Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infrastructure Malta — Asfaltar tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tat-toroq li sar l-asfaltar tagħhom minn Infrastruttura Malta, maqsuma lokalità b’lokalità, mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal sistemi tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6110 li tkopri xogħlijiet li saru bejn l-2017 u Jannar tal-2023. It-toroq li saru minn Frar ta’ din is-sena ’l quddiem huma: Triq De Warsbergh, Triq l-ewwel Titjira, Triq l-avjazzjoni, Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Triq Tumas Cassar, parti minn Triq il-Linja, parti minn Triq Wied Ta’ Irmiedi, parti minn Triq Hal-Resqun, parti minn Triq Dawret, parti minn Telgħet ix-Xemxija, parti minn Triq Sir Temi Zammit, Parti minn Triq Mikiel Anton Vassalli, junction/underpass minn Triq Dun Karm lejn Triq Reġjonali, parti minn Triq il-Wied tal-Imsida, parti minn Triq ix-Xatt ta’ Xbiex, Park and Ride, parti minn Triq il-Marg, parti minn Triq Dun Karm Northbound, Triq il-Wied, parti minn Triq Dun KarmSoutbound, parti minn Triq Birkirkara, Triq Fleur De Lys, Triq Principessa Margaret/Triq Giuseppe Cali, Floriana P&R Roundabout, Xatt Lascaris, parti minn Triq il-Mosta, parti minn Triq il-Valletta, Triq is-Sebħ, parti minn Triq il-Gudja, parti minn Triq Għar Dalam, Pjazza Dun Tarcis Agius, parti minn Triq Diċembru 13, parti minn Triq is-Salib tal-Marsa, Triq iż-Żejtun, parti minn Triq Marsaxlokk, Triq William Prescott, parti minn Telgħet Birkirkara, Sqaq Ciantar, Triq San Ġwann, Triq A Cini, Triq il-Battalja ta’ Malta, Triq il-Kaċċa, Triq Ferlicjan, Smart City Area, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, iż-Żona tal-Landrijiet, parti minn Triq il-Kbira, parti minn Triq Maddalena, parti minn Triq Dun Karm Azzopardi, parti minn Triq Mater Boni Consilii, Triq l-Abatija, MIA ring road, Triq Brittanja, Triq Klematis, Triq Inez Soler, Triq Prinjol, Dawret it-Torri, Mdina Road, Vjal Blue Grotto, Triq l-Ilqugħ, Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Triq il-Missjunarji Maltin, Triq il-Labour, Triq San Ġużepp Demicoli, Triq San Luqa, Triq l-Emigranti, parti minn Triq l-Imriġġ, Triq tal-Għeriebel, Sqaq Dun Andre, parti minn Triq il-Karozzin, Triq Bertha K. IIg, Triq San Luqa, Triq il-Port Hieles, Triq Manoel de Vilhena, parti minn Triq Carlo Manche, Triq il-Marfa, Triq Luigi Preziosi, Hal Dwieli Alleys 2,3, parti minn Triq Bormla, Triq id-Difiza Civili, Triq Wied il-Ghajn, Triq is-Salvatur, Triq Tas-Sejba, parti minn Triq Juno, Triq Tunis, parti minn Triq l-Imħalled William Harding, Triq il-Bajjad, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, parti Triq Alessio Eradi, Vjal ir-Royal Amalta Artillery Northbound, parti minn Triq San Anard, Triq Kapuccini, parti minn Triq l-Imdina, Triq San Gwakkin, ix-Xatt ta’ Tigne, Triq ix-Xatt, Triq ta’ Xmiexi, Triq San Gejtanu, parti minn Triq Antonio Schembrui, parti minn Triq l-Orintoloġioja, Triq iż-Żurrieq, Triq l-Iskola, Sqaq l-Ibgħal, Triq l-Intornjatur, Triq l-Għadam, Triq it-Territorials, Triq Giovanni Felice, Triq San Ġwakkin, Triq l-Għajn ta’ Nofs Triq, parti minn Triq il-Ħaddiema, parti minn Triq il-Birrerija, Triq Sir Harry Luke, Sqaq Dun Edagar Gatt, Bieb it-Torri, Triq tal-Qroqq, Triq tat-Torri, Triq San Pawlu Xuereb, Triq VM Pellegrini, Triq in-Naxxar, parti minn Triq Dun Karm Azzopardi, Triq Charles Sciberras, Triq l-Għabex, Dawret il-Qawra, Triq San Fillippu, Triq il-Kappuccini, Vjal ir-Royal Amalta Artillery Southbound, Sqaq il-Kuncizzjoni, Triq Balbi, Triq Clarence, Sqaq is-Siġar, parti minn Triq Henry Calleja, Sqaq Lourdes, Mellieħa Square, Triq il-Kbira San Ġużepp, xogħlijiet ta’ Storm Water fi Triq il-Kandlora, Triq Mons Cachia Abela, l-ewwel fażi minn Triq il-Kbira.

Santa Venera — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet f’dawn l-aħħar tliet snin fil-lokalità ta’ Santa Venera, maqsuma sena b’sena u skont it-toroq rispettivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta' kontravenzjonijiet maħruġa fil-lokalità ta’ Santa Venera fis-sena 2021 kienu 9,165, fis-sena 2022 kienu 6,633 u minn Jannar sat-30 ta’ Settembru 2023 kienu 4,530.

Il-Belt Valletta — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet f’dawn l-aħħar tliet snin fil-Belt Valletta, maqsuma sena b’sena u skont it-toroq rispettivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa fil-Belt Valletta fis-sena 2021 kienu 15,542, fis-sena 2022 kienu 14,730 u minn Jannar sat-30 ta’ Settembru 2023 kienu 7,123.

Pietà — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet f’dawn l-aħħar tliet snin fil-lokalità tal-Pietà, maqsuma sena b’sena u skont it-toroq rispettivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa fil-lokalità tal-Pietà fis-sena 2021 kienu 7,150, fis-sena 2022 kienu 3,929 u minn Jannar sat-30 ta’ Settembru 2023 kienu 2,372.

Persuni li għamlu użu mit-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet użu mis-servizz tat-trasport pubbliku bejn Ġunju 2022 u Ġunju 2023 u jipprovdi informazzjoni dwar kemm passiġġiera kienu ċittadini Maltin, turisti jew persuni ta’ ċittadinanza barranija li jirrisjedu Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn Ġunju 2022 u Mejju 2023 kien hemm 57,396,000 vjaġġ li għamlu passiġġiera li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku. Il-figuri ta’ Ġunju 2023 għadhom mhumiex disponibbli. Infurmat ukoll li meta wieħed japplika għal Tal-linja Cardma tiġix mitluba in-nazzjonalità ta’ min jkun qiegħed japplika. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba jekk dawn il-vjaġġi sarux min ċittadini Maltin, turisti jew persuni ta’ ċittadinanza barranija li jgħixu Malta mhijiex disponibbli.

Santa Venera — Triq GF Agius De Soldanis - ċint

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9897 u 10099, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet rispettivament, u jgħid jekk ċint li jinsab ħiereġ fi Triq G. F. Agius De Soldanis f’Santa Venera, huwiex qiegħed jipprotrudi fuq triq pubblika u jostakola l-via tat-triq? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi regolata jekk ma tkunx konformi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera illi iċ-ċint in-kwistjoni qiegħed jipprotrudi fuq bankina pubblika u mhux it-triq. Sa dan l-istadju għadu mhux magħruf minn naħa tal-Kunsill Lokali min seta’ kien responsabbli għall-bini tal-istess ċint. Peress li din il-materja mhix fil-kompetenza tal-Kunsill Lokali, il-kunsill qiegħed jinforma lill-Awtorità tal-Ippjanar b’dan il-każ għal kull azzjoni meħtieġa minn naħa tagħhom.

Belt Valletta — Lift ta' Bieb il-Belt - Kuntatt f'Każ ta' Emerġenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10098, peress li l-lift li qed issir referenza għalih hu ta' Bieb il-Belt u mhux ta' Ġnien Laparelli, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Cleansing and Maintenance Division hija biss responsabbli għal-lift li minn ħdejn il-Parlament jagħti għal Ġnien Laparelli.

Project Green – għażla ta’ proġetti

Question

Tista’ l-Ministru tispjega fuq liema kriterji ntgħażlu l-proġetti ta’ Project Green u tipprovdi r-rapporti u/jew l-informazzjoni li nġabret u l-punti li ngħataw lil kull proġett sottomess?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-applikazzjonijiet kollha għall-Community Greening Grant ġew evalwati fuq numru t’aspetti differenti u kriterji stabbiliti fl-applikazzjoni. L-objettiv ta’ din l-iskema kien li jiġu implimentati proġetti ambjentali li jinkoraġġixxu l-iżvilupp sostenibbli, il-mobilità attiva u l-appoġġ tal-bijodiversità. Dan sabiex l-ispazji miftuħa jservu wkoll sabiex ikompli jitnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima. L-applikazzjonijiet kollha ġew evalwati wara eżami inizjali għall-eliġibilità. L-ewwel wieħed minn dawn il-kriterji kien jinkludi evalwazzjoni tal-potenzjal li kull proġett għandu sabiex jilħaq l-għanijiet tal-iskema. Liema għanijiet, fost oħrajn, kienu jinkludu l-ħolqien ta’ spazji miftuħa u inizjattivi ambjentali oħrajn u l-promozzjoni tas-sostenibbiltà f’sens wiesa’ sabiex tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u kull min jiffrekwenta ż-żoni tal-madwar. Kriterji oħrajn kienu jinkludu wkoll il-kontribuzzjoni ta’ kull proġett għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-lokalità u t-tisħiħ tal-aċċessibbiltà. Ġiet ikkunsidrata wkoll l-abbiltà tal-applikant li jwassal il-proġett fiż-żmien u b’baġit xieraq. Infakkar li dawn il-progetti jridu jiġu żviluppati sa stadju li jkunu jistgħu jitlestew sa Settembru tal-2025. Għal dawn il-kriterji, l-applikanti ntalbu jipprovdu viżjoni ċara għal dak li jimmira li jikseb il-proġett ibbażat fuq evidenza tal-isfidi u l-ħtiġijiet lokali. Kriterju ieħor li kien stabbilit kien dak li jirrigwarda l-estetika u l-innovazzjoni tal-proġetti sottomessi. Fil-fatt, saret evalwazzjoni teknika tad-disinn propost sabiex jiġi stabbilit aħjar sa liema punt dan kien jikkumplimenta l-pajsaġġ urban eżistenti, filwaqt li jtejjeb iż-żona u jilħaq l-għan ambjentali ta’ ekoloġizzazzjoni urbana u jtejjeb il-bijodiversità. Ingħatat prijorità għal soluzzjonijiet innovattivi u awtentiċi bbażati fuq in-natura (nature based solutions) li jikkontribwixxu għal ambjent u bijodiversità aħjar. Din l-evalwazzjoni setgħet issir skont l-applikazzjonijiet sottomessi li kienu jinkludu, fost oħrajn, pjanijiet u ritratti tas-sit u tal-arkitettura, skeċċ 3d/viżwali ġenerat mill-kompjuter, pjan tal-pajsaġġ (inkluż pjan ta' irrigazzjoni), pjan ta’ manutenzjoni għal 10 snin flimkien ma’ stimi u pjanijiet ta’ xogħlijiet li jenfasizzaw l-istadji importanti (key milestones) u sensiela ta’ green outputs. Is-16-il proġett li ntgħażlu s’issa laħqu dawn il-kriterji b’mod aktar effettiv u ħolistiku.

Project Green – proġetti magħżula

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-proġetti magħżula mill-Project Green diġà għandhom il-permess għall-iżvilupp u tipprovdi wkoll in-numru tal-permess relattiv għal kull proġett magħżul?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi ta’ kull proġett magħżul taħt il-Community Greening Grant li kien jirrikjedi Full Development Permit ġew miksuba. Huma biss dawk il-proġetti ta’ skala iżgħar li qegħdin jistennew li tinħarġilhom Development Notification Order (DNO) fil-ġimgħat li ġejjin.

Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9785 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9300, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tal-Artijiet flimkien ma’ entitajiet oħra governattivi, minn żmien għal żmien jiddiskutu xogħolijiet li jkun hemm bżonn li jsiru, abbażi ta’prijorità. Fil-mument qed tingħata prijorità proġetti oħra.

Belt Valletta — Lift - kuntatt f'każ ta' emerġenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9786, fejn ġejt informat li l-awtorità responsabbli mill-manutenzjoni tal-lift ta' Bieb il-Belt hija l-Cleansinig and Maintenance Division, jista' l-Ministru jgħid xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li l-lift li jwassal minn ħdejn il-Parlament sa Ġnien Laparelli huwa mgħammar b’apparat illi hekk kif tingħafas il-buttuna tal-emerġenza mill-utent, isir kuntatt kemm fuq mobile ta’ persuna inkarigata kif ukoll fuq in-numru tal-customer care tad-Diviżjoni.

Santa Venera – Triq GF Agius De Soldanis — ċint

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9897, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jgħid jekk ċint li jinsab ħiereġ fi Triq G. F. Agius De Soldanis f’Santa Venera, huwiex qiegħed jipprotrudi fuq triq pubblika u jostakola l-via tat-triq? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi regolata jekk ma tkunx konformi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Belt Valleta — lift - kuntatt f'każ ta' emerġenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9160 u 9299, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttra u l-Proġetti Kapitali rispettivament, u jgħid liema hi l-awtorità responsabbli mill-manutenzjoni tal-lift ta' Bieb il-Belt? Jista' jgħid ukoll xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtorità responsabbli hija l-Cleansing and Maintenance Division fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.

Awtorità tal-Ippjanar — Skema ‘Irrestawra Darek’ – sit elettroniku ma jaħdimx

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9298 u jagħti r-raġuni teknika u jgħid għalfejn is-sit elettroniku ma kienx qed jaħdem meta fetħet l-iskema tal-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek” nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, tant illi numru ta' periti ma setgħux jaċċessaw u jissottomettu l-applikazzjonijiet? Jista’ wkoll jgħid għal kemm (f'terminu ta' ħin) dam mhux aċċessibbli dan is-sit?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9784 li ngħatat fis-seduta 132.

Awtorità tal-Ippjanar — Skema ‘Irrestawra Darek’ – applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9380 u jipprovdi l-lista ta’ dawk li rnexxielhom jissottomettu applikazzjoni sabiex jikkwalifikaw għall-fondi mill-iskema li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek" li fetħet nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, u jipprovdi rendikont spjegat, fl-ordni skont kif ġew sottomessi, ta’ min kien il-Perit sottomettenti, f’liema lokalità tinsab il-proprjetà, il-ħin li ġiet sottomessa, u l-istatus tal-applikazzjoni fiex qiegħda, ċjoè jekk ġietx aċċettata jew qiegħda fuq il-waiting list jew rifjutata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9446 li ngħatat fis-seduta 132.

Santa Venera – Triq GF Agius De Soldanis — ċint

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ċint li jinsab ħiereġ fi Triq G. F. Agius De Soldanis f’Santa Venera, huwiex qiegħed jipprotrudi fuq triq pubblika u jostakola l-via tat-triq? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi regolata jekk ma tkunx konformi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9897 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Kummissarju tat-Taxxi – dokumenti — - każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tat-Taxxi qed jirrifjuta li jgħaddi dokumenti li l-Financial Crimes Investigations Department (FCID) għandha bżonn biex tkun tista’ tressaq lill-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, quddiem il-Qorti akkużat bi frodi ta’ VAT u ħasil ta’ flus f’ammont ta’ iktar minn €3 miljun?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi dejjem kien u jibqa’ dispost sabiex jagħti kull assistenza rikjesta mill-FCID, inkluż rapporti u dokumenti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-ġlieda kontra l-frodi ta’ VAT, evażjoni ta’ taxxa u l-ħasil tal-flus.

Screens elettroniċi tat-traffiku — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9256 u jgħid kemm swew l-iscreens elettroniċi tat-traffiku li hawn installati madwar pajjiżna u x’effett pożittiv ħallew fuq il-qagħda tat-traffiku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex fir-rigward ta’ spiża jirreferi għar-risposta mogħtija għal PQ9717. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tuża l-Variable Message Signs sabiex fost avviżi oħra, bħal limitu tal-veloċità, tavża lis-sewwieqa sabiex jużaw rotot alternattivi f’każ li jkun hemm xi għeluq ta’ toroq prinċipali jew xi inċidenti serji f’toroq partikulari li jikkawżaw it- traffiku. Għaldaqstant u possibbilment jitnaqqas l-inkonvenjent fit-toroq tagħna.