Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35211 u jgħid għaliex il-Komunikazzjonijiet maħruġa mill-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) qed jinħarġu bla firma tal-uffiċjal mittenti? Jista’ jgħid ukoll x’wassal biex tinħareġ il-Komunikazzjoni Nru 10/2025, dwar il-lingwa li tintuża fit-tfassil tal-korsijiet applikabbli għall-akkreditazzjoni, li evidentement il-kontenut tagħha jidher li jmur kontra l-prinċipji mħaddna kemm mill-MFHEA, kemm mill-Unjoni Ewropea, u xejn anqas mill-ispirtu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar l-Ilsien Malti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-komunikazzjoni msemmija kienet maħsuba biex tindirizza b’mod temporanju l-anomaliji identifikati. Bħalissa din il-policy qed tiġi finalizzata u se tidħol fis-seħħ fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal biex ikun hemm daqshekk dewmien għall-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ programmi? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm talbiet pendenti u kull applikazzjoni kemm ilha pendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-MFHEA hija kommessa li tkompli tindirizza l-proċessi ta’ akkreditazzjoni b’effiċjenza filwaqt li kemm huwa possibbli, il-proċessi jitħaffu.
Fir-rigward tal- Edukazzjoni Avvanzata (Further Education), preżentement hemm ħdax (11) il-applikazzjoni pendent, li ġew sottomessi mit-12 ta’ Marzu 2026, l’ hawn. Hemm ukoll żewġ (2) programmi li huma pendenti minn Novembru 2025 minħabba dokumentazzjoni nieqsa. Hemm ukoll tlett (3) applikazzjonijiet pendent minn Awwissu 2025, minħabba li għadha ma nstabitx persuna bil-kwalifika meħtieġa biex tgħallem il-lingwa Torka.
Rigward l-Edukazzjoni Ogħla (Higher Education), hemm tmintax (18) il-talba pendenti li ġew sottomessi minn Frar 2026 l’hawn.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Komunikazzjonijiet maħruġa mill-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) qed jinħarġu bla firma tal-uffiċjal mittenti? Jista’ jgħid ukoll x’wassal biex tinħareġ il-Komunikazzjoni Nru 10/2025, dwar il-lingwa li tintuża fit-tfassil tal-korsijiet applikabbli għall-akkreditazzjoni, li evidentement il-kontenut tagħha jidher li jmur kontra l-prinċipji mħaddna kemm mill-MFHEA, kemm mill-Unjoni Ewropea, u xejn anqas mill-ispirtu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar l-Ilsien Malti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Prodotti kannabinojdi - Marketing u reklamar - Restrizzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta' prodotti kannabinojdi li ma jkunx fihom iktar minn 0.2% tetrahydrocannabidiol u prodotti bit-tikketta “not approved for human consumption” (For In Vitro Research)?
Prodotti kannabinojdi - Marketing u reklamar - Restrizzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta' prodotti kannabinojdi li ma jkunx fihom iktar minn 0.2% tetrahydrocannabidiol u prodotti bit-tikketta “not approved for human consumption” (For In Vitro Research)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat mill-ARUC illi l-istess Awtorita' hija konxja ta' tali prodotti u f'diversi istanzi ikkomunikat mal-entitajiet kkonċernati dwar l-istess.
In oltre, infurmat illi tali materja ser tkun inkluża u regolata f'abbozz ta' liġi li l-istess ARUC qed tipproponi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni fit-tmexxija tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li għandhom relazzjoni familjari ma’ min għandu liċenzja biex jopera Cannabis Harm Reduction Association? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex tiġi osservata l-governanza f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi każijiet ta' kunflitt t'interess fi ħdan l-Awtorita' għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis huma regolati f'konformita mad-Direttiva 16 entitolata 'Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika'.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membru tal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li daħal bi sħab u/jew qed joffri servizzi diretti jew anċillari lill-Cannabis Harm Reduction Associations?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi każijiet ta' kunflitt t'interess fi ħdan l-Awtorita' għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis huma regolati f'konformita mad-Direttiva 16 entitolata 'Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika'.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membru tal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li għandu interessi jew huwa assoċjat fil-bejgħ u/jew importazzjoni ta' Cannabinoids?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi każijiet ta' kunflitt t'interess fi ħdan l-Awtorita' għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis huma regolati f'konformita mad-Direttiva 16 entitolata 'Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika'.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ispiża marbuta mal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b'sena u jispjega minn liema budget jew fond bdiet titħallas din l-ispiża?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l- ħlasijiet saru u qed issiru f'konformita mal-Manwal applikabbli.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34628 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qligħ li għamlet l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi bejn l-2023 u l-2025, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis ġabret il-kontribuzzjonijiet li ġejja
:
Tip ta' Dritt
Total
Tariffa Amministrattiva
€24,000
Kontribuzzjoni għat-Tnaqqis tal-Ħsara
€149,780
Kontribuzzjoni ta' Proġetti Komunitarji
€17,092
Tariffa ta' Liċenzja
€431,533
Total
€626,453
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34138, 34296, 34475 u 34625 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?
ARUC, Pulizija, awtoritajiet u entitajiet - Koordinazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’mekkaniżmi formali ta’ koordinazzjoni jeżistu bejn l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), il-Pulizija, l-awtoritajiet tas-saħħa, l-entitajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-Awtorità tal-Ippjanar dwar:
i. spezzjonijiet u konformità;
ii. ilmenti pubbliċi; u
iii. azzjoni rapida f’każijiet fejn jista’ jkun hemm espożizzjoni ta’ minorenni?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi s-sorveljanza tal-Cannabis Harm Reduction Associations (CHRAs) tiġi mwettqa unikament mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC).
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kronoloġija (bid-dati) tal-azzjonijiet meħuda bejn l-entitajiet kompetenti dwar ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola, inklużi spezzjonijiet, korrispondenza u deċiżjonijiet, u liema entitajiet kienu involuti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-ħanut indikat mill-Interpellant huwa intiż li jopera fuq livell kummerċjali u għal profitt, u għalhekk ma jaqax taħt il-liġijiet u regolamenti amministrati mill-ARUC.
Madanakollu, infurmat li l-ARUC segwiet il-kwistjoni mill-qrib u kkordinat mal-Awtorita' kkonċernata sabiex tittieħed azzjoni fl-immedjat.
Każ dwar ħanut bi prodotti tas-CBD - Tneħħija ta' reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tneħħewx sinjali jew reklamar b’immaġinerija relatata mal-kannabis f’ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ viċin ta’ skola?
Jista’ jindika wkoll:
i) liema dispożizzjonijiet legali/regolamenti ntużaw;
ii) liema awtorità ordnat/assigurat it-tneħħija; u
iii) jekk inħarġux multi jew passi oħra ta’ infurzar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li mil-lat ta’ liġi li tirregola l-ippjanar tal-iżvilupp, it-twaħħil ta’ sinjali jew reklamar fuq faċċata ta’ ħanut jirrikjedi permess ta’ żvilupp maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar. Meta tevalwa l-applikazzjoni, l-Awtoritità tal-Ippjanar tara li d-disinn ikun aċċettabbli. Iżda l-Awtorità tal-Ippjanar ma tidħolx fil-kontenut tas-sinjali jew reklamar. Fir-rigward tal-ħanut imsemmi fil-mistoqsija, peress li ma kienx hemm permess ta’ żvilupp għat-tpoġġija tas-sinjali (signage), l-Awtorità tal-Ippjanar ordnat it-tneħħija tagħhom minn mal-faċċata tal-ħanut. Peress li l-iżvilupp illegali tneħħa minnufih, ma kienx hemm il-ħtieġa li jinħareġ avviż ta’ waqfien u ta’ twettiq, u għaldaqstant ma ddekorrew ebda multi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kommunikazzjoni jew azzjoni saret bejn id-dekasteru tiegħu u entitajiet oħra kompetenti dwar ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kronoloġija bid-dati tal-passi meħuda?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet taħt id-dekasteru tiegħu sarux jafu u/jew ivvalutawx il-każ dwar ħanut relatat ma’ prodotti tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola? Jista’ wkoll jindika:
i. x’tip ta’ prodotti kienu maħsuba li jinbiegħu;
ii. jekk kienx hemm prodotti b’THC anke f’ammonti minimi;
iii. jekk sarux pretensjonijiet ta’ natura medika jew “health claims”; u
iv. x’azzjonijiet ta’ konformità ttieħdu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor, Interpellant li dawn it-tip ta' ħwienet mgħandhomx bżonn awtorizzazzjoni mid-dipartiment tas-saħħa.
Jista’ l-Prim Ministru jispjega b’mod ċar il-fruntiera legali bejn id-distribuzzjoni regolata tal-kannabis permezz tal-Cannabis Harm Reduction Associations (CHRAs) u l-bejgħ kummerċjali bl-imnut ta’ prodotti relatati mas-CBD/kannabis? Jista’ jgħid ukoll x’inhu permess jew projbit f’kull kanal?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’regoli jirregolaw it-tikkettar, deskrizzjoni tal-prodott, u kwalunkwe “wellness claims” għal prodotti tas-CBD/THC? Jista’ jgħid ukoll kif jiġu investigati u ssanzjonati pretensjonijiet qarrieqa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34773.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema liċenzji, reġistrazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet huma meħtieġa biex negozju jimporta, jagħmel “wholesale” jew ibigħ bl-imnut prodotti li jkun fihom CBD u/jew THC f’Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, sal-ġurnata tal-lum hemm 23 assoċjazzjoni liċenzjata sabiex twettaq l-operat sħiħ miż-żerriegħa sad-distribuzzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta’ prodotti relatati mas-CBD/kannabis, inklużi immaġini u kwalunkwe “health claims”? Jista’ jgħid ukoll liema entità tinvestiga u tissanzjona ksur?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, dawn huma pprojibiti milli jagħmlu kwalunkwe forma ta’ riklamar, inkluż online. L-istess assoċjazzjonijiet huma wkoll ipprojibiti milli jindikaw li l-prodotti tagħhom jistgħu ikunu ta’ benefiċċju għas-saħħa, u l-prodotti jiġu mqassma f’pakketti koperti b’tikketta uniformi maħruġa mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.