Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żurrieq – Blue Grotto Avenue — xogħlijiet ta’ tqattigħ

Question

B'referenza għax-xogħlijiet ta' tqattigħ li saru fi Blue Grotto Avenue ġewwa ż-Żurrieq fis-siegħa ta’ wara nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa 7 ta' Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ma kienx infurmat b'dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ma ntalabx permess jew tal-inqas No Objection sabiex isir dan ix-xogħol? X'kienet ir-raġuni għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3023 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsilli Lokali — Ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2742 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2221, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew reġistrati fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Lokalità Nru Totali ta' Ilmenti fuq skart u ħmieġ (2017-2022) Valletta 145 Birgu 133 Isla 720 Bormla 259 Ħal Qormi 3742 Żabbar 833 Birżebbuġa 809 Fgura 980 Fontana 7 Għarb 6 Ħal Għargħur 19 Il-Munxar 24 Il-Marsa 1040 Pembroke 104 Pieta` 396 Xewkija 80

Kunsilli Lokali — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2790 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2222, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Lokalità Nru Totali ta' Ilmenti (2017-2022) Valletta 436 Birgu 735 Isla 1440 Qormi 5432 Għajnsielem 82 Għarb 15 Għargħur 206 Ħamrun Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Hamrun illi l-istess Kunsill ma jżommx ‘data’ tal-ilmenti minħabba li ċertu lmenti tittieħed azzjoni fuqhom minnufih u ma jkunx hemm il-ħtieġa li jiddaħlu f’lista’. Ilmenti oħra li jkunu ddaħħlu f’lista jiġu mħassra hekk kif ikunu ġew indirizzati. Marsaskala 7194 Paola 1117 Qala 140 San Ġwann 1265 San Lawrenz 31 Santa Venera 2870 Xewkija 233

Lift ta' Bieb il-Belt — Nefqa fit-Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2684 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm nefaq fit-tiswija tal-lift ta' Bieb il-Belt minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid kemm-il darba kellu ħsara minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk għandux il-ħsieb li l-lift jibqa' pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Qrati tal-Ġustizzja — Imputati Liberati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2685 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il imputat ġie liberat mill-Qrati tal-Ġustizzja fl-aħħar sentejn minħabba problemi fin-notifika li jwasslu għall-preskrizzjoni tal-allegati reati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kejl tal-Livelli tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2693, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti l-kejl tal-livelli tal-baħar f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li dan l-istudju isir mill-Physical Oceanography Unit tal-Università ta’ Malta.

Kunsilli Lokali li joperaw minn binjiet li mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2692 u jgħid kemm-il Kunsill Lokali hawn li jopera f'binja li mhix aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti, f'kull livell tal-binja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm disa' (9) Kunsilli Lokali li l-binja tagħhom mhux aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. Il-Kunsilli msemmija huma tas-segwenti lokalitajiet: Il-Gudja, Ħal Għaxaq, il-Kalkara, il-Munxar, il-Qrendi, ir-Rabat (Malta), Santa Luċija, Santa Venera u x-Xagħra.

Kejl medju ta' temperaturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2694, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti l-kejl medju ta' temperaturi għax-xhur kollha tas-sena rispettivament, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart riċiklat — Lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema lokalitajiet għandhom is-servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart domestiku riċiklat għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tlieta u tletin lokalitajiet illi għandhom is-servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart domestiku riċiklat għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa. Il-lokalitajiet kkonċernati huma s-segwenti: Mdina Il-Birgu Ħaż-Żebbuġ Żabbar Żejtun Ir-Rabat Għawdex Balzan Birżebbuġa Fontana Gudja Għarb Għaxaq Iklin Kalkara Kerċem Marsaxlokk Mqabba Msida Munxar Nadur Paola Pembroke Pieta` Qrendi Santa Luċija Safi Sannat Tarxien Xagħra Xewkija Xgħajra Iż-Żebbuġ (Għ) Iż-Żurrieq

Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Project Supervisors — Lista ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' ismijiet tal-persuni kompetenti fir-reġistru tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol li jistgħu jiġu appuntati bħala Project Supervisors?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

M’hemm l-ebda obbligu legali li project supervisor ikun reġistrat mal-OHSA. Min-naħa l-oħra, ir-Reġistru ta’ Persuni Kompetenti miżmum mill-OHSA jinkludi elenku ta’ persuni li jissodisfaw l-kriterji minimi ta’ reġistrazzjoni biex jagħtu pariri b’mod ġenerali fis-saħħa u s-sigurtà u mhux limitat għal, iżda jinkludi wkoll lil dawk li jridu jaġixxu ta’ Project Supervisor, u li b’mod volontarju riedu li isimhom jidher fir-reġistru. Din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Project Supervisors — lista

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' ismijiet ta' persuni li qegħdin responsabbli bħala Project Supervisors mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il Post tax Xogħol f'dan il-mument, u fl-istess ħin jindika kemm-il sit għandhom assenjat li huma responsabbli minnu fil-preżent?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-OHSA jeżisti biss għal dawk il-proġetti ta’ kostruzzjoni li jkunu jinvolvu iktar minn 500 person days ta’ xogħol. Fost affarijiet oħra, din in-notifika jkollha informazzjoni dwar min hu l-project supervisor tal-proġett. Fil-każ ta’ kull proġett ieħor, anke fejn ikun hemm l-obbligu ta’ ħatra ta’ project supervisor, m’hemmx obbligu li tintbagħat notifika lill-OHSA u allura l-OHSA mhux ser ikollha l-informazzjoni mitluba. Fl-istess ħin irid jingħad li project supervisor jitqabbad mill-klient, u ma teżisti l-ebda ħtieġa ta’ reġistrazzjoni mal-OHSA biex iwettaq dan ix-xogħol. Nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant biex jagħmel ukoll referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2695.

Paga Medja mas-servizz pubbliku u s-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-paga medja mas-servizz pubbliku u fis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li skont l-aħħar figuri tal-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (Q2-2022), il-paga medja tan-nies li jaħdmu f’amministrazzjoni pubblika kienet ta’ €22,146.

Kunsilli Lokali — ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta' skart

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2221, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew reġistrati fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Ilmenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2222, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru kien hemm fil-Korp tal-Pulizija għal dawn l-aħħar 30 sena, għal kull sena rispettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri li kien hemm fil-Korp tal-Pulizija kull sena f’dawn l-aħħar tletin sena, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena Uffiċjali (Sworn Officers) Pajzana (Civilians) Total Sena Uffiċjali (Sworn Officers) Pajzana (Civilians) Total 1993 1636 136 1772 2008 1884 137 2021 1994 1730 136 1866 2009 1847 128 1975 1995 1803 101 1904 2010 1918 125 2043 1996 1858 95 1953 2011 1923 123 2046 1997 1800 98 1898 2012 1902 118 2020 1998 1756 158 1914 2013 1942 120 2062 1999 1734 174 1908 2014 2155 113 2268 2000 1718 171 1889 2015 2162 105 2267 2001 1768 165 1933 2016 2194 101 2295 2002 1797 159 1956 2017 2269 104 2373 2003 1845 168 2013 2018 2289 102 2391 2004 1775 123 1898 2019 2281 98 2379 2005 1789 102 1891 2020 2243 101 2344 2006 1755 140 1895 2021 2116 160 2276 2007 1933 142 2075 2022 2152 169 2321* *Jinkludi sitta’ u ħamsin (56) rekluta, li huma mistennija jieħdu l-ġurament fit-18 ta’ dan ix-xahar.

Mewt ta’ tifel — investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mewt tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qattx ġiet investigata u jekk għadhiex qiegħda tiġi investigata? Jista' jikkonferma jekk qabel il-mewt kienx hemm xi rapporti ma' xi awtoritajiet jew entitajiet tal-Gvern dwaru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet.

Marsa – Għotja ta’ titlu ta’ Belt Kulturali — proġetti u nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar bħala proġetti u kemm-il Ewro ntefaq fil-proġett tal-għotja tat-titlu Belt Kulturali lill-Marsa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lokalità tal-Marsa ġiet magħżula fl-2021 biex tkun il-Belt Kulturali għall-2022 u b’hekk isir programm kulturali li jkopri s-sena kollha u jingħata finanzjament speċjali mill-Ministeru fl-ammonti li diġà ġew ippubblikati. Dawn l-attivitajiet għandhom ukoll l-għan li jitfgħu dawl fuq diversi aspetti storiċi ta' din il-lokalità u tingħata pjattaforma sabiħa għat-talent artistiku kemm fil-Marsa u lil hinn. Informazzjoni dwar proġetti li saru u l-ammonti relattivi tinsab hawn taħt: Isem tal-Attivita' Deskrizzjoni Perjodu tal-Attivita' Ftuħ tal-Belt Kulturali 2022. Ftuħ uffiċjali quddiem il-Knisja tas-Ssma Trinita’. Serata mu¿iko-letterarja f’atmosfera ta’ festa bis-sehem tal-maġġoranza tal-għaqdiet tal-lokal, u talenti Marsin u nazzjonali. Jannar 2022 Attivita’ tal-Karnival. Organizzata mal-iskola Primarja San Ġorġ Preca – l-istudenti ġew mistiedna joħolqu karru jew maskra ¿għir b’mod innovattiv bl-użu tal-materjal irriċiklat. Esebizzjoni ta’ dan ix-xogħol tal-istudenti saret fil-binja tal-kunsill. L-istudenti ingħataw ktieb tal-parteċipazzjoni. Frar 2022 Platti tradizzjonali tal-melħ u ross. Esebizzjoni u attivita’ ‘hands on’ fejn tfal mill-Proġett Tbissima ngħataw iċ-ċans li joħolqu platti bil-melħ ikkulurit b’mod profan. Il-platti ġew esebiti waqt il-wirja propja fejn bl-għajnuna tal-fondi tal-Belt Kulturali itellgħet il-wirja l-kbira. Marzu 2022 Esebizzjoni ta’ Arti dwar il-lokal. Artisti Marsin/Maltin/Barranin esebixxew xogħol oriġinali ta’ xi tfisser il-Marsa għalihom u r-relazzjoni li għandhom mal-lokal. April 2022 Breakfast on the bridge. Fuq bridge, sar breakfast għal kulħadd fejn kull min kien għaddej minn hemm kien mistieden jingħaqad magħna. Kunsilli ġirien ġew mistiedna, u l-għaqdiet kollha tal-lokalitajiet viċini flimkien mal-kommunita’. Mejju 2022 Festa tal-Għana Maltija. B’kollaborazzjoni mal-Għaqda Festi Esterni Marija Reġina, u l-Banda Marija Reġina saret lejla Marsija quddiem il-Knisja ta’ Marija Reġina flimkien ma’ serata ta’ għana u mu¿ika Maltija. Lulju 2022 Il-festa tal-Akbar Titulari fil-belt kulturali 2022. Festa kbira fejn bil-permess tal-kurja ħriġna ¿-¿ewġ vari f’purċissjonijiet separati li ingħaqdu flimkien f’quddiesa waħda fi Pjazza Magri. Din l-attivita’ nvolviet l-għaqdiet kollha tal-Marsa, ta¿-¿ewġ parroċċi. Attivita’ ta’ suċċess kbir u li ħalliet isem tajjeb tal-lokal tagħna. Settembru 2022 Total ta' nefqa s'issa €85,314.65