Tista' l-Ministru tgħid x'inhu proġettat li jsir fis-sena 2023 dwar il-wegħda tat-tisqif tal-mini fi Triq Reġjonali?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mal-ispjegazzjonijiet li diġà tajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 306 u 1402, ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-2023 huwa previst li jinbeda studju tekniku relatat ma’ dan il-proġett u l-evalwazzjonijiet meħtieġa relatati mal-istess studju. Għandha tinbeda wkoll cost benefit analysis tal-proġett.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – rapporti kriminali mis-Segretarju Permanenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7254, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7255, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7255..
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – rapporti kriminali mis-Segretarju Permanenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7256, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' l-Ministru jipprovdi tabella dwar kull allokazzjoni finanzjarja li saret għas-sena 2022 lil kull Gvern Lokali, u jispjega l-mod kif dawn ingħataw?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Gvernijiet Lokali – konsultazzjoni ma’ Project Green
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema lokalitajiet se jintefqu l-flejjes allokati lill-aġenzija Project Green? Tista’ tipprovdi d-dati li fihom saret konsultazzjoni mal-Gvernijiet Lokali rispettivi dwar dawn il-proġetti għal kull Gvern Lokali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif diġà kelli l-okkażjoni nispjega fi tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, il-proġetti ambjentali taħt ir-responsabbiltà ta’ Project Green jaqgħu f’numru ta’ kategoriji differenti u għaldaqstant il-kriterji li ser jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-prijorità tal-proġett tvarja skont in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett innifsu. Bħala linja gwida l-proġetti ser jiġu prijoritizzati skont l-impatt pożittiv li dawn mistennija jħallu fuq il-lokalitajiet u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u r-residenti fl-inħawi.
Bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu evalwati l-applikazzjonijiet għal spazji miftuħa ġodda relatati mal-Community Greening Grant skont il-linji gwida stabbiliti. L-aġenzija rċeviet 72 applikazzjoni għal din l-iskema li 58 minnhom ġew sottomessi minn Kunsilli Lokali, 4 minn NGOs ambjentali, u 10 saru minn entitajiet oħra fosthom għaqdiet sportivi, każini tal-baned, skejjel, fondazzjonijiet u għaqdiet volontarji. Aktar dettalji dwar dawn l-applikazzjonijiet ikunu jistgħu jingħataw wara li jintemm il-proċess ta’ evalwazzjoni li mistenni jiġi finalizzat sal-aħħar ta’ Mejju 2023 kif hemm indikat fil-linji gwida.
Il-konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali għaddejjin b’mod kontinwu permezz ta’ laqgħat mal-aġenzija, liema laqgħat komplew ukoll wara sessjoni teknika li fiha ġew spjegati l-objettivi tal-Community Greening Grant kif ukoll il-proċess tal-applikazzjoni fid-dettall. Din is-sessjoni saret fit-8 ta Frar li għadda u għaliha kienu mistiedna l-Kunsilli Lokali kollha flimkien mar-Reġjuni.
Minbarra l-Community Greening Grant hemm ukoll proġetti oħrajn kbar bħal dak ta’ Vjal ir-Rihan fil-lokalità ta’ San Ġwann, li dwaru saret konsultazzjoni pubblika miftuħa għal kulħadd fit-23 ta’ Frar.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u r-renders relattivi għall-proġett/i taħt l-aġenzija Project Green li hemm ippjanat li jsir/u f'St Elmo's Place fil-Belt Valletta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema proġett qed jirreferi.
Air Malta – titjiriet bl-iskeda jew chartered għal Lourdes
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta hux se tagħmel titjiriet bl-iskeda jew chartered għal Lourdes u lura? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il titjira se ssir u meta? Kemm hu mistenni li jinġarru passiġġieri minn Malta għal Lourdes u lura permezz ta' dawn it-titjiriet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għas-sena 2023 l-Air Malta m’għandhiex pjanijiet sabiex tintroduċi servizzi bi skeda regolari bejn Malta u Lourdes u lura, u hemm linja tal-ajru oħra li diġà qed topera dn ir-rotta.
Madankollu, hemm pjanijiet li topera numru ta’ titjiriet chartered (8 titjiriet) skont id-domanda tas-suq matul Lulju, Awwissu u Settembru, ladarba jiġu kkonfermati mill-aġenti tal-ivvjaġġar u li jistgħu jammontaw għal traffiku ta’ madwar 3,000 passiġġier lil u minn Lourdes.
Air Malta – titjiriet bl-iskeda jew chartered għal Lourdes
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta f'dawn l-aħħar ħames snin, u ċjoè mill-2018 sal-2022, għamlitx titjiriet bi skeda u/jew chartered għal Lourdes u lura? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il titjira għamlet u kemm ġarret passiġġieri sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellenat illi f’dawn l-aħħar 5 snin (jiġifieri is-snin bejn 2018 u 2022) il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta operat titjiriet lejn u minn Lourdes skont l-informazzjoni f’din it-tabella:
MALTA-LOURDES-MALTA
Sena finanzjarjaNumru ta’ passiggieriTip ta’ servizz
April sa Marzu
FY2022/231,293Charter
FY2021/220Ma sarux titjiriet
FY2020/210Ma sarux titjiriet
FY2019/207,065Charter/Schedule
FY2018/196,945Charter/Schedule
Gvernijiet Lokali — introduzzjoni tal-Quality Service Charter
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kull Gvern Lokali f'Malta introduċa l-Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter u jekk le, jindika liema Gvernijiet Lokali għadhom m'għamluhiex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsilli Lokali tar-Rabat (Għ), Birkirkara, Ħad-Dingli, Għargħur, Mosta, Santa Venera u ż-Żurrieq s’issa introducew il-Karta ta’ Servizz ta’ Kwalita/ Quality Service Charter.
B'referenza għall-kuntratt ta' konċessjoni datat 29 ta' Settembru 2022 dwar il-medda ta' art ta' madwar 30,000 metru kwadru fil-Kalkara, jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ikkonvertietx it-titolu tagħha minn ċens temporanju għal akkwist permanenti skont il-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda konverżjoni ta’ titolu mis-soċjetà indikata relatata mas-sit inkwistjoni.
Identity Malta – work permits għal third country nationals pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal work permits minn third country nationals illi għadhom pendenti quddiem Identity Malta? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti u għal liema linja ta' xogħol huma applikati rispettivament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Skont l-informazzjoni mgħoddija lili jirriżulta li hemm 3,677 applikazzjoni pendenti għal Single Work Permits. Il-linji ta’ xogħolijiet li għalihom qegħdin japplikaw huma varji. Infurmat li Applikazzjoni għal single permit iddum medja ta' tmien ġimgħat biex tiġi proċessata, li huwa ferm inqas mill-erba' xhur hekk kif stipulat mid-Direttiva tal-UE 2011/98/UE.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza ġiet ikkonfiskata mit-toroq ta' Malta f'din l-aħħar sena u kemm hemm vetturi abbandunati fit-toroq Maltin li l-Korp tal-Pulizija m'għandux fejn jaħżinhom bil-konsegwenza li qed jitħallew fit-triq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2022 u Marzu 2023 in-numru ta’ vetturi li ġew ikkonfiskati mit-toroq f’dawn il-gżejjer kien ta’ tletin (30). Vetturi li għadhom ma tneħħewx minn sidhom huwa disa’ u għoxrin (29). Dawn il-figuri jvarjaw minħabba li ħafna mis-sidien li jingħataw perjodu ta’ avviż ta’ tneħħija mal-vetturi tagħhom, jirrispettaw dawn l-ordnijiet u jneħħuhom qabel u mingħajr il-bżonn li jigu mneħħija mill-Pulizija. Waqt li jkomplu isiru arranġamenti biex jitneħħew dawn il-vetturi, infurmat illi bħalissa il-Pulizija qegħda b’taħdidiet mal-awtoritajiet kkonċernati, biex vetturi li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom u li bħalissa qegħdin fil-kustodja tal-Pulizija, jiġu mgħoddija lill-istess awtoritajiet biex b’hekk jiżdied li spazju għal vetturi li jinġabru mill-pulizija, meta dawn jaqgħu taħt il-mandat tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont u żviluppi dwar ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-Uffiċċju tal-Gvern Lokali tar-Rabat? Jista' jgħid jekk sadinattant il-Ministeru huwiex qed jikri post alternattiv, u kemm hu l-ħlas tal-kirja ta' dan il-post alternattiv? Jista' l-Ministru jgħid sa meta se jkunu qed jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta) illi dan kellu jħalli l-Binja Amministrattiva, li tinsab fi 8, Triq l-Isptar, ir-Rabat, għaliex jirriżulta li tali binja għandha ħsarat strutturali, elettriċi, u sanitarji serji.
Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li ser ikunu qegħdin isiru jew saru s-segwenti xogħlijiet fuq din il-binja:
1. Inbidlu s-soqfa kollha tal-kmamar kollha u nbidlu x-xorok li kienu mkissra u kif ukoll inbidlu t-travi kollha;
2. Ingħaqdu żewġt ikmamar flimkien u nbniet ħnejja l-istess bħalma diġà hemm biex b’hekk il-Kunsill ikollu kamra mdaqqsa fejn jista' jagħmel laqgħat għall-pubbliku jew sessjonijiet ta’ informazzjoni;
3. Inbnew xi ħitan mill-ġdid biex l-istrutturi jkunu aktar b’saħħithom;
4. Twaqqaw żewġt ikmamar (il-Kċina u t-toilets) li kienu f’periklu li jiġġarrfu għax ix-xorok kienu mkissra u l-irjus tat-travi mikulin kollha. Dawn ser jerġgħu jinbnew;
5. Ġie rrestawrat l-bir li qatt ma kien jintuża u issa l-ilma tiegħu hu tajjeb biex jintuża;
6. Inbidel is-saqaf ta’ fuq nett bit-travi b’kollox u ġew irranġati l-qlib tal-ilma, sar ukoll it-thermaseal u l-kontrabbejt;
7. Inqala u tnaddaf il-madum Malti awtentiku biex jiġi użat mill-ġdid;
8. Tqiegħdu t-travi fil-bitħa ħalli l-lift ma jagħmilx ħsara lill-bir;
9. Inbeda x-xogħol ta’ restawr tal-ħitan. Qed jitneħħa l-konkos u ż-żebgħa li ntużaw tul is-snin u wara li jitnaddfu l-knatan kollha ser inkunu qed jintuża materjal protettiv biex il-ġebla terġa tingħata l-ħajja.
10. Tlestew il-pjanijiet kollha biex wara li jitlesta r-restawr tal-ħitan jingħaddew is-servizzi kollha bħad-dawl, l-ilma u dranaġġ mill-ġdid.
Intant infurmat li dan ix-xogħol kollu qed isir taħt is-superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li naturalment qed tissorvelja x-xogħlijiet kollha inkluż it-tħaffir fil-bitħa u r-restawr tal-faċċata tal-post.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tar-Rabat qiegħed jikri żewġ appartamenti jmissu ma’ xulxin wara li kien ħareġ Espressjoni ta’ Interess u spazju għal parkeġġ ta’ żewġ vetturi f’garage sotterran. Għal din il-kirja, infurmat li l-Kunsill qed iħallas l-ammont ta’ €1,400 fix-xahar ghal kull appartament permezz ta’ fondi li ġejjin mill-Allokazzjoni Finanzjarja tal-istess Kunsill Lokali.
Fuq nota finali, infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat qieghed jipprospetta li tali xogħlijiet ser ikunu lesti sal-aħħar ta’ Settembru 2023.
Jista' l-Ministru jgħid liema Gvernijiet Lokali għalqu l-aħħar sena finanzjarja b'defiċit u b'kemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li skont l-Unaudited Financial Statements għas-sena 2022 li ġew sottomessi sad-data ta’ din l-interpellanza (67 minn 74 Kunsilli Reġjonali u Lokali), jirriżulta li sal-aħħar tas-sena 2022 kien hemm 30 Kunsill Lokali li spiċċaw is-sena b’defiċit fl-iStatement of Income & Expenditure kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
LOCAL COUNCIL
YEAR 2022 (Unaudited FS) as at 31/12/2022
Deficit in € as per Statement of Income and Expenditure
San Ġwann
-€ 172,863.00
Ħ’Attard
-€ 108,258.00
Santa Venera
-€ 93,280.00
Ħal-Għargħur
-€ 89,864.00
Ir-Rabat
-€ 85,317.00
In-Nadur
-€ 84,103.00
L-Mġarr
-€ 83,568.00
Marsaskala
-€ 82,851.00
Tas-Sliema
-€ 79,393.00
Għajnsielem
-€ 78,670.00
Il-Belt Valletta
-€ 78,259.00
Marsaxlokk
-€ 77,776.00
Ħal-Kirkop
-€ 71,111.00
Is-Swieqi
-€ 68,431.00
Ix-Xewkija
-€ 57,403.00
Il-Marsa
-€ 52,722.00
Ta’ Sannat
-€ 50,668.00
Santa Luċija
-€ 50,360.00
Il-Mosta
-€ 44,603.00
Il-Gudja
-€ 33,862.00
Ix-Xgħajra
-€ 32,228.00
Iż-¯ebbuġ (G)
-€ 26,405.00
Il-Kalkara
-€ 21,763.00
Pieta’
-€ 20,842.00
Ħal-Balzan
-€ 19,605.00
Ta’ Xbiex
-€ 19,218.00
L-Iklin
-€ 18,730.00
San Lawrenz
-€ 18,466.00
Il-Munxar
-€ 14,713.00
Il-Fgura
-€ 7,166.00
Intant infurmat li n-numru ta’ Kunsilli Lokali u Reġjonali li spiċċaw is-sena 2022 b’Negative Working Capital (li tfisser li l-Kunsill ma jkollux il-likwidita` finanzjarja biex ikun jista jħallas lill-kredituri) kien ta’ 7 kif indikat fis-segwenti tabella.
LOCAL COUNCIL
YEAR 2022 (Unaudited FS) as at 31/12/2022
Negative Working Capital
Il-Belt Valletta
-€ 225,060.00
Ta’ Sannat
-€ 211,266.00
Il-Kalkara
-€ 153,700.00
Ix-Xgħajra
-€ 80,100.00
Iż-¯ebbuġ (G)
-€ 70,435.00
Ħal-Għargħur
-€ 65,398.00
L-Għarb
-€ 18,422.00
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ ħlas fuq roaming kien ta’ €21.17
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li kien hemm spiża ta’ darba li tammonta għal €31.20.
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, miġbura sal-aħħar ta’ Frar 2023, hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:
IsemDati tas-SafarDestinazzjoniKonferenza Spiża ta' Roaming
Hon. Minister Jonathan Attard20/11/2022 - 26/11/2022MauritiusCommonwealth Law Ministers Meeting 2022 €1,963.98
Secreteriat Staff Officer 20/11/2022 - 26/11/2022MauritiusCommonwealth Law Ministers Meeting 2022 €983.77
Secreteriat Staff Officer12/10/2022 - 14/10/2022LussemburguJHA Ministerial Council €1.76
20/11/2022 - 26/11/2022MauritiusCommonwealth Law Ministers Meeting 2022 €339.11
07/12/2022 - 10/12/2022BrusselJHA COUNCIL €0.66