Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12494 fl-intier tagħha u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ policy consultants ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust tas-Segretarjat tal-Ministru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li fil-preżent hemm 3 policy consultants, scale 3 li huma Monica Farrugia, Nigel Vella, Larkin Paul Bonnici.

Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12490 fl-intier tagħha u jgħid min huma l-konsulenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed xi nżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 12490.

Persuni li ġew boarded out

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11764 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u tgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f’dawn l-aħħar tliet snin, u tagħti din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Benefiċċji Soċjali — Persuni li jirċievu benefiċċji f’isem ħaddiehor

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11765 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u jgħid jekk hemmx istanzi fejn hemm persuni li jirċievu l-benefiċċji soċjali f’isem jew f’kontijiet ta’ persuni qraba tagħhom u mhux f’isem il-persuna li hi eliġibbli għal għajnuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma jkollux informazzjoni jekk il-kont bankarju li jipprovdi l-benefiċjarju jkunx tiegħu jew inkella ta’ xi qraba tiegħu. Madanakollu, irrid inżid li, id-Dipartiment jesiġi li l-kont bankarju pprovdut jkun tal-benefiċjarju u li l-kont ikun wieħed ta’ tfaddil jew inkella kurrenti. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-banek ma jgħaddulniex informazzjoni jekk il-kont bankarju ikunx filfatt tal-benefiċjarju jew le. Huwa importanti dejjem li l-benefiċċjarju jara li n-numru tal-kont bankarju li jipprovdi ikun tajjeb, u li jinforma lid-Dipartiment mill-ewwel f’kas li ikun ser jibdel il-kont bankarju tiegħu.

Rapporti dwar vetturi u dħaħen fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11743 u 12265, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u lill Ministru għat-Turiżmu, rispettivament, u jgħid kemm-il rapport sar dwar vetturi u dħaħen fit-toroq f’din l-aħħar sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta rċeviet 120 rapport fuq emissjonijiet bejn Jannar u Settembru 2023.

Tal-Pietà — Żona quddiem l-Isptar San Luqa - Ftehim dwar manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12481, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li hemm dwar manutenzjoni taż-żona quddiem l-Isptar San Luqa f'Tal-Pieta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Rapporti ta’ rwejjaħ — Lokalitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12428, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont tar-rapporti li saru lid-Dipartiment tas-Sanità f’din l-aħħar sena dwar irwejjaħ u ntejjen, u jgħid ukoll kemm minnhom ġew riżolti f’kull lokalità rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn 411 s’issa ġew riżolti 319.

Rapporti ta’ rwejjaħ — Lokalitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12429, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont tar-rapporti li saru lid-Dipartiment tas-Sanità f’din l-aħħar sena dwar irwejjaħ u ntejjen, u jgħid ukoll f’liema lokalitajiet kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12772.

Ġbir ta’ skart straordinarju — Allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11754 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u jgħid minn Jannar 2023 kemm kienet l-allokazzjoni finanzjarja żejda li kellu sabiex ikun jista’ jagħmel ġbir straordinarju ta’ skart meta l-kuntratturi tal-Kunsilli Reġjonali ma jlaħħqux mal-ġbir?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar 2013 ma ġew mitluba jew allokati ebda fondi addizzjonali għal ġbir straordinarju ta’ skart, għaliex il-ġbir straordinarju li kien hemm bzonn sar bir-riżorsi eżistenti. Madankollu, fl-Estimi ta’ 2024 ġie inkluż Line Item ta’ €1 miljun sabiex isir investiment addizzjonali meħtieġ mid-Dipartiment konċernat biex ikun jista’ jintervjeni f’każ ta’ bżonn.

Cleaning & Maintenance Division — Ħaddiema allokati għall-ġbir ta’ skart straordinarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11755 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u jgħid sa kemm se jibqa’ jalloka persuni mill-Cleaning & Maintenance Division sabiex ikunu jistgħu jagħmlu ġbir straordinarju ta’ skart, meta l-kuntratturi tal-Kunsilli Reġjonali ma jlaħħqux mal-ġbir?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Permessi għal Disabled Parking — lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11762 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew approvati permessi ta’ Disabled Parking f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma rispettivament, u jgħid ukoll f’liema lokalitajiet dawn ingħataw?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li t-totali fit-tabella huma maqsuma kif isegwi: Approvazzjoni ta' parkeġġi personalizzati - 1573 (minn dawn, 1180 ġew trasferiti minn komuni għal parkeġġi personalizzati) Parkeġġi ġodda- 393 Parkeġġi komuni- 1319 Matul il-perjodu 2019 sal-2023 kien hemm 1712 parkeġġ ġdid.

Servizzi tad-dawl fit-toroq

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12132 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u ċjoè : B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11728, peress li l-mistoqsija oriġinali ma ġietx imwieġba, tista' l-Ministru telenka u tipprovdi l-lista tat-toroq fejn saru s-servizzi tad-dawl u linji minn taħt l-art?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta tagħmel sistemi ġodda għad-distribuzzjoni tal-elettriku taħt l-art u tibdel, testendi jew ittejjeb sistemi eżistenti f’kull triq fejn ikun meħtieġ.

Servizzi tad-dawl fit-toroq

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12133 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u ċjoè : B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11729 peress li l-mistoqsija ma ġietx imwieġba, tista' l-Ministru tipprovdi lista tat-toroq li fihom huwa ppjanat li se jingħaddew is-servizzi tad-dawl u linji minn taħt l-art fis-sena li ġejja?

Response (DALLI, MIRIAM)

Peress li dan huwa proċess kontinwu, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12655.

L-Istat ta’ Malta — Ħlas ta’ kumpens mill-Istat - Ammont

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11763 u jgħid kemm hu l-ammont ta’ flus ta’ kumpens li ħallas l-Istat wara li ġie kkundannat bi ksur ta’ dritt jew drittijiet fundamentali mill-Qrati tagħna f’dawn l-aħħar għaxar snin, liema informazzjoni għandha tkun maqsuma sena b’sena rispettivament, u jindika l-ammonti maqsuma skont id-dritt fundamentali li jkun ġie miksur?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba mis-sena 2021, sat-30 ta’ Settembru 2023 tinsab hawn taħt. Din l-informazzjoni tkopri informazzjoni li nġabret minn mindu l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat sar uffiċċju għalih. 2021 - € 7,746,037.16 2022 - €14,377,549.74 2023 - €13,740,977.68 (sat-30 ta’ Settembru 2023) Id-dritt jew drittijiet fundamentali li ġew leżi skont l-istess sentenzi Kostituzzjonali huma: L-Artikoli 33, 34, 36, 37, 38, 37 u 39 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta; L-Artikolu 1, l-ewwel protokol, u l-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Tablets li ġew użati mit-tfal fl-iskejjel li mhumiex jiġu użati

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8508, 8687 u 8928, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tablet li kien użat mit-tfal fl-iskejjel li issa mhuwiex qiegħed jiġi użat, fejn qegħdin jinħażnu u x'inhu l-ħsieb għall-użu tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma f'kundizzjoni li jitħaddmu u x’inhu l-valur globali ta’ dawn it-tablets?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 5,000 tablet fil-pussess tal-Ministeru li jaqgħu f’din il-kategorija indikata li jistgħu jerġgħu jiġu utilizzati. Għaddejja ħidma u evalwazzjoni sabiex wieħed jara li parti minn dawn it-tablets jerġgħu jiġu utilizzati għal skopijiet ta’ taħriġ f’diversi inizjattivi li jsiru mill-Ministeru.

Reġistru tal-Qorti — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fir-Reġistru tal-Qorti, u jaqsam din l-informazzjoni skont ir-Reġistru li qegħdin assenjati fih u skont il-kariga tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-20 t’Ottubru 2023 tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Impjegati Reġistru Ċivili (Prinċipali li jinkludi Qrati Inferjuri u Superjuri, Sezzjoni tas-Subbasti u Sezzjoni tat-Taxxi 48 Reġistru Ċivili (Seżżjoni tal-Familja) 8 Reġistru Ċivili (Seżżjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) 8 Reġistru Kriminal (Superjuri) 10 Reġistru Qrati tal-Maġistrati (Annex) 4 One Stop Shop 4 Reġistru Għawdex 4 Total 86

Qorti — Marixxal – Notifiki tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il marixxal hemm assenjat għan-notifiki tal-Qorti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-20 t’Ottubru 2023 mal-Aġenzija għas-servizzi tal-Qrati kien hemm 24 marixall assenjat biex jagħmlu n-notifiki f’Malta u Għawdex.

Atti ġudizzjarji li nħarġu għan-notifika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il att ġudizzjarju ħareġ għan-notifika bejn l-1 ta' Ottubru 2022 u l-1 ta' Ottubru 2023, u jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta’ notifika, jekk hux fil-ħin legali, wara l-ħin legali u/jew bil-purtier? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-atti ġudizzjarji kellhom riferta pożittiva?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’ Ottubru 2022 sal-1 ta’ Ottubru 2023 inħarġu total ta’ 61,804 notifiki ta’ atti ġudizzjarji. Minnhom 24,786 kienu notifiki maħruġa permezz tal-purtier fejn 3,672 minnhom saru wara l-ħin legali u 21,114 waqt il-ħin legali. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi s-sistema diġitali tal-Aġenzija tindika l-att meta jkun pożittiv fl-intier tiegħu. Iżda fejn dak l-att ikopri aktar min-notifika waħda, fejn waħda minnhom tkun negattiva, l-att jiġi ndikat bħala kompletament negattiv.

Membri tal-Ġudikatura — Persuni ngaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm ingaġġata ma’ kull Membru tal-Ġudikatura bħala staff, u jekk għandux il-ħsieb illi jalloka aktar staff fis-sigrieti tal-Imħallfin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull Imħallef fil-Qrati għandu addetti miegħu 6 impjegati li huma: court attorney, assistent ġudizzjarju, deputat reġistratur, skrivan tal-Qrati, messaġġier u xufier, filwaqt li Maġistrat fil-Qrati għandu addetti 5 impjegati miegħu assistent ġudizzjarju, deputat reġistratur, skrivan tal-Qrati, messaġġier u xufier. L-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għaddejja bi proċess ta’ reklutaġġ kontinwu skont kif meħtieġ.