Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Venera — Triq il-Kbira San Ġużepp – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitranġaw xi bus shelters li hemm fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera fi żmien qarib?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.

Qrati tal-Ġustizzja — kumpens illikwidat għall-proprjetajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ flus li l-Istat kellu jħallas bħala kumpens illikwidat mill-Qrati tal-Ġustizzja a favur ir-rikorrenti abbażi ta’ ksur tal-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni dwar id-dritt ta’ tgawdija tal-proprjetà, f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 294 u tgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 296 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-14 ta’ Mejju 2022, l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ma talab l-ebda servizz ta konsulenzi.

Ministeru għall-Ġustizzja — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 298 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, sal-14 ta’ Mejju 2022, dan il-Ministeru ma ingaġġa l-ebda konsulenzi f’din il-leġiżlatura.

'Service Tender for Household Waste Collection using low emission vehicles in X Region' – Ġbir ta’ skart riċiklabbli

Question

Filwaqt li nagħmel referenza għas-sitt sejħiet pubbliċi (tenders) li nħarġu bl-isem 'Service Tender for Household Waste Collection using low emission vehicles in X Region', bin-numri tar-referenza CT2139, CT2138, CT2137, CT2136, CT2135, u CT2134 tas-sena 2022, jista’ l-Ministru jgħid u jispjega jekk l-ispiża għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli hijiex se titħallas mill-Kunsilli Reġjonali jew mill-Kunsilli Lokali rispettivi meta dawn jidħlu fis-seħħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li stante li l-obbligu statutorju tal-immaniġġar tal-iskart kollu domestiku huwa tal-Kunsilli Reġjonali, l-imsemmija sejħiet pubbliċi nħarġu mill-istess Kunsilli Reġjonali u l-ispiża għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli se ssir mill-Kunsilli Reġjonali.

Rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 301, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid jekk il-pjan għar-rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt lejn il-Marsa, għadux il-pjan tal-Gvern? Jekk iva, sa meta se jsir dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Gvern għaddej b'konsultazzjoni, inkluż dik inter-ministerjali.

Kunsilli Lokali – sitwazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 302 u jagħti rendikont tas-sitwazzjoni finanzjarja sal-14 ta’ Mejju 2022 ta’ kull Kunsill Lokali, b’mod rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali jagħmlu upload tal-financial statements tagħhom kull kwart.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dawk li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u li ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil, diġà ngħatawx post – u dan filwaqt li hemm ħaddiema taċ-Ċivil li ġabu aktar marki minnhom u għadhom jistennew?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Belt Valletta — Parking Spots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parking spots fil-Belt Valletta li qed isir użu minnhom mill-Gvern, Ministeri u awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 821 ta’ t-13-il Leġiżlatura.

Kunsill Lokali ta' Santa Venera — parkeġġ ta' Umberto Colosso

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera għamilx tentattiv sabiex il-parkeġġ ta’ Umberto Colosso ikun jista' jibda jintuża mir-residenti wara l-ħinijiet tal-użu mill-Gvern? Jekk iva, x’kienet ir-risposta tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.

Port il-Kbir – cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner daħal fil-Port il-Kbir f’dawn l-aħħar ħames snin, b’rendikont separat għal kull sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Year Cruise Ship Calls 2017 329 2018 293 2019 335 2020 33 2021 105 2022 80 (until 31 st May) Total 1175

Cables tad-dawl u telefown taħt l-art

Question

Tista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan li l-cables kollha tad-dawl u tat-telefon isiru taħt l-art? Jekk iva, sa meta hu ppjanat li jsir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-snin intużat il-prassi li l-linji tad-distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dawn tat-telefonija u l-Internet, jgħaddu minn mal-faċċata tal-bini. Fl-aħħar snin l-Enemalta wettqet proġetti pilota f’lokalitajiet bħall-Mdina u Ħad-Dingli. Iżda mhux dejjem possibbli li cables jgħaddu minn taħt l-art. F'każijiet fejn is-sid jew l-iżviluppatur jipprovdi culvert, per eżempju fi żvilupp ta' bini ta' ċertu daqs, l-Enemalta tgħaddi s-servizzi tagħha minn ġol culvert minflok mal-faċċata. Rigward servizzi ta' kumpaniji oħra, tajjeb li wieħed jikkuntattja lill-operaturi konċernati.

Ministeru għat-Turiżmu — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 293 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din il-leġiżlatura sad-data msemmija ma tqabbdu ebda konsulenzi mal-Ministeru.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li taw l-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u kemm minn dawn għaddew? Kemm minn dawn li għaddew kienu diġà ħaddiema taċ-Ċivil? Kemm minn dawn li għaddew ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil? Kemm kien hemm persuni li m'għaddewx minn dawn l-eżamijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li rigward l-eżami għall-grad ta’ Principal, 504 persuna qagħdu għall-proċess tal-għażla għal dan il-grad li minnhom għaddew 264 kandidat. Minn dawk li għaddew, 247 kandidat kienu ħaddiema taċ-Ċivil waqt li s-17 l-oħra kienu applikanti minn barra ċ-Ċivil. Rigward l-eżami għall-grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv ninsab infurmat li 334 persuna qagħdu għall-proċess tal-għażla għal dan il-grad li minnhom għaddew 228 kandidat. Minn dawk li għaddew, 202 kandidat kienu ħaddiema taċ-Ċivil waqt li s-26 l-oħra kienu applikanti minn barra ċ-Ċivil. Ninsab infurmat ukoll li hekk kif stipulat fiż-żewg sejħiet, ir-riżultati finali tal-proċessi tal-għażla kienu esibiti fid-Diviżjoni dwar Nies u Standards u fil-Ministeru għal Għawdex u l-kandidati kollha li attendew għall-intervista għall-gradi ta’ Principal u Uffiċjal Eżekuttiv ġew notifikati dwar dan permezz ta’ email u sms. Il-Hatriet, skont l-ordni tal-mertu miksub fir-riżultat ippubblikat, u l-assenjazzjoni ta’ uffiċjali fis-Servizz Pubbliku jsiru skont l-esigenzi tas-Servizz.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u kif ġew infurmati l-persuni li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u jekk hux kull min għadda ġie infurmat bir-riżultat tal-eżami?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, ġewx infurmati strettament fl-ordni li kklassifikaw? Jekk le għalfejn, u xi kriterji ntużaw biex ikklassifikaw lill-persuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil u li diġà ġew assenjati fil-post? Kemm hemm minn dawk il-ħaddiema li kienu maċ-Ċivil li ntbagħtu u ġew trasferiti fejn talbu? Kemm kien hemm ħaddiema maċ-Ċivil li xtaqu jibqgħu fejn kienu? U kemm hemm li għadhom ma ġewx assenjati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qiegħed iżomm lill-Gvern milli dawk il-persuni li għaddew mill-eżami għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u għaddew, jiġu assenjati uffiċjalment fil-postijiet tagħhom, u dan wara li għaddew aktar minn disa’ xhur li nħarġu r-riżultati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.