Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb illi l-Gwardjani Lokali jiġu jaqgħu kollha taħt entità pubblika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li dak li qed jistaqsi l-Onor. Interpellant ilu li sar mis-sena 2018, meta wara li ġiet stabbilita l-Aġenzija Lesa u l-ħaddiema tal-kuntrattur, li huma msejħa uffiċjali tal-komunità, ġew trasferiti mal-Aġenzija.

Renumbering tad-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla r-renumbering tad-djar kollha f'Santa Venera li beda fl-2001? Jista' jgħid minn dak iż-żmien 'l hawn liema toroq tlestew, liema toroq baqa' jsiru u x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċjali tal-Korpi Dixxiplinati – servizz wara l-25 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3874, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se tkun qiegħda tidħol fis-seħħ jew tal-inqas sa meta se tidħol fis-seħħ, il-miżura li l-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati li jkomplu jagħtu servizz tagħhom wara li jkunu taw 25 sena ta' servizz, u jistgħu jtejbu l-pensjoni tagħhom bi 23% wara erba' snin ta' servizz addizzjonali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Din hija miżura mwegħda fil-Manifest Elettorali, u ġiet inkluża sa mill-ewwel budget sabiex minnha jgawdu l-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati. Dan wara li kien dan il-Gvern li lill-Korpi Dixxiplinati tagħhom ftehim kollettiv b'kundizzjonijiet u drittijiet aħjar. Din il-miżura ser tkun implimentata matul is-sena 2023 hekk kif provdut fil-budget għas-sena 2023.

Kunsilli Lokali – kenniesa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4146 u jgħid preżentement kemm-il kennies hemm impjegati jew ikkuntrattati ma' kull Kunsill Lokali b'mod rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Kunsill Lokali Numru ta’ Kennies li bħalissa qegħdin jagħtu servizz lill-Kunsill Lokali Numru minn dawn il-Kenniesa li huma impjegati direttament mal-Kunsill Lokali Numru minn dawn il-kenniesa li huma ikkuntrattjati mal-Kunsill Lokali Il-Belt Valletta (Citta' Umilissima) 6 Nil 6 (Kuntrattur) L-Imdina (Citta' Nobile) 1 0 1 Il-Birgu (Citta` Vittoriosa) 3 0 3 L-Isla (Citta' Invicta) 3 0 3 Bormla (Citta Cospicua) 3 0 3 Ħal Qormi (Citta' Pinto) 7 N/A 7 Ħaż-Żebbuġ (Ċitta Rohan) 4 0 4 Ħaż-Żabbar (Citta' Hompesch) 6 0 6 Is-Siġġiewi (Citta Ferdinand) 3 0 3 Iż-Żejtun (Citta` Beland) 4 0 4 Ir-Rabat (Għ) (Citta` Victoria) 5 0 5 Ħ'Attard 6 0 6 Ħal Balzan 2 0 2 Birkirkara 9 0 9 Birżebbuġa 5 0 5 (mal-Cleansing and Maintenance Division (Progett Pilota) Ħad-Dingli 2 0 2 Il-Fgura 4 0 4 Il-Floriana 2 0 2 Il-Fontana 1 1 0 il-Gudja 1 0 1 Il-Gżira 3 0 3 Għajnsielem 2 0 2 L-Għarb 5 0 5 Ħal Għargħur 2 0 2 L-Għasri 5 0 5 Ħal Għaxaq 2 0 2 Il-Ħamrun 3 0 3 L-Iklin 1 0 1 Il-Kalkara 1 0 1 Ta' Kerċem 2 0 2 Ħal Kirkop 1 0 1 Ħal Lija 2 0 2 Ħal Luqa 5 0 5 (Skema CWSEF) Il-Marsa 4 0 4 Marsaskala 4 0 4 Marsaxlokk 3 0 3 Il-Mellieħa 4 0 4 (2 CWSEF & 2 Kuntrattur) L-Imġarr 2 0 2 Il-Mosta 9 0 9 Mqabba 1 0 1 L-Imsida 3 0 3 (Kuntrattur) Il-Munxar 3 0 3 (CWSEF) In-Nadur 3 0 3 (CWSEF) In-Naxxar 8 0 8 Ir-Raħal Ġdid (Paola) 4 0 4 Pembroke 2 0 2 Tal-Pieta' 3 0 3 Il-Qala 3 1 2 Il-Qrendi 2 0 2 Ir-Rabat (Mt) 5 0 5 Ħal Safi 1 0 1 San Ġiljan 6 0 6 San Ġwann 8 0 8 San Lawrenz 2 0 2 San Pawl il-Baħar 8 0 8 Ta' Sannat 3 3 0 Santa Luċija 1 0 1 Santa Venera 6 0 6 Tas-Sliema 6 0 6 Is-Swieqi 4 0 4 Ta' Xbiex 1 0 1 Ħal Tarxien 2 0 2 Ix-Xagħra 9 0 9 (7 CWSEF u 2 tal-kuntrattur) Ix-Xewkija 2 0 2 (Kuntrattur) Ix-Xgħajra 3 3 0 Iż-Żebbuġ (Għ) 3 3 0 Iż-Żurrieq 8 0 8 (Clean Malta/ Proġett Pilota) L-Imtarfa 1 0 1

Santa Venera – xogħol ta’ rinnovar fi blokk ta’ appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun qed jitlesta x-xogħol ta' rinnovar fil-blokk ta’ appartamenti f’Santa Venera li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ rinovar taħt Skema 2 fil-blokk imsemmi tlesta iktar kmieni din is-sena, fejn l-Awtorità ħallset is-somma ta’ €6,000 lill-amministratur tal-blokka. Barra r-rinovar tal-komun permezz ta’ Skema 2, l-Awtorità wettqet rinovar ulterjuri fuq il-bejt ta’ din il-blokka għas-somma ta’ madwar €13,000.

VisitMalta – ftehim ma’ Manchester United FC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji qed jingħataw fl-isponsorship deal li hemm bejn il-Manchester United FC u VisitMalta, speċifikament jekk humiex jingħataw xi perkaċċi jew tnaqqis fil-prezz fil-biljetti tal-logħob tal-imsemmi klabb?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim mal-Manchester United jipprovdi għal numru ta’ biljetti għal logħob tal-kampjonat Premier u FA Cup li jintlagħbu ġo Old Trafford. Dawn il-biljetti jintużaw sabiex l-MTA tospita ġurnalisti, influencers, prize-winners, aġenti tal-ivjaġġar, operaturi turistiċi u organizzaturi ta’ konferenzi barranin bħala promozzjoni għall-pajjiżna u sabiex insaħħu l-koperazzjoni professjonali ta’ VisitMalta magħhom.

Reġistru ta’ kuntratti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi reġistru ta' kuntratti li l-Gvern kien parti fihom fis-sena 2022, u fl-istess reġistru juri u jispjega, jekk ikun il-każ, x'modifikazzjonijiet li jkunu saru fl-istess kuntratti tal-Gvern?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, u tinstab ukoll disponibbli fuq is-sit tat-tenders tal-Gvern, skont Regulation 79(2)(k) tas-Sectoral Procurement Directorate (SPD).

National Energy and Climate (ENCP) Plan

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'nuqqasijiet jew diffikultajiet qiegħda ssib jew tipprevedi li se jżommu milli Malta tilħaq il-pjan ippubblikat f'Diċembru 2019 bit-titolu ‘National Energy and Climate Plan (ENCP)’ liema miri suppost jintlaħqu sas-sena 2030?

Response (DALLI, MIRIAM)

Sfidi dejjem jeżistu, imma l-isfidi ma jaqtgħulniex qalbna. Anzi sfida naraw kif nistgħu noħorġu opportunità minnha u għalhekk li għal kull sfida naraw kif naħdmu għal soluzzjoni. Pereżempju ċ-ċokon ta’ pajjiżna ma jippermettilniex nagħmlu proġetti estensivi ta’ enerġija rinnovabbli fuq l-art. Ma jfissirx iżda li mhux qed inħarsu lejn soluzzjonijiet differenti minkejja l-fatt li pereżempju għandna baħar fond ħafna madwar Malta u sfidi bħal limitazzjoni ta’ ‘wind speeds’ f’ċertu istanzi. Sfida oħra pereżempju huma l-prezzijiet tal-karozzi li ma jniġġsux, bħalissa primarjament karozzi elettriċi. Imma anke hawn il-Gvern qed jagħti fost l-akbar għotja fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja sabiex ninċentivaw ix-xiri tal-karozzi li ma jniġġsux. Fis-settur tal-iskart hemm sfidi wkoll, imma hawnhekk għandna pjanijiet ċari bi proġetti ta’ aktar minn nofs biljun Ewro li se jwassluna biex ikollna anke faċilità li minnha niġġeneraw l-enerġija minn skart li mhux riċiklabbli. Tajjeb infakkar ukoll li ras għal ras aħna l-Membru Stat tal-Unjoni Ewropea bl-anqas emissjonijiet. Forsi l-akbar sfida hija li kulħadd jirrealizza li din hija issue nazzjonali, 'il bogħod mill-partiġjaniżmu żejjed. U allura kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu biex jagħti sehmu ħalli nilħqu dawn il-miri kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat. Għalhekk li nagħmlu kampanji kontinwi ta’ informazzjoni u edukazzjoni u nagħtu fost l-aqwa għotja ta’ inċentivi u grants fis setturi li jgħinu t-tibdil fil-klima b’mod prominenti fl-effiċjenza tal- enerġija, dik rinnovabbli u lejn trasport aktar nadif. Il-viżjoni tagħna hija ċara u l-ambizzjoni tagħna wkoll u nemmen li flimkien bħala pajjiż kapaċi naslu.

Ġnien Romeo Romano — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu illi nqalgħu kanali tal-ilma u qsari tal-ġebel u lapidi storiċi kommemorattivi fil-Ġnien Romeo Romano u li ħafna minnhom saritilhom ħsara waqt dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul ix-xogħlijiet ingħatat importanza li jiġi rispettat il-karattru storiku ta' dan il-ġnien, inklużi l-kanali tal-ilma. Il-kanali tal-ilma li kienu f'kundizzjoni tajba nżammu jew ġew installati mill-ġdid fuq il-post, filwaqt li l-kanali tal-ilma nieqsa jew bi ħsara irreparabbli ġew replikati. Qed isir ukoll kull sforz biex materjal ta’ valur li kien fi stat ta’ telqa jiġi ntegrat mal-bqija tal-proġett.

Ġnien Romeo Romano — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid għalfejn il-kanali tal-ilma u qsari tal-ġebel u lapidi storiċi kommemorattivi fil-Ġnien Romeo Romano ma tħallewx fil-post u ġew irrestawrati b’mod li jkunu inklużi max-xogħol ġdid illi kien hemm bżonn isir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 4152.

Ġnien Romeo Romano — ftuħ mill-ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jkun qiegħed jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku l-passaġġ minn Triq it-Turretta, Santa Venera għal ġol-ġnien pubbliku Romeo Romano?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-passaġġ minn Triq it-Turretta għall-ġnien Romeo Romano se jkun aċċessibbli għall-pubbliku f'Diċembru li ġej wara li jitlesta l-proġett, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tan-nies.

Ġnien Romeo Romano – ċaqliq ta’ siġar

Question

Fir-rigward tal-proġett fi Ġnien Romeo Romano, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il siġra ċċaqalqet u kemm minn dawn is-siġar intilfu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li b'kollox ġew trapjantati ħmistax-il siġra taċ-ċitru, erbgħa minn dawn is-siġar intilfu u ġew mibdula. Dan minbarra t-tħawwil ta' madwar għoxrin siġra ġdida u għadd ta' arbuxelli.

Riċiklaġġ ta’ skart

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'persentaġġi, kemm mill-iskart illi qiegħed jinġabar qiegħed effettivament jiġi rriċiklat hawn Malta? Tista’ tipprvodi wkoll l-ammonti f'tunnellati ta' skart illi qiegħed jinġabar u dak irriċiklat b'mod rispettiv?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-aħħar statistika miġbura u verifikata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi hija dik tal-2020. Skont dawn il-figuri, matul dik is-sena, l-ammont ta’ skart muniċipali li nġabar fil-gżejjer Maltin kien ta’ 331,142 tunellata. Minn dan l-ammont kien hemm 527 tunellata li ġew irriċiklati lokalment filwaqt li 34,824 tunellata oħra ġew esportati sabiex jiġu rriċiklati barra minn Malta.

Bord għall-estetika fl-ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jitwaqqaf xi bord illi jkun responsabbli mill-estetika fl-ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Liġi għall-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-2016, Kapitolu 552, ma tagħmel l-ebda referenza għal Kumitat jew Bord tal-Estetika.

Ministeru għall-Ġustizzja — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.

Mewt ta’ tifel — investigazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2690, jista' l-Ministru jikkonferma jekk u kemm saru rapporti mal-entitajiet u l-aġenziji tal-Gvern qabel il-mewt imsemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2690.