Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7916 u jagħti rendikont ta' xi żvilupp sar dwar il-pjan li l-wires tad-dawl jgħaddu minn taħt l-art, u meta hi l-mira li l-wires kollha jkunu għaddew minn taħt l-art?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infrastructure Malta twettaq il-proposti mressqa minn entitajiet varji fil-proġetti tagħha u taħdem mal-entitajiet kkonċernati f’dan ir-rigward u diversi proġetti li diġà twettqu inkorporaw din il-prassi skont il-proposti tal-entità kkonċernata.
Talbiet għal ħlas ta’ ħsarat fuq il-vetturi minħabba l-kundizzjoni tat-toroq
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7918, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu talba għall-ħlas lill-Gvern Lokali dwar allegati ħsarat li sofrew fuq il-vetturi tagħhom minħabba l-kundizzjoni tat-triq, u f'liema lokalitajiet saru, f'dawn l-aħħar sentejn?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7920, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il tablet li kien jintuża mit-tfal fl-iskejjel u ġie ritornat, illum m'għadux jintuża u għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Trasportazzjoni tal-gass LNG lill-Floating Storage Unit — ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid min qed iħallas għat-trasport biex il-gass LNG jiġi fornit lill-Floating Storage Unit? Jista’ jgħid jekk dawn l-ammonti hux qed jitħallsu mill-Enemalta u kemm tħallas s'issa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli Lokali – permessi fi żmien inqas minn 48 siegħa — applikazzjoni
Question
B'referenza għaż-żieda fil-prezz ta' €30 għall-applikazzjoni ta' permess fi żmien inqas minn 48 siegħa mingħand il-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jelenka għal liema tip ta' attivitajiet tapplika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ħlas ta’ €30 għall-applikazzjoni ta’ permess fi żmien inqas minn 48 siegħa tapplika għal kull permess jew awtorizzazzjoni meħtieġa mill-Kunsill Lokali, minbarra f’dawk iċ-ċirkostanzi fejn apparti l-permess jew awtorizzazzjoni tal-Kunsill Lokali, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn xi awtorità ulterjuri, bħal fil-każ ta’ divertimenti okkażjonali fejn ikun meħtieġ li l-applikazzjoni tiġi mgħoddija lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Intant, tajjeb jigi rrimarkat illi dan huwa servizz addizzjonali ghal min irid is servizz f inqas minn 48 siegħa u għalhekk mhux żieda fil-prezz.
Post mill-Housing — Rapporti Kriminali/investigazzjonijiet dwar għoti ta’ rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet snin qatt sarx rapport kriminali mal-Pulizija jew inkella bdiet investigazzjoni interna dwar allegazzjonijiet pubbliċi ta' għoti ta' rigali a favur uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu minn applikanti għal post mill-Housing, u jekk iva x'passi ttieħdu?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dikjarazzjoni pubblika li għamilt nhar it-3 ta’ April 2023 u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħliijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8008 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Uffiċini tal-Kunsilli Lokali – istallazzjoni ta’ lift
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7546 u jgħid meta se jiġi istallat lift jew mezz ieħor fil-Kunsilli Lokali li għandhom binjiet mhux aċċessibbli għal kulħadd sabiex l-anzjani u persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jingħataw aċċess fil-binja kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Vetturi tal-Gvern li għandhom polza ta' assikurazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5347, jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura li hi proprjetà tal-Gvern hija koperta b'polza ta' assikurazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Pietà – Triq ix-Xatt – rapporti ta’ nuqqas ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar dwar nuqqas ta' sigurtà fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà u x'azzjoni ttieħdet sabiex jiġi assigurat li kemm ir-residenti kif ukoll il-ħwienet kummerċjali jkunu jistgħu jgħixu f'serħan il-moħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul il-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u l-aħħar ta’ Marzu 2023 kien hemm ħames rapporti li saru mal-Pulizija, dwar reati kkonsidrati li huma konnessi ma sigurtà, fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà, kif jidher fit-tabella hawn taħt. Bħal dejjem il-Pulizija tieħu kull azzjoni sabiex jiġi assigurat li kemm ir-residenti kif ukoll il-ħwienet kummerċjali jkunu jistgħu jgħixu f'serħan il-moħħ, u dan permezz ta’ rondi, inkluż dawk li jsiru b’vetturi fost mezzi oħra, speċjalment meta l-analiżi juru li f’xi parti ta’ dawn il-gżejjer jiżdiedu ir-reati, kif ukoll permezz ta’ investigazzjonijiet biex jiġu identifkati persuni suspettati.
Kategorija
2023
Attentat ta’ serq
1
Feriti fuq il-persuna
1
Hsarat
0
Serq
3
Total
5
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti li jiġu assigurati biex persuna tidħol taħdem bħala gwardjan fil-ħabs?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi r-rekwiżiti tal-eleġibbiltà biex tidħol bħala Uffiċjal Korrettiv fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
· ċittadini ta’ Malta;
· kapaċi jikkomunikaw (kemm b’mod orali kif ukoll bil-kitba) bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
· ikollhom ċertifikati f’żewġ (2) suġġetti f’Livell Ordinarju (mhux inqas minn Grad 5 jew C) jew kwalifika komparabbli f’Livell 3 tal-MQF, fil-Malti u l-Ingliż;
L-applikanti li ma jkollhomx ċertifikati f’Livell Ordinarju (mhux inqas minn Grad 5 jew C) fil-Malti u fl-Ingliż, iridu joqogħdu għal eżami bil-miktub fis-suġġett/i meħtieġ/a (il-Malti u/jew l-Ingliż)
Jew
· ikollhom Ċertifikazzjoni mill-Iskola f’Livell 1 tal-MQF, li temmew b’suċċess il-Ħames Sena Sekondarja u jkollhom xi esperjenza ta’ xogħol, preferibbilment bħala mastrudaxxa, ħaddied, dawl u ilma, mekkanik, bennej u fil-ħjata. Ser tingħata preferenza lill-applikanti li jkollhom ċertifikati f’Livell Ordinarju fi Grad 7 jew ogħla u/jew bil-liċenzji neċessarji fis-sengħa rispettiva. Ser tingħata wkoll preferenza lil dawk li jkollhom liċenzja ta’ gwardjan tas-sigurtà.
Jew
· li jkunu servew f’Korp Dixxiplinat (jiġifieri, Navali, Militari jew tal-Ajru, Korp tal-Pulizija, Servizzi Korrettivi, Protezzjoni Ċivili jew Servizz ta’ Detenzjoni) għal mhux anqas minn erbgħa u għoxrin (24) xahar, u li jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikat ta’ mertu tas-servizz maħruġ mill-Kap tal-Korp Dixxiplinarju rispettiv;
· ikunu għalqu t-tmintax-il (18) sena imma mhux l-erbgħin (40) sena sad-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet;
· ta’ mhux inqas mit-tul minimu meħtieġ, jiġifieri 1.57m għall-irġiel u 1.52m għan nisa, u ta’ bilanċ aċċettabli bejn il-piż u t-tul tal-persuna;
· ta’ kondotta li hi xierqa għall-pożizzjoni li l-persuna qed tapplika għaliha. L-Applikanti jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita` oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji; u
· eliġibbli li jieħdu l-ħatra tagħhom, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet imma wkoll fid-data tal-ħatra
· jew awtorità oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji; u
· eliġibbli li jieħdu l-ħatra tagħhom, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet imma wkoll fid-data tal-ħatra.
Gwardjani tal-Ħabs – fedina penali sabiex tidħol taħdem jew tingħata promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk biex persuna tidħol taħdem bħala gwardjan il-ħabs, u/jew tingħata promotion fil-ħabs, il-fedina penali tagħha titteħidx inkonsiderazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 7922 b’referenza għar-rekwiżiti mitluba biex persuna tidħol taħdem bħala uffiċjal korrettiv mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Infurmat li dwar promozzjoni fost l-oħrajn tiġi kkunsidrata l-imġiba u l-kondotta tal-uffiċjal fil-faċilità waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
Korp tal-Pulizija – ħlas biex jakkumpanjaw il-purċissjonijiet tal-festi tar-Randan u l-Għid
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti li tħallsu mill-għaqdiet volontarji, rispettivament għal-lokalitajiet, sabiex membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu jistgħu jakkumpanjaw il-purċissjonijiet matul il-festi tar-Randan u l-Għid?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li għal purċissjonijiet tradizzjonali tal-Knisja Kattolika tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid ma jintalabx ħlas.
Residenti fid-Djar tal-Anzjani – prekawzjonijiet biex jagħmlu kuntatt ma’ professjonisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prekawzjonijiet li jittieħdu sabiex persuni residenti fid-djar tal-anzjani jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jagħmlu kuntatt ma' professjonist tal-għażla tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li residenti fid-djar tal-anzjani taħt l-iskema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandhom is-servizzi bla ħlas ta’ professjonisti iżda għandhom ukoll id-dritt li jagħmlu kuntatt ma’ professjonisti tal-għażla tagħhom fejn u meta jridu.
Proġett tal-Powerstation tal-Gass — Rendikont tal-Pagamenti ta’ dazju tas-sisa
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tal-pagamenti relattivi, meta saru u minn min tħallas id-dazju tas-sisa fuq il-proġett tal-power station tal-gass? Jista' jispjega wkoll il-kalkoli ta' dawn l-ammonti mħallsa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tal-operazzjonijiet, jiġifieri Frar tal-2017, sa Frar tal-2023, il-kumpanjia Electrogas Malta Ltd ħallset lid-Dwana ta’ Malta t-total ta’ €11,757,412 bħala Dazju tas-Sisa; u €602,389 bħala Taxxa fuq il-Valur Addizzjonali fuq l-elettriku ġġenerat mill-impjant tagħha.
Mill-bidu tal-operazzjonijiet, jiġifieri Marzu tal-2017, sa Frar tal-2023, il-kumpanija Delimara 3 Power Generation Ltd ħallset lid-Dwana ta’ Malta t-total ta’ €3,963,315 bħala Dazju tas-Sisa; u €346,752 bħala Taxxa fuq il-Valur Addizzjonali fuq l-elettriku ġġenerat mill-impjant tagħha.
Rigward ħlas fuq apparat, turbini, eċċ; relatati mal-bini tal-impjant innifsu, id-Dazju tas-Sisa ma japplikax.
Ħamrun/Santa Venera – Triq il-Kbira San Ġużepp – culverts mgħoddija minn taħt it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jsiru culverts fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f'Santa Venera u fil-Ħamrun, sabiex jiskula l-ilma minn taħt it-triq, peress li bħalissa hemm ix-xogħol qed isir f'din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta dejjem timxi mal-proċeduri standard qabel jibdew ix-xogħlijiet billi ssir koordinazzjoni mal-entitajiet responsabbli mill-immaniġġar tal-ilma tax-xita u entitajiet oħrajn li jipprovdu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u mal-Enemalta. Fil-każ ta’ xogħol fi Triq il-Kbira San Ġuzepp fil-Ħamrun u Santa Venera, irriżulta illi l-entità reponsabbli mill-immaniġġar tal-ilma tax-xita talbet li jitranġaw il-livelli f’żona partikolari, u ma ratx il-bżonn ta’ introduzzjoni tal-ebda sistema u b’hekk dawn mhux qed jiġu inklużi fix-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xi żvilupp sar dwar il-pjan li l-wires tad-dawl jgħaddu minn taħt l-art, u meta hi l-mira li l-wires kollha jkunu għaddew minn taħt l-art?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'avvanz sar f'din l-ewwel sena tal-leġiżlatura dwar il-proġett tal-metro? Jista' jgħid x'se jsir matul is-sena 2023 dwar il-proġett tal-metro?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-konsulenti konċernati.
Talbiet għal ħlas ta’ ħsarat fuq il-vetturi minħabba l-kundizzjoni tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet talba għall-ħlas lill-Gvern Lokali dwar allegati ħsarat li sofrew fuq il-vetturi tagħhom minħabba l-kundizzjoni tat-triq, u f'liema lokalitajiet saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku dwar id-dati li qed issir referenza għalihom.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont ta' direct orders li ħarġet l-Awtorità tal-Artijiet f'din l-aħħar sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1725 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 118, nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju 2023)
Attachments:Copy of PQ 7919 Direct Orders.xlsx01725.pdf