku li jindirizza l-bżonnijiet kollha ta’ dawn it-tfal u l-familji tagħhom. Dan is-servizz diġa qed jingħata f’Għawdex minn Ċentru għat tfal u adoloxxenti li jinkludi servizzi ta’ speċjalisti tal-iżvilupp tat-tfal, kif ukoll fiżjoterapija; occupational therapy, speech language pathology; psikjatrija ta’tfal u adoloxxenti. Ma’ dawn qed jiġu offruti servizzi ġodda bħal dental hygienist, community paediatrics u family therapy.

Kummissarju tal-Pulizija — Kuntratt ġdid

Question

B'referenza għar-ruling li ngħata fis-seduta numru 259 u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20668, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt il-ġdid (jew li għadu kif ġie mġedded) tal-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-tiġdid tat-terminu tal-Kummissarju tal-Pulizija ma kienx jeħtieġ kuntratt ta’ impjieg ġdid, iżda ittra ta’ ħatra li diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Anke jekk mhux mitlub fil-mistoqsija parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija.