Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12484 u 12784, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-konsulenti ingaġġati, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda minnhom rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 12484.

Ministeru għal Għawdex — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12895 rigward kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem u l-kunjom tal-Konsulenti fi Skala 7?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12897, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali 12490 fl-intier taghħa u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Tibdil fil-Mappa Ġeoloġika ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjega għalfejn il-mappa ġeoloġika ta' Malta (Bedrock Geology of the Maltese Islands) ippublikata fl-2022 fuq is-sit www.continentalshelf.gov.mt, inbidlet minn dik tal-1993? Jista’ jispjega x'hemm differenti? Jista' jagħti spjega dwar kif u għalfejn il-parti fejn hemm iż-żona li tiġi viċin il-lokalitajiet ta' Santa Venera, Ħal Qormi u l-Ħamrun jidher li nbidlet it-tip ta’ ġebla minn Middle Globigerina fl-1993 għal dik ta' Lower Globigerina fl-2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mappa tal-1993 kellha skala ta’ 1:25000 filwaqt li l-mappa tal-2022 għandha skala ta’ 1:10000. Dan ifisser li millimetru issa jirrappreżenta 10 metri u mhux 25 metru. Il-mappa ġiet aġġornata permezz ta’ tender li ngħata lill-British Geological Survey (BGS). Sitt ġeoloġi barranin u ġeologu lokali wieħed ġew ingaġġati mill-BGS għall-aġġornament tal-mappa. Il-mapep ġeoloġiċi huma interpretazzjonijiet, dedotti minn varjetà ta' evidenza diretta u indiretta. Interpretazzjonijiet suċċessivi ġeoloġiċi ta' żona jistgħu jinbidlu hekk kif issir disponibbli evidenza ġdida, jinbidlu l-konċetti ġeoloġiċi u jintużaw metodi ġodda ta' mappjar ġeoloġiku. Il-mappa tal-2022 hija bbażata fuq l-evidenza disponibbli fiz-zmien tal-istħarriġ, riċerka xjentifika u kunċetti ġeoloġiċi aktar moderni. Id-differenzi ewlenin bejn il-mappa tal-2022 fuq skala 1:10 000 u l-mappa tal-1993 fuq skala 1:25 000 jinkludu bidliet fil-pożizzjonijiet tal-konfini u l-istrutturi ġeoloġiċi dedotti (eż. faults) biex tittejjeb r-relazzjoni bejn il-ġeoloġija u t-topografija u biex tkun konsistenti mal-evidenza disponibbli, inklużi l-osservazzjonijiet fuq il-post, kif ukoll mal-prattiki moderni tal-immappjar ġeoloġiku. Ċerti units ġew ikklassifikati mill-ġdid (eż. l-età tal-blat) biex ikunu konsistenti mal-aħħar riċerka xjentifika. Il-lokalitajiet imsemmija huma żviluppati u urbanizzati ħafna, b'infrastruttura jew djar li jkopru l-biċċa l-kbira tal-art f'din iż-żona, għalhekk l-espozizzjoni tal-blat hija limitata ħafna. Informazzjoni addizzjonali minn investigazzjonijiet fuq l-art u boreholes li kienet disponibbli fiż-żmien tal-istħarriġ hija wkoll skarsa. Il-mappa ġeoloġika tal-1993 turi linja mhux kontinwa (dashed) madwar il-Middle Globigerina Limestone f'din iż-żona, li jfisser li l-estent ġie dedott minn informazzjoni limitata u mhux osservat direttament mill-ġeoloġi. L-outcrop tal-Middle Globigerina Limestone fil-qtugħ tat-triq fin-Nofsinhar tal-Mina ta' Santa Venera huwa rqiq u mhux kontinwu. Pereżempju, huwa stmat mill-immaġini ta' Google Street View li jkun bejn wieħed u ieħor 0.2 sa 0.3 metri. Din hija irqaq mir-‘regola ta’ metru’ li hija applikata mill-BGS għall-bedrock units meta mmappjati fuq skala 1:10 000. Dan ifisser li kwalunkwe bedrock unit irqaq minn metru huma tipikament esklużi minn mapep ġeoloġiċi fuq skala 1:10 000 favur l-unit ta’ taħt. Din il-prattika tneħħi l-kumplessità ġeometrika li ma tistax tiġi rappreżentata b’mod prattiku fl-iskala tal-immappjar. Il-mapep ġeoloġiċi jippreżentaw ġeneralizzazzjoni tal-ġeoloġija, bil-livell tad-dettall ikun xieraq għall-iskala tal-mappa. Il-mapep ġeoloġiċi huma maħsuba biex jiggwidaw, izda mhux jissostitwixxu, investigazzjoni xierqa tas-sit, inklużi studji fuq skala lokali.

Servizzi tad-dawl fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12655, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u telenka u tipprovdi l-lista tat-toroq fejn saru s-servizzi tad-dawl u linji minn taħt l-art?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li fihom l-Enemalta għamlet sistemi ġodda għad-distribuzzjoni tal-elettriku taħt l-art, bidlet, estendiet jew tejbet sistemi eżistenti, bejn Ġunju 2020 u Novembru 2023.

Servizzi tad-dawl fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12656 fejn il-Ministru rreferietni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12655, peress li f'din it-tweġiba m'hemmx l-informazzjoni mitluba, tista' l-Ministru tipprovdi lista tat-toroq li fihom huwa ppjanat li se jingħaddew is-servizzi tad-dawl u linji minn taħt l-art fis-sena li ġejja?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif wieħed jista’ josserva fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13116, ix-xogħol tal-Enemalta biex tagħmel sistemi ġodda għad-distribuzzjoni tal-elettriku taħt l-art u tibdel, testendi jew ittejjeb sistemi eżistenti fit-toroq, huwa wieħed kontinwu. Enemalta tikkordina m’entitajiet oħrajn konċernati sabiex isir dan ix-xogħol skont l-esiġenzi tas-servizz.

Persuni li ġew boarded out

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11764 u 12658, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, rispettivament u jgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f’dawn l-aħħar tliet snin, u jagħti din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ każijiet ġodda għal Pensjoni tal-Invalidità 2021 305 2022 288 2023 (sal-aħħar t’Ottubru 2023) 203

Tal-Pietà — Żona quddiem l-Isptar San Luqa - Ftehim dwar manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12481 u 12771, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u lill-Ministru għat-Turiżmu rispettivament, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li hemm dwar manutenzjoni taż-żona quddiem l-Isptar San Luqa f'Tal-Pieta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Pieta`li fi Pjazza San Luqa għad fadal xi xogħlijiet minuri li għad iridu jsiru. Barra minn hekk, infurmat li l-Kunsill għadu kif għażel l-offerta ta' min se jkun qed jieħu il-kafetterija u b'hekk din iż-żona, fil-jiem li -ġejjin, ser tkun qed tiġi amministrata aħjar. Intant infurmat li preżentament, il-Kunsill Lokali qiegħed jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-Pjazza.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12782 rigward kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem u l-kunjom tal-Konsulenti fi Skala 7?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12783 rigward kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem u l-kunjom tal-Konsulent fi Skala 8?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12491 u tgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat magħha f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u tgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12495 fl-intier tagħha u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12496 fl-intier tagħha u tgħid min huma l-konsulenti u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12499 rigward kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem u l-kunjom tal-konsulent fi Skala 6?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Belt Valletta — Triq Sant'Ursula – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb illi jirranġa l-partijiet komuni, inkluż il-bejt, tal-blokka fi Triq Sant' Ursula fil-Belt Valletta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u jekk iva, meta?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm ta’ Riġenerazzjoni ta’ blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali għas-sena 2024 għadu qed jiġi mfassal mill-Awtorità tad-Djar. Madankollu, il-blokk imsemmi kien diġà bbenefika mill-iskema bi sħab bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Kunsilli Lokali fejn kienu saru xogħlijiet ta’ titjib fil-partijiet komuni tal-blokk mill-Assoċjazzjoni tar-Residenti permezz ta’ għotja finanzjarja li ngħatat mill-Awtorità tad-Djar. L-għotja globali għal din il-manutenzjoni kienet ta’ €8,291. L-Assoċjazzjoni tar-Residenti kienet obbligata li tkompli tagħmel il-manutenzjoni regolari meħtieġa fil-partijiet komuni sabiex dawn jinżammu fi stat tajjeb.

Cleaning & Maintenance Division — Ħaddiema allokati għall-ġbir ta’ skart straordinarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11755 u 12509 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u lill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol rispettivament u jgħid sa kemm se jibqa’ jalloka persuni mill-Cleaning & Maintenance Division sabiex ikunu jistgħu jagħmlu ġbir straordinarju ta’ skart, meta l-kuntratturi tal-Kunsilli Reġjonali ma jlaħħqux mal-ġbir?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ser jibqa’ jingħata lil dawk il-lokalitajiet li l-aktar intlaqtu mill-problema tal-iskart matul ix-xhur tas-sajf. Ma hemm l-ebda ħsieb li dan is-servizz jitwaqqaf. Nikkjarifika li dan is-servizz huwa offrut sabiex jinġabar skart li ma jinħariġx fil-ħin u fil-ġurnata t-tajba skont l-iskeda nazzjonali u mhux għaliex il-kuntrattur mhuwiex ilaħħaq mal-ġbir tal-iskart.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12488 u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12485 u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12484, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda mill- konsulenti msemmija fl-istess tweġiba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12484.

Ministeru għal Għawdex — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12493, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11808, peress li f'din it-tweġiba m'hemmx l-informazzjoni rikjesta, jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jaqgħu taħt l-iStrategic and Priorities Unit. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.