Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-bankina fi Triq San Gejtanu, il-Ħamrun tant twessgħet li t-triq saret dejqa, tant li qegħdin jintlaqtu diversi vetturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bankini fi Triq San Gejtanu reggħu nbnew bl-istess wisgħat li kien hemm qabel.
Il-Belt Valletta - Triq il-Merkanti - Telephone box
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar u fiex wasal il-proċess tat-telephone box li tkissret fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta fil-25 ta’ Ġunju tal-2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ preċedenti 34933 u nikkonferma li x-xogħlijiet ta’ restawr waslu fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta kull kunsill lokali organizza laqgħat mal-Pulizija dwar il-lokalità, u jipprovdi dati separati għal kull kunsill?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika
għal-liema snin qed jirreferi.
Santa Venera - Triq Reġjonali - Tisqif tal-mini - Studji
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha li saru dwar it-tisqif tal-mini ta’ Triq Reġjonali, f’Santa Venera li saru f’din il-leġislatura?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-promozzjonijiet fir-rank ta’ lieutenant, kaptan u maġġur li ġew deċiżi mill-aħħar Bord tal-Inġustizzji?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar żewġ Rhibs li nxtraw mill-Korp tal-Pulizija u li waslu f’Malta fl-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus s’issa sabiex issir tiswija fuqhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li, fir-rigward taż-żewġ Rhibs li nxtraw mill-Korp tal-Pulizija b’fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Malta fl-2023, s’issa ma sar l-ebda nefqa mill-fondi tal-Korp sabiex jitwettqu tiswijiet neċessarji meta dawn kienu meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kif saret l-għażla tas-supplier għat-tqassim tal-fire blankets, u jekk kienet direct order jgħid lil min ingħatat u kemm kienet l-ispiża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda spiża mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dwar fire blankets li ser jitqassmu bla ħlas f' kull dar Maltija u Għawdxija hekk kif dawn ġew offruti b'donazzjoni. F'pass konkret lejn soċjetà Maltija u Għawdxija aktar preparata u sigura flimkien ma’ din il-fireblanket kull familja ser tirċievi wkoll manwal ta' emerġenza. Gwida prattika li tinkludi informazzjoni dwar il-prevenzjoni tan-nirien, l-ewwel għajnuna u kif wieħed għandu jaġixxi f'każ ta' emerġenzi, inklużi dawk naturali. Fl-istess waqt, kull familja ser tirċievi din il-fire blanket bħala strument essenzjali għas-sigurtà fid-dar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35495 u jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-Long Service Allowance hija miżura li ġiet introdotta permezz tal-aħħar Ftehim Kollettiv għall-Impjegati fis-Servizz Pubbliku. Skont dan il-Ftehim, tali allowance hija effettiva mill-1 ta’ Jannar 2026.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 35084 u 35313 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35084 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35022 u jgħid għaliex filwaqt li l-eks impjegati tal-Air Malta li kienu fuq bażi full-time ngħataw kumpens f’somma ta’ flus, fil-każ tal-eks impjegati li kienu fuq bażi part-time, il-Gvern interpona appell għas-sentenza tal-qorti fl-ewwel istanza? Jista’ jgħid x’inhuma l-ispejjeż legali u ġudizzjarji li l-Gvern inkorra s’issa sabiex jikkontesta tali talba għal kumpens?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eliġibilità u l-kemm tal-iskemi kien maqbul mal-unions.
S’issa l-ispiża legali minfuqa kienet ta €27,373.50.
L-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Kirjiet qabel is-sena 2022 mingħand il-ġenituri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33797 u 33865 u jgħid jekk persuni li wirtu kirja mingħand il-ġenituri tagħhom u li kienu jirrisjedu f’post mikri mingħand l-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali qabel is-sena 2022, iżda wirtu l-kirja wara s-sena 2022, jekk dawn humiex eleġibbli taħt l-iskema Sir Sid ta’ Darek biex jixtru l-post? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista’ jispjega kif din mhix diskriminatorja ma’ persuni oħra li jkunu xtrawha, ġaladarba dan baqa’ l-istess titolu ta’ kirja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li it-talba għar-rikonoxximent tiġi deċiża mill-Ad Hoc Committee u li, jekk ikun il-każ, twassal għal kuntratt ġdid. Kull talba li tiġi milqugħa u aċċettata mill-istess Kumitat twassal sabiex l-inkwilini l-ġodda jidħlu f’kuntratt ta’ kera skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-policy li tkun fis-seħħ fiż-żmien li fih isir il-kuntratt.
Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-każijiet li ġew deċiżi mill-Kumitat minn Jannar tal-2022 ’l hawn jinkludu klawżola li tistipula li l-fond ma jistax jinxtara.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-eks impjegati tal-Air Malta li kienu fuq bażi full-time ngħataw kumpens f’somma ta’ flus, fil-każ tal-eks impjegati li kienu fuq bażi part-time, il-Gvern interpona appell għas-sentenza tal-qorti fl-ewwel istanza? Jista’ jgħid x’inhuma l-ispejjeż legali u ġudizzjarji li l-Gvern inkorra s’issa sabiex jikkontesta tali talba għal kumpens?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Splużjoni ta’ Tanker - Air Traffic Control - Rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħin tal-ġurnata, jekk sar, u jipprovdi l-ħin eżatt bis-siegħa u l-minuti, li ġie rrappurtat/innutat għall-ewwel darba mill-Air Traffic Control ta’ Malta, it-traffiku ta’ ajruplani militari jtiru fuq iż-żona fejn saret l-isplużjoni tal-LNG tanker Russu nhar it-3 ta’ Marzu 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li Matul il-perjodu inkwistjoni, ma nstabu l-ebda ajruplani militari mhux magħrufa jew mhux awtorizzati li kienu qed joperaw fi spazju tal-ajru sovran Malti.
Splużjoni ta’ Tanker - Forzi Armati ta’ Malta - Rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħin tal-ġurnata, jekk sar, u jipprovdi l-ħin eżatt bis-siegħa u l-minuti, li ġie rrappurtat/innutat għall-ewwel darba mill-Operations Room tal-Forzi Armati ta’ Malta, it-traffiku ta’ ajruplani militari jtiru fuq iż-żona fejn saret l-isplużjoni tal-LNG tanker Russu nhar it-3 ta’ Marzu 2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta mhumiex l-entità governattiva inkarigata mill-moniteraġġ u kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – Persuni maħruba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni u x’informazzjoni għandu l-Ministeru dwar iż-żewġ persuni li ħarbu minn fuq ajruplan nhar l-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’irriżulta mill-investigazzjoni tal-Pulizija u x’passi ttieħdu wara?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif weġibt diversi drabi, u jaf tajjeb l-Onor. Interpellant investigazzjonijiet f’allegati illegalitajiet isiru mill-istituzzjonijiet relevanti li jaħdmu lil hinn mill-politiku.
Ċentru għas-Servizzi Residenzjali u Restorattivi – Attentati ta’ ħarba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il attentat ta’ ħarba kien hemm miċ-Ċentru għas-Servizzi Residenzjali u Restorattivi, u jipprovdi d-dati li fihom saru dawn l-attentati? Jista’ jgħid ukoll x’azzjonijiet ittieħdu f’dawn l-aħħar sentejn, wara kull attentat ta’ ħarba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar sentejn ma kien hemm l-ebda attentat ta’ ħarba miċ-Ċentru għas-Servizzi Residenzjali u Restorattivi.
Infurmat illi l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, tieħu ħsieb żgħażagħ b’challenging behaviour u persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali. Dawn iż-żgħażagħ ħafna drabi jkunu għaddew minn diversi diffikultajiet f’ħajjithom u għalhekk importanti li nippruvaw nifhmu r-realtajiet tagħhom. Dawn jistgħu jesebixxu aġir impulsiv, li jkun hemm bżonn jiġi trattat b’ħafna sensittività, attenzjoni u kura. Fejn ikun hemm bżonn jiġu applikati wkoll miżuri ta’ dixxiplina. Ta’ min isemmi li fil-perjodu mistoqsi, kien hemm żewġ episodji ta’ challenging behaviour minn żagħżugħ residenti f’din il-faċilità u dawn ġraw wara li l-istess persuna irċieva aħbarijiet diffiċli. Dawn l-episodji fl-ebda ħin ma wasslu għal riskju ta’ ħarba. Fil-fatt, qatt ma nqabżet l-ewwel linja ta’ sigurtà fil-perimetru. Għalhekk tajjeb li kull membru jagħraf ir-responsabiltajiet tiegħu.