Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proċess taċ-Ċensiment 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess taċ-ċensiment li sar fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li ġew ippublikati riżultati preliminari f’Awwissu 2022, l-Uffiċċju qed jipprepara it-tieni pubblikazzjoni. Din se tkun qed tinkludi figuri finali tal-popolazzjoni u karatteristiċi oħra tal-persuni. Dawn jinkludu wħud mill-karatteristiċi li kienu inklużi fir-rapport preliminari, bħal sess, età, ċittadinanza u post tar-residenza, din id-darba bil-figuri finali. Ikun hemm ukoll informazzjoni oħra dwar reliġjon, oriġini razzjali u residenzi barra minn Malta. It-tieni pubblikazzjoni hi ppjanata li tinħareġ fix-xahar ta’ Novembru 2022.

Lift ta’ Bieb il-Belt – nefqa fit-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq fit-tiswija tal-lift ta' Bieb il-Belt minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid kemm-il darba kellu ħsara minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk għandux il-ħsieb li l-lift jibqa' pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2684 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Qrati tal-Ġustizzja – imputati liberati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il imputat ġie liberat mill-Qrati tal-Ġustizzja fl-aħħar sentejn minħabba problemi fin-notifika li jwasslu għall-preskrizzjoni tal-allegati reati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ informazzjoni.

Qrati tal-Ġustizzja — marixxalli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm marixxalli jaħdmu fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-preżent?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati topera b’marixxal ewlieni (1), ħames (5) marixxalli anzjan u għoxrin (20) marixxall li tnejn minnhom jinsabu fuq leave tal-irtirar.

Qrati tal-Ġustizzja – notifiki ordnati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il notifika ġiet ordnata mill-Qrati tal-Ġustizzja fis-sena 2021 u fis-sena kurrenti 2022?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-5 ta’ Ottubru 2022.

Festi tas-sajf 2022 – spejjeż relatati għas-servizzi tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali li l-għaqdiet non-governattivi nefqu għall-ispejjeż relatati mal-festi tas-sajf tas-sena 2022 għas-servizzi tal-Korp tal-Pulizija, b'ċifra globali għal kull lokalità rispettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-pulizija fil-ġimgħa tal-festa kien bla ħlas, għadu bla ħlas u ser jibqa’ bla ħlas.

Kunsilli lokali — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1432 u 1968 u jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fil-lista t’hawn taht: Lokalità Nru Totali ta' Ilmenti (2017-2022) Il-Belt Valletta (Citta' Umilissima) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. L-Imdina (Citta' Nobile) 21 Il-Birgu (Citta` Vittoriosa) 735 L-Isla (Citta' Invicta) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. Bormla (Citta Cospicua) 1180 Ħal Qormi (Citta' Pinto) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. Ħaż-Żebbuġ (Ċitta Rohan) 2000 Ħaż-Żabbar (Citta' Hompesch) 3,160 Is-Siġġiewi (Citta Ferdinand) 1,500 Iż-Żejtun(Citta` Beland) 11,725 Ir-Rabat (Għ) (Citta` Victoria) 823 Ħ'Attard Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, illi l-istess Kunsill m’għandux system ta’ mail registration jew complaint handling system. Infurmati li zmien ilu kien hemm sistema li kienet tithaddem fuq pjattaforma tal-Gvern imma din ma baqghetx tiffunzjona. Inoltre, infurmati illi kull ilment li jidhol minn facebook jew bl-imejl, jigi mghoddi u rrispondut minnufih anka wara l-hin tax-xoghol minhabba li l-istaff kollu inkluz is-Sindku ghandu access ghall-facebook page tal-Kunsill u l-imejl mid-dar. Ħal Balzan 291 Birkirkara 4,000 Birżebbuġa 2,640 Ħad-Dingli 3,000 Il-Fgura 2257 Il-Floriana Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana illi l-istess Kunsill jirċievi numru ta’ lmenti kuljum b’mezzi differenti. Dawn l-ilmenti jiġu indirizzati mill-istaff amministrattiv u l-ħaddiema manwali skond il-ħtieġa, iżda infurmat li l-Kunsill Lokali ma għandu l-ebda sistema jew proċedura li tirreġistra dawn l-ilmenti u lanqas ir-riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni. Għaldaqstant infurmat li ma jistax jiġi determinat in-numru ta’ lmenti li saru mill-1 ta’ Lulju 2020. Il-Fontana Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. il-Gudja 582 Il-Gżira 2800 Għajnsielem 68 L-Għarb Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. Ħal Għargħur 150 L-Għasri 43 Ħal Għaxaq 1078 Il-Ħamrun Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Hamrun, illi l-istess Kunsill ma jzommx ‘data’ daqshekk fit-tul. L-Iklin 683 Il-Kalkara 104 Ta' Kerċem Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Kercem illi l-istess Kunsill gieli jircievi rapporti ta' tipi differenti imma dan mal-ewwel jigi nnutat u jintbghatu l-haddiema biex jirrangaw u/jew jindirizzaw il-problema. Infurmat mill-Kunsill ghalhekk li l-istess Kunsill tali rapporti ma jqishomx bhala ilmenti. Ħal Kirkop 368 Ħal Lija 2,080 Ħal Luqa 447 Il-Marsa NIL Marsaskala 6,728 Marsaxlokk 809 Il-Mellieħa 3760 L-Imġarr 1312 Il-Mosta 1160 Mqabba 363 L-Imsida 2,748 Il-Munxar 176 In-Nadur 70 In-Naxxar Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar illi l-istess Kunsill ma jżommx dettalji tal-ilmenti kollha. Ir-Raħal Ġdid (Paola) 1,027 Pembroke 520 Tal-Pieta' Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. Il-Qala 140 Il-Qrendi 1,550 Ir-Rabat (Mt) 516 Ħal Safi 287 San Ġiljan 4,940 San Ġwann 1265 San Lawrenz 29 San Pawl il-Baħar 9,099 Ta' Sannat 394 Santa Luċija 381 Santa Venera 2147 Tas-Sliema Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, illi l-informazzjoni mitluba mhux kwantifikabbli' Is-Swieqi 967 Ta' Xbiex Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. Ħal Tarxien 432 Ix-Xagħra Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. Ix-Xewkija 168 Ix-Xgħajra 231 Iż-Żebbuġ (Għ) 194 Iż-Żurrieq 1,827 L-Imtarfa 2,435

Servizz Ċivili – impjegati fil-kariga ta’ messaġġiera

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2012 u jgħid kemm hu t-total ta' persuni impjegati maċ-Ċivil u ma' awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, fil-kariga ta' Messaġġiera u kemm minnhom daħlu mal-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 97 impjegati fis-Servizz Pubbliku u 225 fis-Settur Pubbliku fil-grad ta' messaġġier. F'dawn l-aħħar ħames snin, ġew impjegati 2 fis-Servizz Pubbliku, waqt li telqu 22. Fis-Settur Pubbliku ġew impjegati 94 u telqu 71.

Air Malta – titjiriet chartered u scheduled lejn Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1665, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid f'liema sena l-Air Malta bdiet it-titjiriet tagħha, chartered u scheduled b'mod rispettiv, lejn Lourdes?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta bdiet tagħti servizz ta’ titjiriet charter lill-operaturi tal-ivjaġġar lejn u minn Lourdes f’Marzu 1988. Fis-sajf tal-2018 u 2019 it-titjiriet lejn u minn Lourdes ġew operati bħala titjiriet regolari bi skeda.

Air Malta – titjiriet lejn Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1666, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid f'liema perjodu u/jew perjodi tas-sena l-Air Malta kienet ittir lejn Lourdes u lura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta kienet topera titjiriet diretti lejn Lourdes matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, u matul il-btajjel tal-Għid, dejjem skont id-domanda mis-suq lokali.

Air Malta – titjiriet lejn Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1667, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti rendikont ta' kull sena b'mod separat, ta’ kemm-il passiġġier siefer mal-Air Malta mill-bidu li bdiet topera t-titijiriet lejn Lourdes?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19557 tal-Leġiżlatura XIII.

Air Malta – titjiriet lejn Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1668, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għalfejn il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ma inkludietx it-titjiriet regolari tagħha, kemm dawk chartered kif ukoll scheduled, lejn Lourdes u lura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta lesta li toffri s-servizz tagħha permezz ta’ titjiriet ‘charter’ lejn din id-destinazzjoni jekk ikun hemm domanda biżżejjed mill-aġenti tal-ivvjaġġar .

Air Malta – titjiriet lejn Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1669, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta terġa' tibda t-titjiriet regolari tagħha lejn Lourdes u lura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent l-Air Malta m’għandhiex pjanijiet definittivi sabiex terġa’ tintroduċi servizzi bi skeda bejn Malta u Lourdes, hemm ukoll linja tal-ajru oħra li diġà qed topera din ir-rotta.

Kunsilli lokali – ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1431 u 1967 u jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew irreġistrati fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Lokalità Numru Totali ta' Ilmenti (2017-2022) Il-Belt Valletta (Citta' Umilissima) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. L-Imdina (Citta' Nobile) NIL Il-Birgu (Citta` Vittoriosa) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. L-Isla (Citta' Invicta) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Bormla (Citta Cospicua) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Ħal Qormi (Citta' Pinto) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Ħa¿-¯ebbuġ (Ċitta Rohan) 400 Ħa¿-¯abbar (Citta' Hompesch) Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Is-Siġġiewi (Citta Ferdinand) 140 I¿-¯ejtun (Citta` Beland) 4,970 Ir-Rabat (Għ) (Citta` Victoria) 419 Ħ'Attard Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, illi l-istess Kunsill m’għandux system ta’ mail registration jew complaint handling system. Infurmati li zmien ilu kien hemm sistema li kienet tithaddem fuq pjattaforma tal-Gvern imma din ma baqgħetx tiffunzjona. Inoltre, infurmati illi kull ilment li jidhol minn facebook jew bl-imejl, jigi mghoddi u rrispondut minnufih anka wara l-hin tax-xoghol minhabba li l-istaff kollu inkluż is-Sindku ghandu access għall-facebook page tal-Kunsill u l-imejl mid-dar. Ħal Balzan Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, illi l-istess Kunsill m'ghandux tali informazzjoni. Birkirkara 4,000 Bir¿ebbuġa Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Ħad-Dingli 1,665 Il-Fgura Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva. Il-Floriana Il-Kunsill Lokali tal-Floriana jinforma li jirċievi numru ta’ lmenti kuljum b’mezzi differenti. Dawn l-ilmenti jiġu indirizzati mill-istaff amministrattiv u l-ħaddiema manwali skont il-ħtieġa, iżda l-Kunsill Lokali ma għandu l-ebda sistema jew proċedura li tirreġistra dawn l-ilmenti u lanqas ir-riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni. Għaldaqstant ma jistax jiġi determinat numru ta’ lmenti li saru mill-1 ta’ Lulju 2020. Il-Fontana Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma baaghtx l-informazzjoni relattiva. il-Gudja 174 Il-G¿ira 1350 Għajnsielem 48 L-Għarb Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Ħal Għargħur Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. L-Għasri 4 Ħal Għaxaq 586 Il-Ħamrun Nixtieq ninfurmak li l- kunsill ma jżommx id-data simili, kemm ghax jiġu mħassra kif ukoll għax fuq certi ilmenti jittiehdu l-azzjonijiet mal-ewwel fuqha. L-Iklin 75 Il-Kalkara 44 Ta' Kerċem Nixtieq niġbed l-attenzjoni illi għandha ssir differenza bejn rapport u ilment. Il-Kunsill Lokali ġieli rċieva rapport ta' xi skart fit-triq imma dan mal-ewwel jigi nnutat u nibagħtu l-ħaddiema biex inaddfuh. Għalhekk, dan qatt ma jsir ilment. Ħal Kirkop 41 Ħal Lija 624 Ħal Luqa 105 Il-Marsa Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Marsaskala 1,600 Marsaxlokk 57 Il-Mellieħa 1676 L-Imġarr 571 Il-Mosta 280 Mqabba 61 L-Imsida 842 Il-Munxar Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. In-Nadur 70 In-Naxxar NIL Ir-Raħal Ġdid (Paola) 111 Pembroke Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Tal-Pieta' Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Il-Qala Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Il-Qrendi 750 Ir-Rabat (Mt) 60 Ħal Safi 90 San Ġiljan 3,604 San Ġwann Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. San Lawrenz 8 San Pawl il-Baħar 1,190 Ta' Sannat 52 Santa Luċija 96 Santa Venera Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Tas-Sliema Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, illi l-informazzjoni mitluba mhux kwantifikabbli' Is-Swieqi Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva. Ta' Xbiex 50 Ħal Tarxien 115 Ix-Xagħra Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, illi l-istess Kunsill ma jżommx registru ta' dawn l-ilmenti minhabba li dawn ma jersqux għall-konsiderazzjoni tal-Kunsill fil-laqghat statutorji. Ix-Xewkija Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatxl-informazzjoni relattiva. Ix-Xgħajra 47 Iż-Żebbuġ (Għ) 21 Iż-Żurrieq 673 L-Imtarfa 416

Servizz Ċivili – impjegati fil-kariga ta’ messaġġiera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta' persuni impjegati maċ-Ċivil u ma' awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, fil-kariga ta' Messaġġiera u kemm minnhom daħlu mal-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bordijiet tal-Gvern – Ħatra ta’ persuni meqjusa bħala persuni politikament esposti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-persuni li ġew maħtura fuq il-bordijiet tal-Gvern huma meqjusa bħala persuni politikament esposti (PEP), u jekk mal-ħatra tagħhom hijiex qed tiġi rikjesta xi tip ta' dikjarazzjoni prova għal dan?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-lista ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern nru 20,602 tas-6 ta’April 2021 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Kunsilli Lokali — skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' skrivani impjegati mal-Kunsilli Lokali kollha u kemm minn dawn għandhom kwalifiċi tal-inqas ta' O Level?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi hemm 79 skrivani jaħdmu mal-Kunsilli Lokali u bħala rekwiżit standard sabiex wieħed jitqies eliġibbli għal kariga ta’ ‘skrivan’ ma’ Kunsill Lokali hi jkollu minn tal-anqas 5 suġġetti f’Livell Ordinarju, u dan skont ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363).

Att dwar il-Kremazzjoni

Question

Filwaqt li nagħmel referenza għall-Kapitolu 599 - l-Att dwar il-Kremazzjoni, liema Att il-Ministru tas-Saħħa mill-2019 sal-lum għadu ma daħħalx fis-seħħ, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux il-ħsieb, u jekk iva meta, li effettivament jibda jiġi provdut s-servizz ta' kremazzjoni f'pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm Elettorali tal-Gvern jinkludi l-proposta li jinfetaħ Krematorju f’pajjiżna.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 294, 1130 u 1618 u tgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta' Mejju, 2022 u kemm dawn jitħallsu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru hemm 5 Konsulenti u li huma ingaġġati skont ir-regoli stabbiliti fil-Manwal tal-Kabinett.

Regolamenti dwar il-Ħinijiet tad-Daqq tal-Mużika fi Ħwienet Kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1500, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoe: B'referenza għall-Avviż Legali 161 tal-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma u jippubblika l-pariri jew rakkomandazzjonijiet li rċieva u abbażi ta' liema, biddel ir-regolamenti dwar il-ħinijiet tad-daqq tal-mużika fi ħwienet kummerċjali? Jista' jgħid ma' min saret konsultazzjoni dwar din il-bidla fir-regolamenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li filwaqt li nireferi għal PQ 1847, u għas-seduta Parlamentari 24 tal-bieraħ 4ta’Lulju 2022.