Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9255 u jgħid kemm swew l-iscreens elettroniċi tat-traffiku li hawn installati madwar pajjiżna biex inxtraw? Jista’ jgħid ukoll kemm swiet it-tiswija jew iċ-ċaqliq tagħhom, kif ukoll kemm jiswew biex jibqgħu jaħdmu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tikkonsidra il-Variable Messaging signs (VMS) bħala għodda addizzjonali importanti sabiex tikkomunika mas-sewwieqa b’mod dirett. Għaldaqstant il-messaġġi, li jvarjaw, ħafna drabi jkunu relatati mas-sigurtà tas-sewwieq li jinbidlu kontinwament skont l-esiġenzi ta’ ċirkostanzi. Ta’ min wieħed jgħid li bħalissa wħud minn dawn l-iskrins mhux jintużaw minħabba li qed issirilhom manutenzjoni.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex inxtraw l-iskrins elettriċi tat-traffiku ntefqu €692,027.58 u dawn kienu parti mill-MODUS project. L-iskrins elettriċi tal-Kappara swew €137,925.52.
Fir-rigward ta’ manutenzjoni bħalissa qed issir minn nies ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9254 u jipprovdi tabella bil-messaġġi li ntwerew fuq l-iscreens elettroniċi tat-traffiku li hawn installati madwar pajjiżna għal dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tikkonsidra l-Variable Messaging signs (VMS) bħala għodda addizzjonali importanti sabiex tikkomunika mas-sewwieqa b’mod dirett. Għaldaqstant il-messaġġi, li jvarjaw, ħafna drabi jkunu relatati mas-sigurtà tas-sewwieqa li jinbidlu kontinwament skont l-esiġenzi ta’ ċirkostanzi. Ta’ min wieħed jgħid li bħalissa wħud minn dawn l-iscreens mhux jintużaw minħabba li qed issirilhom manutenzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista’ ta’ eżempji ta’ messaġġi li jintwerew fuq l-iscreens elettroniċi tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9363 u jipprovdi t-timelog tal-applikazzjonijiet li ġew sottomessi fl-iskema li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek", liema skema fetħet nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, fl-ewwel tliet sigħat li fetħet? F'liema ħin il-fondi tal-iskema ġew allokati kollha proviżorjament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif miġbur mill-uffiċjali tal-Awtorità, is-sistema li biha saru l-applikazzjonijiet ħadmet kif ġej:
1. Biex wieħed jibda proċess ta’ applikazzjoni wieħed irid jidħol bl-E-id tiegħu. Il-periti li kienu qed idaħħlu applikazzjonijiet setgħu jkollhom aktar minn persuna delegata biex tapplika f’isem dak il-perit jew uffiċċju ta’ periti.
2. L-ewwel pass meħtieġ kien li persuna tiftaħ draft biex minn hemm jibda l-proċess tal-applikazzjoni ta’ uploading tad-dokumenti meħtieġa.
3. Is-sistema sa mill-ewwel ħinijiet kellha aċċess ta’ numri kbar u nfetħu bosta drafts bil-konsegwenza li l-proċess biex isir uploading tad-dokumenti ġie b’ritmu baxx ħafna. Konsegwenza ta’ dan, l-ipproċessar mis-sistema tad-dokumenti li kienu qed jiġu uploaded fuq is-sistema beda jiġi konkluż ftit aktar minn nofs siegħa wara li nfetħu l-applikazzjonijiet.
4. It-timelog li nżammet mis-sistema huwa l-ħin meta l-applikazzjonjiet li ġew konklużi bl-uploading tad-dokumenti kienu proċessati mis-sistema.
5. Illi l-ħinijiet li qed jingħataw f’din ir-risposta u li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra jindikaw l-applikazzjonijiet kif ġew konklużi u reġistrati fis-sistema wara li ġie pproċessat l-uploading fis-sistema kif spjegat.
Il-fondi kollha ġew allokati proviżorjament sakemm issir l-evalwazzjoni ta’ kull applikazzjoni peress li hemm numru suffiċċjenti skont il-budget li ġie allokat.
Attachments:PQ 9784 - Ħin ta' sottomissjoni tal-applikazjonijiet tal-iskema Irrestawra Darek 2023 (Kategorija UCA).pdf
Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9300, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar — Skema ‘Irrestawra Darek’ – sit elettroniku ma jaħdimx
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni teknika u jgħid għalfejn is-sit elettroniku ma kienx qed jaħdem meta fetħet l-iskema tal-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek” nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, tant illi numru ta' periti ma setgħux jaċċessaw u jissottomettu l-applikazzjonijiet? Jista’ wkoll jgħid għal kemm (f'terminu ta' ħin) dam mhux aċċessibbli dan is-sit?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9160, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jgħid liema hi l-awtorità responsabbli mill-manutenzjoni tal-lift ta' Bieb il-Belt? Jista' jgħid ukoll xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9016 u allura jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8008 u 8647, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, u jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-post li jagħmel referenza għalih huwa reġistrat fuq l-Awtorita tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jipprovdi t-timelog tal-applikazzjonijiet li ġew sottomessi fl-iskema li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek", liema skema fetħet nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, fl-ewwel tliet sigħat li fetħet? F'liema ħin il-fondi tal-iskema ġew allokati kollha proviżorjament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi l-lista ta’ dawk li rnexxielhom jissottomettu applikazzjoni sabiex jikkwalifikaw għall-fondi mill-iskema li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek" li fetħet nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, u jipprovdi rendikont spjegat, fl-ordni skont kif ġew sottomessi, ta’ min kien il-Perit sottomettenti, f’liema lokalità tinsab il-proprjetà, il-ħin li ġiet sottomessa, u l-istatus tal-applikazzjoni fiex qiegħda, ċjoè jekk ġietx aċċettata jew qiegħda fuq il-waiting list jew rifjutata?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Ħaddiema fis-Settur Pubbliku li huma sospiżi mix-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista u jgħid min huma l-persuni impjegati fis-Settur Pubbliku li jinsabu sospiżi mix-xogħol u għadhom jitħallsu? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju tagħhom preżentement, kemm ilhom sospiżi mix-xogħol u f’liema sezzjoni pubblika jaħdmu? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn qegħdin sospiżi mix-xogħol?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ma hemmx persuni li huma impjegati fl-enitijajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li jinsabu sospiżi mix-xogħol fl-istess ħin li għadhom jitħallsu.
Awtorità tal-Ippjanar – Laqgħat ma’ Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, jekk kien hemm, bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u Kunsilli Lokali f’din l-aħħar sena? Jista’ jagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat u jgħid ma’ liema Kunsilli Lokali ltaqgħu, min kien preżenti u x’kien is-suġġett diskuss?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema tip ta’ laqgħat u għal liema perjodu qed jirreferi.
Attivitajiet b’rabta mat-30 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali
Question
B’referenza għall-programm ta’ attivitajiet imfassal mill-Kumitat Organizzattiv għat-30 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali mhumiex mistiedna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’referenza ghall-programm ta’ attivitajiet li jimmarkaw it-30 sena ta’ Gvern Lokali li jkopri minn April 2023 sa Novembru 2023, l-attivitajiet li saru s’issa kienu jikkonsistu f’dan li ġej:
1. Fl-14 ta’ April 2023 – Laqgħa speċifikament għas-Sindki, Presidenti Reġjonali u Segretarji Eżekuttivi sabiex jiġi spjegat l-involviment tagħhom fl-attivitajiet ta’ matul is-sena.
2. Fit-8 ta’ Mejju 2023 – Konferenza dwar it-Tnedija tal-Viżjoni Strateġika tal-Gvern Lokali li għaliha kienu mistiedna Sindki, Viċi-Sindki, Segretarji Eżekuttivi u u Uffiċjali Għolja tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
3. Konferenza Annwali mill-ANSEK li għaliha kienu mistiedna s-Segretarji Eżekuttivi, Sindki u Kunsilliera u Uffiċjali Għolja tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
Se jkun hemm opportunita' li l-Ufficjali tad-Divizjoni jkunu mistiedna għal uħud mill-Attivitajiet li għad iridu jsiru, skont kif pjanat.
Nieħu l-opportunita' li nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tad-Diviżjoni tax-xogħol tajjeb ferm li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella bil-messaġġi li ntwerew fuq l-iscreens elettroniċi tat-traffiku li hawn installati madwar pajjiżna għal dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew l-iscreens elettroniċi tat-traffiku li hawn installati madwar pajjiżna biex inxtraw? Jista’ jgħid ukoll kemm swiet it-tiswija jew iċ-ċaqliq tagħhom, kif ukoll kemm jiswew biex jibqgħu jaħdmu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew l-iscreens elettroniċi tat-traffiku li hawn installati madwar pajjiżna u x’effett pożittiv ħallew fuq il-qagħda tat-traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Proġett tal-Pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi — ħsarat fil-lifts
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9000, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il darba l-lifts tal-pont ta' bejn il-Marsa u Ħal Qormi kellhom il-ħsara u/jew ma kenux qegħdin joperaw matul din l-aħħar sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew irrappurtati ħames ħsarat minn Frar ta’ din is-sena, li kif diġà spjegajna fil-Mistoqsija Parlamentari numru 9000, ittieħdet azzjoni immedjata sabiex il-ħsara ġiet irrimedjata fl-inqas ħin possibbli.
Proġett tal-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi – persuni li wettqu vandaliżmu jew reati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna, jekk kien hemm, tressqet fuq vandaliżmu jew reati oħrajn marbutin mal-istat diżastruż li qed jinżamm fih il-proġett tal-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi li ġie inawgurat is-sena li għaddiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Lulju tas-sena li għaddiet u llum kien hemm persuna li tressqet il-Qorti fuq akkużi li kkaġunat ħsara volontarja fil-lift tal-pont ta’ bejn il-Marsa u Ħal Qormi, għad-detriment ta’ Infrastructure Malta.
Proġett tal-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi – ħsarat fil-lifts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-lifts, li saru parti mill-proġett tal-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi li ġie inawgurat is-sena li għaddiet, kellhom ħsara u/jew ma kenux qegħdin joperaw għall-pubbliku matul din l-aħħar sena? Jista’ jagħti r-raġuni għalfejn ma kenux qegħdin joperaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru tagħmel spezzjonijiet u jsiru manutenzjonijiet perjodikament fuq il-lifts li jagħmlu parti mill-proġett riferut għalih f’din il-Mistoqsija Parlamentari. F’każ li tiġi nnotata xi ħsara fuq dawn il-lifts, tittieħed azzjoni immedjata sabiex il-ħsara tiġi rrimedjata.
Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8008 u 8647, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, u jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?
Project Green – proġetti ta’ spazju miftuħ aħdar ġdid
Question
Wara li l-aġenzija Project Green ħabbret 16-il proġett ta’ spazju miftuħ aħdar ġdid li ġew magħżula, tista’ l-Ministru tgħid u tipprovdi lista tal-applikazzjonijiet li ma ġewx magħżula u tgħid min kien l-applikant u xi proġett ġie propost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green diġà qed titkellem ma’ ħafna mill-applikanti li ma ntgħażlux għall-ewwel sejħa tal-Community Greening Grant, biex naraw kif il-proġetti tagħhom nistgħu nagħmluhom ambjentalment aktar sostenibbli u eventwalment inwettquhom.
F’Jannar li għadda, ftit jiem biss wara li twaqqfet Project Green, nedejna l-Community Greening Grant - l-ikbar skema li qatt rajna s’issa f’pajjiżna għal proġetti ambjentali. Din l-iskema ser tissarraf f’€10 miljun lill-komunità biex jitwettqu proġetti ambjentali li jagħmlu differenza pożittiva u reali fil-lokalitajiet. Fl-istess ħin qed naħdmu fuq proġetti kbar filwaqt li komplejna niftħu spazji miftuħa ġodda u riġenerati. F’anqas minn ħames xhur diġà tajna 32,000 metru kwadru
Bis-16-il proġett f’din l-ewwel sejħa tal-iskema, hu stmat li ser noħolqu żoni mħaddra li jistgħu jilħqu 110,000 persuna, f’temp ta’ 10 minuti mixi. Dawn il-proġetti jammontaw għal 80,000 metru kwadru ta’ spazji mħaddra ġodda – jiġifieri 10 darbiet daqs il-Fosos tal-Floriana. Uħud minnhom se jsiru fuq artijiet li setgħu ġew żviluppati għall-bini u li issa se jinbidlu f’pulmuni t’arja nadifa. Intgħażlu proġetti li juru firxa ta’ inizjattivi differenti u li se jwasslu għat-tħawwil t’aktar minn 6,400 siġra.