Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943, 26331 u 26480 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-multi maħruġa mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mis-sena 2019 sas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari qed tiġi murija fit-tabella t’hawn taħt. Din l-istatistika tinkludu l-multi kollha li nħarġu mill-Korp.
Sena
(b’meta ġew imposti)
Numru ta’ multi maħruġa matul is-sena indikata
Total ta’ multi miġbura - €
2024
84
437,476
2023
144
1,407,475
2022
145
3,557,701
2021
176
1,184,317
2020
170
2,103,277
2019
20
37,050
Tajjeb jiġi rimarkat li l-ammonti tal-multi miġbura fis-snin indikati, għal xi snin minnhom jinkludu rkupru ta’ multi li ma’ ġewx imposti fl-istess sena. Dan jista’ jseħħ għal numru ta’ raġunijiet iżda primarjament iseħħ minħabba li multi b’valur li jeċċedi l-ħamest’elef ewro jistgħu jiġu appellati quddiem l-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri).
Naturalment, l-obbligu tal-ħlas tal-multa in kwistjoni jiġi sospiż sakemm ikun hemm sentenza finali mill-istess qorti. Il-Qorti tal-Appell għandna s-setgħa li tħassar, tvarja jew tikkonferma l-multa hekk kif imposta mill-FIAU u għaldaqstant dan jista’ ukoll ikollu impatt fuq l-ammonti tal-multi miġbura.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż legali li għamlet il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mis-sena 2019 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena u kif intgħażlu tali rappreżentanti legali? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal kull kawża li ffaċjat l-FIAU fil-Qrati Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li tneħħew jew irriżenjaw mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li qed iservu f’entità oħra fi ħdan il-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll min huma u għaliex tali pożizzjoni hija tenibbli ġaladarba tneħħew jew irriżenjaw mill-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna waħda biss irrizenjat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), u qed isservi f’entità oħra fi ħdan il-Ministeru.
Il-persuna in kwistjoni kienet diġà impjegata fl-entità qabel ma nħatret fuq il-Bord tal-FIAU, u wara r-rizenja tagħha mill-Bord kompliet fl-istess impjieg.
FIAU u MFSA — Kawżi kostituzzjonali mitlufa - Ħatra ta’ kumitat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk appuntax kumitat sabiex jippjana triq ’il quddiem fl-eventwalità li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) jitilfu l-kawżi kostituzzjonali li qed jiffaċċjaw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ghall-Finanzi ma appunta ebda kumitat kif imsemmi fil-mistoqsija, izda nista nikkonferma li l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) appuntat Advisory Board sabiex jezamina l-liġijiet relevanti, jagħmel riċerka u analizi inkluz dwar deċizjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jikkonsulta ma’ stakeholders, u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif il-proċessi u l-proċeduri taz-zewġ Awtoritajiet (MFSA u FIAU) jistghu jissaħħu sabiex ikun hemm aktar trasparenza u element akbar ta ekwita' fit-tħaddim ta' dawn il-proċessi.
Ninsab infurmat li matul il-ħidma tiegħu l-Advisory Board ħa konjizzjoni wkoll ta’ zewġ deċizjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali li ingħataw f’Novembru li għadda fejn il-Qorti ikkonfermat li l-imposizzjoni ta’ multi mill-FIAU ma tmurx kontra l-Kostituzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas żejjed l-Ex CEO tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-istess MFSA? Jista’ jgħid ukoll jekk traddewx xi flus lura? Jekk iva, meta traddew lura u x’wassal biex sar dan il-ħlas ta’ flus żejda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFSA la ħallset zejjed u lanqas irċeviet pagamenti mingħand l-eks Kap Ezekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA). Dan peress li l-ammonti ġew imnaqqsa kontra xulxin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ġiet akkużata bi ksur tal-protezzjoni tad-data (breach ta’ data protection) u liema kienu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawza u li ġew imwieġba, diġa tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) ta’ leaks lill-media minn subject persons fl-2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ir-rapporti, x’investigazzjonijiet saru u x’passi ttieħdu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) fis-snin 2019, 2020, 2021, 2023 u 2024 offriet settlement lil subject persons imbagħad dawn ġew irtirati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru settlements ma’ kumpaniji mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kienu tali kumpaniji? Jista’ jgħid ukoll min mill-MFSA ddeċieda li jagħmel tali settlements u x’kienu dawn is-settlements?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22134, jista’ l-Ministru jgħid liema huma u fejn jinsabu d-devoluzzjonijiet imsemmija f’Ħ’Attard, il-Mosta, l-Iklin, Ħal-Lija, in-Naxxar u l-Imdina? Jista’ wkoll jikkonferma li ma hemm l-ebda devoluzzjoni f’Ħal-Balzan?
MFSA — Kopji żbaljati ta’ liċenzji ta’ subject persons
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba u liema kienu d-drabi fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) uriet kopja żbaljata tal-liċenzja ta’ subject person fuq is-sit elettroniku tagħha mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema subject persons kellhom kopja żbaljata tal-liċenzja murija fuq is-sit elettroniku tal-MFSA?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu multi mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u kemm kien l-ammont tal-multi li nħarġu mis-sena 2019 sas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25942 u 26330 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943 u 26331 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25445, 25662, 25883 u 26305 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-226 kilogramma ta’ droga li nsterqet minn ġewwa l-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta fi Frar tal-2025, skont kif ikkonfermat il-Pulizija ta’ Malta, ġiet irkuprata sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Membru jifhem li l-Ministru mhux parti mill-investigazzjonijiet. Ninsab infurmat li d-dettalji dwar dak li qed jistaqsi l-Onor. Interpellant ingħataw waqt il-kumpilazzjoni li tinsab għaddejja fil-Qrati Maltin, fejn kien spjegat kif l-investigazzjonijiet stabbilixxew li nsterqu 132 blokka li minnhom ġew irkuprati 83 blokka. Dwar dan il-każ tressqu sitt persuni l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) kien hemm membri li ħarġu mil-laqgħa fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021u għal liema raġuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, normalment joħorġu mill-laqgħat meta jiddikjaraw konflitti ta’ interess relatati ma’ punti speċifiċi fuq l-aġenda.
F’każijiet oħra, membri jistgħu jkunu assenti jew skużati milli jattendu ċerti laqgħat għal raġunijiet amministrattivi, ta’ safar jew personali.
Jista’ l-Ministru jgħid min jappunta l-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Gvernaturi tal-MFSA jiġi appuntat skont l- artiklu 6 (2) ta’ l att -Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta:
“(2) Il-Bord tal-Gvernaturi jkun magħmul minn dawn li ġejjin:
(a) Chairman maħtur mill-Prim Ministru li jaġixxi skont il-parir tal-Kabinett tal-Ministri;
(b) Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni;
(ċ) ħames membri oħra jew aktar maħtura mill-PrimMinistru minn fost persuni li jkunu distinti fil-kummerċ, attivitajiet finanzjarji, il-professjonijiet, is-servizzi pubbliċi jew fil-ħajja akkademika li fil-fehma tiegħu jkunu jistgħu jirrappreżentaw il-mod kif jaħsbuha l-industrija u l-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji.
Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħżel deputat Chairman mill-Membri tal-Bord.”
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25944, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, min attenda u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti ta’ kull laqgħa li saret sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-laqgħat jiġu skedati skont il-ħtieġa. Għal fini ta’ kunfidenzjalita, informazzjoni ulterjuri ma tistax tiġi ppublikat.