Legislature:
Category:
Reset
Active:

AIMS – Bord — Laqgħat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25945, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il laqgħa saret, min attenda u kopja tal-minuti approvati ta’ kull laqgħa li saret sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord intaqa’ b’mod regolari b’medja ta’ darba fix-xhar u l-membri tal-bord ikunu preżenti. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-minuti tal-bord, għal fini ta’ kunfidenzjalità, mhux ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

AIMS — Għaqdiet sportivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25946, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Kif diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 25946, dan hu proċess kontinwu. Għalhekk tali nformazzjoni tista’ tiġi sottomessa appena l-proċess jiġi terminat.

National Anti-Doping Appeals Panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa ċ-Chairman u min huma l-membri tan-National Anti-Doping Appeals Panel fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) u kemm-il darba ltaqa’ fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każi pendenti quddiem dan il-Panel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord imsemmi jintaqa skont il-ħtieġa. Infurmat li bħalissa hemm 2 każijiet pendenti. Il-lista tal-membri jinsabu hawn taħt; Rwol Isem u Kunjom Chairperson Dr. Geoffrey Vella Membri Dr. Zackariah Esmail Dr. Raiza Oncu Dr. Sylvano Mizzi Mr. Edwin Borg Segretarja Ms. Naomi D’Amato

National Anti-Doping Disciplinary Panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa ċ-Chairman u min huma l-membri tan-National Anti-Doping Disciplinary Panel fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) u kemm-il darba ltaqa’ fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każi pendenti quddiem dan il-Panel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord imsemmi jintaqa skont il-ħtieġa. Infurmat li bħalissa m’hemm l-ebda każ pendenti. Il-lista tal-membri jinsabu hawn taħt; Rwol Isem u Kunjom Chairperson Dr. Rolan Borġ Membri Prof. Janet Mifsud Dr. Rachel Tua Dr. Abigail Gauci Dr. Mireille Farrugia Dr. Daniela Mifsud Segretarja Ms. Christine Catania Bonello

MFSA — Għażla ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li rriżenja mill-kariga tiegħu mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), intgħażilx wara sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll meta ġiet ippubblikata tali sejħa pubblika; fejn ġiet ippubblikata u kemm kien hemm applikazzjonijiet għal tali applikazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu kkonċernat, ġie maħtur bħala Kap Ezekuttiv tal-MFSA wara proċess ta’ ħatra mwettaq mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ dak iż-żmien. Fil-fatt ġie iffurmat sub-kumitat tal-istess Bord sabiex jevalwa l-applikazzjoni ta’ dan l-individwu. Sussegwentament, il-Bord approva l-ħatra tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità.

SportMalta — Akkademji Sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il akkademja sportiva jieħu ħsieb u jsostni l-Gvern taħt il-kappa ta’ SportMalta? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-akkademji u xi pjan għandu għax-xhur u s-snin li ġejjin għal kull akkademja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa SportMalta għaddejja b’eżerċizzju ta’ evalwazzjoni u reviżjoni tal-programmi li fosthom jinkludu l-akkademji, fejn fost l-oħrajn se jkun aġġornat ir-rwol tal-programmi biex dawn jirriflettu l-bżonnijiet attwali ta’ dak li għandu x’jaqsam mal-kamp sportiv, edukattiv u soċjali b’mod partikolari tat-tfal kif ukoll tal-adulti u setturi oħra tal-popolazzjoni Maltija li jirriflettu l-għanijiet ta’ SportMalta hekk kif stabbiliti fl-Att dwar l-Sport. Kif kien imħabbar u ppjanat fix-xhur li għaddew, SportMalta ser twettaq bidliet sostanzjali fil-programm On The Move minn Ottubru li ġej. Dan qed isir bħala parti mit-tiġdid tal-entità. Il-programm il-ġdid se jkun qed jiffoka aktar fuq il-fundamenti tal-isport, kif ukoll biex jilqa' aktar parteċipanti ta’ aktar minn 16-il sena. Barra minn hekk, wara survey li ġie mibgħut lill-ġenituri u konsultazzjoni ġenerali mal-kowċis u mal-komunità sportiva, se jkun hemm enfasi fuq approċċ "parent and child" fil-programmi tagħna. Infurmat li se jiġi inkluż ukoll fitness ġenerali u varjat, u se jiżdiedu aktar ċentri wara li SportMalta kabret in-numru ta’ faċilitajiet tagħha. Barra minn hekk, SportMalta qed tanalizza s-sitwazzjoni tal-parteċipazzjoni fost l-adolexxenti u se tkun qed toffri programmi ġodda għalihom. Il-programm il-ġdid se jibda fit-tieni ġimgħa ta’ Ottubru 2025.

Kabinett

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25445, 25662 u 25883 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darboħra, ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu qed jinġabar. Perswaz li jifhem li tali tagħrif jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien biex dan jinġabar.

Motor Sport — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25942 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Motor Sport — Fatturi/Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25943 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kabinett

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25445 u 25662 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu qed jinġabar, persważ li jaf li tali tagħrif jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien biex dan jinġabar.

Motor Sport — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Motor Sport — Fatturi/Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Motor Sport — Bord/Kumitat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord jew il-kumitat li qed jieħu ħsieb biex jittieħdu d-deċiżjonijiet relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-proġett qed isiru b’mod regolari fil-Ministeru stess mal-istakeholders konċernati.

AIMS — Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bord ġie mwaqqaf u min huma l-membri ta’ kull bord li jaqgħu taħt l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika bord li jaqa taħt l-Awtorità msemmija hu l-board tad-Diretturi u li l-informazzjoni mitluba ġiet mwieġba permezz tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19337.

AIMS — Għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma u kemm hemm għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Integrita fl-Isport Malti tinsab għaddejja bi proċess kontinwu sabiex tassigura li l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjoniet sportivi Maltin ikunu rreġistrati mal-Awtorità.

Trade Unions — Rapport tar-Reġistratur

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x'kienu l-aħħar ċifri tal-imsieħba f'kull trade union skont l-aħħar rapport tar-Reġistratur tat-Trade Unions u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li ġie ppubblikat?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kabinett

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25445 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu qed jinġabar, perswaz li jaf li tali tagħrif jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien biex dan jinġabar.

Benefiċċji — Fibromyalgia u M. E.

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni u kemm ħadu kull wieħed fi flus, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari (mingħajr ma jissemmew l-ismijiet), u x’raġunijet ingħataw dawk li ma bbenefikawx mill-benefiċċju ġdid li beda minn Awwissu 2024 għall-persuni bil-Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis (M.E)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor, Interpellant, li permezz ta’ miżura tal-Budget għas-sena 2024, ġie emendat l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), prinċiparjament l-Artikolu 106 (g) li permezz tiegħu ġie kompost bord interprofessjonali sabiex jevalwa l-applikazzjonijiet kollha għall-Assistenza għal Diżabilità u l-Assistenza għal Diżabilità Severa. Tali bidla ma saritx biss għall-persuni bil-Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis (M.E) iżda saret sabiex persuni bi problemi ta’ funzjonalità, li mhux neċessarjament għandhom diżabiltà imsemmija fil-liġi, ikunu possibilment mgħejjuna aħjar. Il-bord inter-professjonali jevalwa tali applikazzjonijiet bbażat fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF). Mill-persentaġġ tal-istess ICF based evaluation, il-persuna tiġi mgħarrfa jekk tikkwalifikax għall-Assistenza għal Diżabilità Severa jew Assitenza għal Diżabilità, jew jekk għandhiex tinħareġ ċaħda. Mill-istess emendi fid-disposizzjonijiet tal-Artikolu 106 (g) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), f’każ ta’ ċaħda, l-persuna jkollha d-dritt li tappella. Fir-rigward tal-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, ninforma li minn meta ġiet introdotta r-riforma, jiġifieri mit-2 ta’ Settembru 2024, b’kollox ġew sottomessi 1,254 -il applikazzjoni li jinkludu iżda mhux biss applikanti bil-kundizzjoni ta’ Fibromylagia jew Myalgic Encephalmyelitis (M.E.). Mill-1,254 applikazzjoni, 676 minnhom ġew ipproċeessati sa issa. Tajjeb jingħad, li qabel mal-każ jgħaddi għall-iskrutinju tal-bord inter-professjonali, isir ivvettjar amministrattiv mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza. Għaldaqstant 458-il applikazzjoni ġew miċħuda minħabba li ma’ ssodisfawx il-parametri amministrattivi u ġew iggwidati biex japplikaw kif suppost. Mill-218-il applikazzjoni li dehru quddiem il-bord inter-professjonali sa issa, ġew approvati 97 każ u 121 oħra kienu miċħuda minħabba li l-livell ta’ non-funzjonalità skont l-ICF irriżulta baxx.. Is-97 każ li ġew approvati, sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din l-interpellanza tħallsu total ta’ €354,212 bħala Assistenza għal Diżabilità Severa u €157,222 bħala Assistenza għal Diżabilità. L-ammonti kkwotati jirriflettu l-każijiet li għaddew mill-iskrutinju tal-bord inter-professjonali minn meta bdew jidħlu l-applikazzjonijiet fit-2 ta Settembru 2024 u għalhekk wara li daħlet fis-seħħ ir-riforma. Tajjeb jinghad illi fejn kien hemm applikazzjonijiet b kundizzjonijiet/diżabilitajiet ġodda u mhux diżabilitajiet li kien ilhom espressi fil-liġi, l-pagament dovut tħallas mill-1 ta Jannar 2024 sabiex jirrifletti dak li intqal fil-miżura tal-baġit, hekk kif miżura tal-baġit dejjem tiġi kkunsidrata li ddaħlet fis-seħħ mill-bidu tas-sena.

Trade Unions — Rapport tar-Reġistratur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu l-aħħar ċifri tal-imsieħba f'kull trade union skont l-aħħar rapport tar-Reġistratur tat-Trade Unions u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li ġie ppubblikat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kabinett

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.