Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt Valleta — lift - kuntatt f'każ ta' emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-awtorità responsabbli mill-manutenzjoni tal-lift ta' Bieb il-Belt? Jista' jgħid ukoll xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Vetturi tal-Gvern li għandhom polza ta' assikurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8286 u 8649, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Prim Ministru rispettivament, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5347, jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura li hi proprjetà tal-Gvern hija koperta b'polza ta' assikurazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-politika stabbilita għal ħafna snin huwa l-Gvern stess li jaġixxi bħala assikuratur tal-vetturi tad-dipartimenti tiegħu. Fil-każ tal-entitajiet tal-Gvern, kull wieħed minn dawn separatament irid jara li jidħol f’polza ta’ assikurazzjoni għall-vetturi tiegħu.

Tablets li jiġu ritornati mit-tfal tal-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8508 u 8687 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7920, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il tablet li kien jintuża mit-tfal fl-iskejjel u ġie ritornat, illum m'għadux jintuża u għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8008, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħliijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Trasportazzjoni tal-gass LNG lill-Floating Storage Unit — ħlas

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7927, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid min qed iħallas għat-trasport biex il-gass LNG jiġi fornut lill-Floating Storage Unit? Tista’ tgħid jekk dawn l-ammonti hux qed jitħallsu mill-Enemalta u kemm tħallas s'issa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prassi fl-industrija tal-komoditajiet hija li l-ispiża tat-trasport tal-LNG hija integrata fil-prezz tal-komodità. Għaldaqstant, l-Enemalta ma tagħmilx ħlas separat għat-trasport tal-LNG.

Vetturi tal-Gvern li għandhom polza ta' assikurazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8286, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5347, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il vettura li hi proprjetà tal-Gvern hija koperta b'polza ta' assikurazzjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Talbiet għal ħlas ta’ ħsarat fuq il-vetturi minħabba l-kundizzjoni tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8507 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7918, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu talba għall-ħlas lill-Gvern Lokali dwar allegati ħsarat li sofrew fuq il-vetturi tagħhom minħabba l-kundizzjoni tat-triq, u f'liema lokalitajiet saru, f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Kunsill Lokali 2021 2022 2023 (sad-data tat-tweġiba ta' din il-PQ) Totali ta' Talbiet Kunsill B'Kunsill fl-aħħar sentejn (2021, 2022 u 2023 sad-data tat-tweġiba ta' din il-PQ) Il-Belt Valletta (Citta' Umilissima) 0 0 4 4 L-Imdina (Citta' Nobile) 1 1 0 2 Il-Birgu (Citta` Vittoriosa) NIL RETURN 0 L-Isla (Citta' Invicta) NIL RETURN 0 Bormla (Citta Cospicua) 1 0 0 1 Ħal Qormi (Citta' Pinto) 1 4 1 6 Ħaż-Żebbuġ (Ċitta Rohan) NIL RETURN 0 Ħaż-Żabbar (Citta' Hompesch) 9 6 2 17 Is-Siġġiewi (Citta Ferdinand) 14 18 10 42 Iż-Żejtun (Citta` Beland) 7 5 3 15 Ir-Rabat (Għ) (Citta` Victoria) 0 1 0 1 Ħ'Attard NIL RETURN 0 Ħal Balzan 0 4 0 4 Birkirkara 6 4 3 13 Birżebbuġa 1 2 2 5 Ħad-Dingli 3 2 0 5 Il-Fgura NIL RETURN 0 Il-Floriana 0 0 2 2 Il-Fontana NIL RETURN 0 il-Gudja 1 0 0 1 Il-Gżira 3 5 1 9 Għajnsielem 0 0 1 1 L-Għarb NIL RETURN 0 Ħal Għargħur 2 1 6 9 L-Għasri NIL RETURN 0 Ħal Għaxaq NIL RETURN 0 Il-Ħamrun 0 3 1 4 L-Iklin 0 0 5 5 Il-Kalkara NIL RETURN 0 Ta' Kerċem 1 0 0 1 Ħal Kirkop NIL RETURN 0 Ħal Lija 0 0 1 1 Ħal Luqa 8 7 5 20 Il-Marsa 1 1 1 3 Marsaskala 3 1 0 4 Marsaxlokk NIL RETURN 0 Il-Mellieħa NIL RETURN 0 L-Imġarr 2 3 3 8 Il-Mosta 8 7 12 27 Mqabba 1 2 0 3 L-Imsida 1 2 3 6 Il-Munxar 0 0 1 1 In-Nadur NIL RETURN 0 In-Naxxar 15 14 6 35 Ir-Raħal Ġdid (Paola) 1 1 0 2 Pembroke 2 2 3 7 Tal-Pieta' 0 1 1 2 Il-Qala 1 1 0 2 Il-Qrendi NIL RETURN 0 Ir-Rabat (Mt) 10 8 4 22 Ħal Safi NIL RETURN 0 San Ġiljan 3 2 4 9 San Ġwann 4 7 10 21 San Lawrenz NIL RETURN 0 San Pawl il-Baħar 10 15 2 27 Ta' Sannat NIL RETURN 0 Santa Luċija 0 1 0 1 Santa Venera 0 2 1 3 Tas-Sliema 7 5 3 15 Is-Swieqi 5 3 10 18 Ta' Xbiex 3 1 0 4 Ħal Tarxien 1 2 2 5 Ix-Xagħra 4 2 0 6 Ix-Xewkija 2 2 1 5 Ix-Xgħajra NIL RETURN 0 Iż-Żebbuġ (Għ) NIL RETURN 0 Iż-Żurrieq NIL RETURN 0 L-Imtarfa NIL RETURN 0

Tablets li jiġu ritornati mit-tfal tal-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8508 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7920, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il tablet li kien jintuża mit-tfal fl-iskejjel u ġie ritornat, illum m'għadux jintuża u għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati għal stalel f’żoni meqjusa ODZ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isiru stalel f'żoni meqjusa ODZ f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Mejju tal-2021 sal-aħħar ta’ April tal-2023, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 110 applikazzjoni biex isiru stalel f’żoni barra miż-żona tal-iżvilupp. Dawn jinkludu wkoll każijiet ta’ bdil fl-użu ta’ binja eżistenti biex jinħolqu stalel, kif ukoll deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet li jkunu daħlu għand l-Awtorità qabel il-perjodu msemmi.

Lista ta’ Popolazzjoni f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-popolazzjoni rispettiva għal kull lokalità f'Malta u Għawdex sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Venera – Triq Reġjonali – proġett ta’ tisqif tal-mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi allokati għall-proġett tat-tisqif tal-mini fi Triq Reġjonali Santa Venera, skont il-Baġit tal-2019 tal-Gvern? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-fondi għadhomx merfugħa sabiex jintefqu biex jissaqqfu l-mini?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet iddedikata fl-Estimi tal-2022 ma ntefqitx, fil-ħidma għat-tfassil tal-baġit ta’ kull sena, il-Gvern ser ikun qiegħed jara kif jista jiġi kkunsidrat il-proġett għat-tisqif tal-mini fi Triq Reġjonali Santa Venera, fil-qafas finanzjarju rispettiv.

Ċirkolari OPM No. 5/2023 – Modern Work Practices — konsultazzjonijiet

Question

B’referenza għall-policy li ħarġet għall-ħaddiema taċ-Ċivil dwar Modern Work Practices biċ-ċirkulari OPM No. 5/2023, jista’ l-Prim Ministru jipprovdi l-konsultazzjoni li qal li saret mas-Segretarji Permanenti, Headship positions u recognised Union u jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninfurma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li l-laqgħat tal-konsultazzjonijiet kollha li saru mill-Uffiċċju tal-Kap taċ-Ċivil u minn People & Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma kif ġejjin: Laqgħat mas-Segretarji Permanenti: 31 ta’ Ottubru 2022 21 ta’ Novembru 2022 23 ta’ Novembru 2022 25 ta’ Novembru 2022 30 ta’ Marzu 2023 Laqqħat mad-Diretturi Ġenerali u Diretturi: 21 ta’ Novembru 2022 23 ta’ Novembru 2022 25 ta’ Novembru 2022 21 ta’ Diċembru 2022 12 ta’ Jannar 2023 16 ta’ Jannar 2023 1 ta’ Frar 2023 2 ta’ Frar 2023 Laqgħat maċ-Chief Information Officers: 18 ta’ Jannar 2023 Laqgħat ma’ Diretturi Servizzi Korporattivi u Riżorsi Umani 17 ta’ Frar 2023 Laqgħat mat-tim tar-Relazzjonijiet Industrijali 12 ta’ Marzu 2023 29 ta’ Marzu 2023 Laqgħat mal-Unions: 1 ta’ Marzu 2023 - UĦM, Union tal-Protezzjoni Ċivili, UPISP 2 ta’ Marzu 2023 – MAM u Malta Chambers of Psychologists 3 ta’ Marzu 2023 – MUT 6 ta’ Marzu 2023 – MUMN, Police Union, GWU

Ċirkolari OPM No. 5/2023 – Modern Work Practices – Persuni li applikaw

Question

B’referenza għall-policy li ħarġet għall-ħaddiema taċ-Ċivil dwar Modern Work Practices biċ-ċirkulari OPM No. 5/2023, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna applikat sabiex tieħu extended remote working, u kemm minn dawn ġew approvati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li bħalissa ninsabu f'perjodu ta’ tranżizzjoni u għalhekk dan it-tagħrif ikun jista’ jingħata iktar 'il quddiem.

Kunsili Reġjonali – GPS Tracking tal-ġbir tal-iskart

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar liema Kunsill Reġjonali jiġbor informazzjoni dwar GPS tracking tal-ġbir tal-iskart, u jippreżenta kopja ta' din l-informazzjoni mill-1 ta' Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsilli Reġjonali qegħdin jagħmlu l-monitoraġġ kollu meħtieġ sabiex jaraw illi l-Kuntratturi qegħdin jiġbru l-iskart fil-ħin u kullimkien u b'hekk tigi osservata l-iskeda relattiva filwaqt li tinżamm l-indafa pubblika.

Kunsilli Reġjonali – Sistema ta’ Customer Care

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni dwar kif qiegħda titħaddem is-sistema ta' Customer Care fil-Kunsilli Reġjonali, u kif l-ilmenti qegħdin jiġu indirizzati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sistema ta’ Customer Care fi ħdan il-Kunsilli Reġjonali titħaddem permezz ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni li huma kollha aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali, inkluż dawk indikati fid-dokument li qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u dan sabiex jiġu indirizzati kwalsiasi lmenti fl-iqsar żmien possibbli.

Kunsilli Reġjonali – ġbir ta’ skart — servizz

Question

B’referenza għas-servizz tal-ġbir tal-iskart ipprovdut mill-Kunsilli Reġjonali, jista’ l-Ministru jgħid x'perjodu ta' ħin tal-ġurnata hemm stabbilit kuntrattwalment mal-kuntrattur li fih irid jinġabar l-iskart?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ġbir tal-iskart isir skont il-ħin li kien ġie miftiehem bejn il-Kunsilli Reġjonali u l-Kunsilli Lokali rispettivi flimkien mal-kuntrattur.

Skeda ġdida ta’ ġbir tal-iskart

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5103, tista' l-Ministru tgħid fejn din il-kundizzjoni tinsab fil-ftehim li hemm fis-seħħ mal-kuntratturi tal-ġbir tal-iskart mal-Kunsilli Reġjonali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nerġa’ niċċara li l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża mhuwiex parti mill-ftehim għall-ġbir tal-iskart, kif diġà indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5103.

Skart miġbur fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2023

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart f'tunnellati li nġabar f'kull lokalità rispettivament f'Malta u Għawdex, għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu tas-sena 2023, u liema ammonti jkunu maqsuma wkoll rispettivament għal dawn it-tipi ta' skart: skart imħallat (borża sewda); skart riċiklabbli (borza griża/ħadra); u skart organiku (borza bajda)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Minħabba li, mill-bidu ta’ din is-sena, il-ġbir tal-iskart beda jsir mir-Reġjuni, l-informazzjoni hija maqsuma skont ir-reġjun.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi f’ODZ għal stallazzjoni ta’ stalel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal ħruġ ta' permess biex isiru stalel f'żoni meqjusa ODZ ġiet sottomessa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Mejju tal-2021 sal-aħħar ta’ April tal-2023, l-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat li rċeviet 157 applikazzjoni kompluta biex isiru stalel f’żoni barra miż-żona tal-iżvilupp. Dawn jinkludu wkoll żewġ każijiet ta’ bdil fl-użu ta’ binjiet eżistenti biex jinħolqu stalel.