Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 1726.

Direct Orders lil kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3420, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti rendikont ta' kemm-il direct order u/jew sejħa pubblika ġew mogħtija/mirbuħa mis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jagħti dan ir-rendikont bl-ammont, deskrizzjoni tax-xogħol u maqsum sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li s-soċjeta li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, la ngħatat direct order u lanqas rebħet xi sejħa pubblika la mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lanqas mill-entitajiet fl-istess dekasteru.

Kumpaniji u persuni li rċevew l-aktar ammont ta’ ħlas minn fondi pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3421 u jagħti l-informazzjoni, permezz ta' tabella, ta' min kienu l-aktar għaxar persuni jew soċjetajiet li rċivew l-akbar ammont ta' ħlas minn fondi pubbliċi b'mod globali minn direct orders u dana billi jipprovdi lista ta' ismijiet u l-ammonti rispettivi li rċivew mill-1 ta' Jannar 2022 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mill-uffiċju ta’ Direct Orders għall-direct orders b’limitu ta’: · Proprjeta’: Minn 0 sa 0.5 miljun, VAT eskluz · Kuntratti Pubbliċi Provvisti/Servizzi: Minn €10,000 VAT eskluz sa €140,000 VAT eskluz · Utilities Regulations – Minn €10,000 VAT eskluz sa €431,000 VAT eskluz

Qorti tal-Ġustizzja — Messaġiera fir-Reġistru, Deputati Reġistrar u Kaxxiera

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3423, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li jaħdmu fir-Reġistru biss?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, preżentement, fir-Reġistru tad-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Ċivili tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, hemm 8 Deputati Reġistraturi, 32 impjegat fi grad ta’ Court Clerk u gradi klerikali/amministrattivi oħra u 11-il impjegat fil-grad ta’ Court Messenger u gradi relatati. Filwaqt li fir-Reġistru tad-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali, hemm 4 Deputati Reġistraturi, 3 Court Clerks u 6 impjegati fil-grad ta’ Court Messenger u gradi relatati.

Tilqum tal-influwenza

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3424, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għalfejn il-Gvern għażel li t-tilqim tal-influwenza se jsir mill-Gvern Ċentrali u mhux mill-Kunsilli Lokali kif isir is-soltu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa kelli okjazzjoni nispjega lill-Kamra, din is-sena qed jiġi rrakkomandat illi mat-tilqima tal-influwenza tingħata ukoll it-tilqima tal-varjant tal-Covid l-Omicron. Peress li din ta’ l-aħħar teħtieġ li tinħa¿en f ‘temperatura baxxa, din is-sena t-tilqim jingħata mill-Bereġ u ċentri għas-saħħa.

Belt Valletta – tender ta’ infurzar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3425, jista' l-Ministru jgħid min hu u kemm tħallas il-kuntrattur li ħa t-tender għall-infurzar li seħħ fix-xahar ta' Ottubru 2022 fil-Belt Valletta?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-kuntrattur li waqqa’ bosta kmamar u strutturi mibnija mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Awtorità tad-Djar ġie mqabbad permezz ta’ Framework Agreement. Permezz ta’ din il-proċedura approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti, inħarġet sejħa għall-offerti lill-kuntratturi interessati jagħmlu xogħol b’rati stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar. Għalhekk, il-ħlas lill-kuntrattur se jkun skont dawn ir-rati stabbiliti. Il-kont finali jiġi ppreparat minn Perit tal-Awtorità tad-Djar fi tmiem ix-xogħol. L-okkupanti abbużivi ilhom żmien twil infurmati sabiex jgħaddu l-pussess tal-istrutturi lill-Awtorità tad-Djar, f’liema nuqqas ġew miżmuma responsabbli għall-ispejjeż li l-Awtorità kien se jkollha tinkorri sabiex twaqqagħhom. Fil-fatt, fi tmiem il-proċess ta’ infurzar, se jinbeda proċess legali sabiex jiġu rkuprati l-ispejjeż kollha minfuqa mingħand l-okkupanti abbużivi.

Belt Valletta – tender ta’ infurzar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu u kemm tħallas il-kuntrattur li ħa t-tender għall-infurzar li seħħ reċentement fil-Belt Valletta?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema azzjoni ta’ infurzar qiegħed jirreferi hekk kif l-Awtorità tagħmel diversi azzjonijiet.

Belt Valletta, Birkirkara, Marsaxlokk, Birżebbuġa u ż-Żurrieq – kopja tal-ftehim bejn il-Kunsilli Lokali u Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-ftehim li daħal fis-seħħ bejn id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni u l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Birkirkara, Marsaxlokk, Birżebbuġa, u ż-Żurrieq?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokumenti mitluba.

Direct orders lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il direct order u/jew sejħa pubblika ġew mogħtija/mirbuħa mis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jagħti dan ir-rendikont bl-ammont, deskrizzjoni tax-xogħol u maqsum sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direct Orders lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il direct order u/jew sejħa pubblika ġew mogħtija/mirbuħa mis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jagħti dan ir-rendikont bl-ammont, deskrizzjoni tax-xogħol u maqsum sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru u l-Entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħol lis-soċjeta msemmija fil-mistoqsija.

Kumpaniji u persuni li rċevew l-aktar ammont ta’ ħlas minn fondi pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jagħti l-informazzjoni permezz ta' tabella ta' min kienu l-aktar għaxar persuni jew soċjetajiet li rċivew l-akbar ammont ta' ħlas minn fondi pubbliċi b'mod globali minn direct orders u dana billi jipprovdi lista ta' ismijiet u l-ammonti rispettivi li rċivew mill-1 ta' Jannar 2022 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Qorti tal-Ġustizzja – Messaġiera fir-reġistru, Deputati Reġistrar u Kaxxiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid rispettivament kemm kien hemm Messaġġiera fir-Reġistru, Deputati Reġistrar, u Kaxxiera fil-Qorti tal-Ġustizzja għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija m'għandhiex statistika ta’ kemm ħadmu messaġġiera, Deputati Reġistraturi u skrivana fir-Reġistru għal dawn l-aħħar ħames snin. Però qed nannetti tabella li turi kemm hemm impjegati fir-rwoli msemmija jaħdmu preżentement mar-Reġistru Ċivil u Kriminal fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex. Deputati Reġistraturi Skrivana Messaġġiera Ċivil 58 40 35 Kriminal 21 11 14 Għawdex 7 6 3 Amministrazzjoni 1 3 1 87 60 53

Lista ta' Bieb il-Belt — nefqa fit-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2904, li saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern lokali u l-mistoqsija parlamentari 2684 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġew riferuti lilu, u jgħid kemm nefaq fit-tiswija tal-lift ta' Bieb il-Belt minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid kemm-il darba kellu ħsara minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk għandux il-ħsieb li l-lift jibqa' pubbliku?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li minn mindu l-lift ta’ Bieb il-Belt beda jintuża fl-2017, intefqet is-somma ta’ €3,350.50 fit-tiswija. Matul dawn is-snin, il-lift kellu ħsara għoxrin darba. Barra minhekk, fl-2020 intefqet is-somma ta’ €2,444.96 biex jinbidlu żewġ ħġiġiet li jiffurmaw parti mix-xaft tal-lift u li kienu ġew ivvandalizzati. Dan il-lift li għalih qed issir referenza kien sar bħala parti mill-proġett tad-daħla ta’ Bieb il-Belt ta’ Renzo Piano bl-intiża li dan ikun jagħti aċċess pubbliku.

Qrati tal-Ġustizzja — imputati liberati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2905 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u l-mistoqsija parlamentari 2685 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġew riferuta lilu u jgħid kemm-il imputat ġie liberat mill-Qrati tal-Ġustizzja fl-aħħar sentejn minħabba problemi fin-notifika li jwasslu għall-preskrizzjoni tal-allegati reati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 2685.

Santa Venera — Servizz ta' ġbir tal-borża tal-iskart riċiklat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3020, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba jinġabar l-iskart domestiku riċiklat f'Santa Venera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi meta bdiet tiġi kkumpilata l-informazzjoni tal-mistoqsija parlamentari 3020 mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, bi żvista l-istess Dipartiment naqas milli jindika lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera bħala wiehed mill-Kunsilli Lokali li għandhom is-servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart domestiku riċiklat għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa. Għalhekk ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera illi l-iskart domestiku riċiklat jinġabar darba fil-ġimgha fl-istess lokalità.

Servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart riċiklat

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3021, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u tgħid jekk għandhiex il-ħsieb li dawk il-lokalitajiet li għandhom ġurnata waħda biss fil-ġimgħa li fiha jsir il-ġbir tal-borża tal-iskart domestiku riċiklat jibdew jirċievu dan is-servizz għal aktar minn darba fil-ġimgħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġjar tal-Iskart li jwassal sas-sena 2030, sal-aħħar ta’ din is-sena il-lokalitajiet kollha se jkollhom l-istess tip u livell ta’ ġbir matul il-ġimgħa. Dan qed isir ukoll bħala parti mill-proċess ta’ ‘regionalisation’ tal-ġbir tal-iskart li qed jitmexxa mir-Reġjuni Lokali. Il-pjan jipprevedi li l-ġabra tal-iskart domestiku tal-borża s-sewda jibda jinġabar darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Sibt, sabiex imbagħad nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa jinġabar l-iskart organiku u nhar ta’ Erbgħa jinġabar l-iskart riċiklabbli.

Servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart riċiklat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li dawk il-lokalitajiet li għandhom ġurnata waħda biss fil-ġimgħa li fiha jsir il-ġbir tal-borża tal-iskart domestiku riċiklat jibdew jirċievu dan is-servizz għal aktar minn darba fil-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żurrieq – Blue Grotto Avenue — xogħlijiet ta’ tqattigħ

Question

B'referenza għax-xogħlijiet ta' tqattigħ li saru fi Blue Grotto Avenue ġewwa ż-Żurrieq fis-siegħa ta’ wara nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa 7 ta' Ottubru 2022, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ma kienx infurmat b'dawn ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid għaliex il-Kunsill Lokali ma ntalabx permess jew tal-inqas No Objection sabiex isir dan ix-xogħol? X'kienet ir-raġuni għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien xogħol ta’ emerġenza biex tissewwa ħsara imprevista f’cable tal-elettriku u allura, kif inhu permissibbli f’ċirkostanzi bħal dawn, kienet segwita l-proċedura ta’ emerġenza. F’każijiet bħal dan jinħarġu permessi apposta minn Transport Malta. F’ċirkostanzi normali l-Kunsilli Lokali dejjem ikunu infurmati meta jkun ser isir tħaffir fil-lokalità tagħhom u x-xogħol ikun skedat mal-programm tax-xogħlijiet li jkunu ser isiru fil-lokal.