Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Ċivili — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1429, jista' l-Prim Ministru jagħti l-persentaġġi msemmija fir-risposta, f'numri reali?

Response (ABELA, ROBERT)

B’kontinwazzjoni mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1428, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġ tal-ħaddiema fis-Settur Pubbliku jikkwantifikaw kif jidher fit-tabella annessa. Mill-impjiegi kollha fil-pajjiż, l-għadd ta’ impjiegi fis-Settur Pubbliku llum ilaħħqu għal 20% jew 7% inqas mill-2012, anke jekk minn dakinhar il-firxa ta’ servizzi tal-Gvern baqgħet biss tiżdied. Ta’ min jinnota wkoll li l-ħolqien tax-xogħol fil-pajjiż tkattar u, grazzi għat-tkabbir tal-ekonomija lokali u inċentivi bla preċedent, il-privat illum qed jimpjega kważi d-doppju tal-għadd ta’ ħaddiema li kellu l-pajjiż għaxar snin ilu. Sena SETTUR PUBBLIKU % PRIVAT % 2017 46,654 23% 152,946 77% 2018 47,687 22% 166,759 78% 2019 48,773 21% 180,548 79% 2020 50,783 22% 182,117 78% 2021 51,486 21% 191,728 79% 2022* 51,132 20% 201,576 80% *sa Ġunju

Uffiċjali tal-Korpi Dixxiplinati – servizz wara l-25 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun qiegħda tidħol fis-seħħ jew tal-inqas sa meta se tidħol fis-seħħ, il-miżura li l-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati li jkomplu jagħtu servizz tagħhom wara li jkunu taw 25 sena ta' servizz, u jistgħu jtejbu l-pensjoni tagħhom bi 23% wara erba' snin ta' servizz addizzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għas-Saħħa — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3759, peress li l-kelma "rispettivament" intużat għaliex din il-mistoqsija parlamentari ntbagħtet lil kull Ministru, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tas-Saħħa hi 7 ta’ April 2022.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1733.

Ministeru għat-Turiżmu — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1734.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1736.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzoni — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 1737 ta' din il-Leġiżlatura.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — inkarigu tal-Permanet Secretary

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tagħha rispettivament?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-profil tas-Segretarju Permanenti fi ħdan dan il-Ministeru.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għal Għawdex — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 1732.

Kunsilli Lokali — Ġbir ta’ Boroż għall-Iskart b’xejn

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Kunsilli Lokali hux se jibqgħu jqassmu boroż tal-ġbir tal-iskart b'xejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-WasteServ għadha kif iffirmat kuntratt għax-xiri tal-basktijiet organiċi (borża bajda). Dawn il-boroż se jitqassmu lill-kunsilli lokali s-sena d-dieħla biex jingħataw lir-residenti.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — inkarigu ta' Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1722.

Ministeru għas-Saħħa — Inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika “rispettivament” minn xiex?

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru 1724.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 1725 ta’ din il-Leġiżlatura.