Pietà u Floriana – Masġar – Siġar immarkati bl-aħmar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn numru ta’ siġar fil-masġar li jinsab fit-telgħa ta’ bejn il-Pietà u l-Floriana ġew immarkati b’ċirku aħmar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mill-verifiki li saru l-marki li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ma sarux minn xi entità jew dipartiment tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża. Infurmata wkoll li għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma daħlet l-ebda applikazzjoni li setgħet wasslet biex isiru l-marki msemmija. Madankollu tlabt lill-istess Awtorità sabiex tkompli għaddejja bil-verifiki tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm l-enerġija rinnovabbli preżentement qed tikkontribwixxi mit-total ta’ enerġija li tiġi prodotta f’pajjiżna f’punti perċentwali? Tista’ tgħid ukoll liema enerġija rinnovabbli tintuża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-2021, l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli kien ta’ 12.15%, hekk kif irappurtat mill-Eurostat. Dan il-perċentwal huwa magħmul minn sorsi li jiġġeneraw elettriku rinnovabbli bħal pannelli tax-xemx u waste-to-energy, minn sorsi rinnovabbli ta’ tisħin jew tkessiħ bħal heat pumps u solar water heaters, kif ukoll minn biofuels. Għall-2022, l-istimi proviżorji li mistennija jiġu rappurtati mill-Eurostat jindikaw li l-persentaġġ tar-rinnovabbli tela’ għal 13.4%.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fis-sena 2023 kemm żdiedu impjegati fis-Servizz Pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13735, mill-2022 għal 2023 infurmat li kien hemm tnaqqis ta’ 83 ħaddiem.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku għal dawn l-aħħar għaxar snin, u jipprovdi din l-informazzjoni permezz ta’ tabelli maqsuma skont is-sena?
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Belt Valletta — Permessi għal imwejjed u siġġijiet għall-ħwienet kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'metri kwadri, huma ż-żoni permessibbli li fihom l-entitajiet kummerċjali rispettivi fil-Belt Valletta għandhom il-permess li joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet fi spazji, bankini, pjazez u toroq pubbliċi? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni maqsuma entità entità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex entità kummerċjali tikkwalifika għall-permess tal-imwejjed u siġġijiet trid tagħmel dan permezz ta’ applikazzjoni online minfuq is-sit tal-istess Awtorità. Kif tidħol din l-applikazzjoni, l-Awtorità tibda proċess sabiex tara jekk din it-talba tistax tiġi akkomodata. Għalhekk ma teżistix xi żona fissa fejn fiha hu permessibli jew le li entità kummerċjali jista’ jkollha spazu għall-imwejjed u siġġijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet mill-Pulizija li kienet qiegħda ttellef il-paċi pubblika u se titressaq, jew tressqet il-Qorti, bejn Novembru 2022 u Novembru 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Novembru 2022 u l-15 ta’ Novembru 2023 kien hemm tlieta u sebgħin (73) persuna li nqabdet mill-Pulizija wara li kienet qiegħda ttellef il-paċi pubblika, fil-Belt Valletta. Dawn tressqu il-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta’ ġlied fi ħwienet kummerċjali u f’postijiet pubbliċi ġew irrappurtati fil-Belt Valletta bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, u jipprovdi l-ħinijiet ta’ kull inċident li ġie rrapurtat? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti tressqu l-Qorti u x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ma kienx hemm rapporti ta’ ġlied fi ħwienet kummerċjali fil-Belt Valletta fis-sena 2022. Kien hemm rapport wieħed ta’ ġlied f’lok kummerċjali fis-sena 2023 li seħħ bejn is-6.30 u 7.00 ta’ filgħodu fit-23 ta’ Lulju. Il-każ għadu sub-judice. Dwar ġlied f’postijiet pubbliċi fil-Belt Valletta, bejn Novembru 2022 u l-15 ta’ Novembru 2023, kien hemm irraportati għoxrin każ li nvolvew tnejn u erbgħin (42) persuna. Dawn seħħew fil-ġranet kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-persuni involuti tressqu l-Qorti l-każi għadhom sub-judice.
Data
Ezitu tal każ wara li tressqu l-Qorti
Numru ta’ Persuni Mressqa
1.
02/11/2023
Sub - Judice
2
2.
07/09/2023
Sub - Judice
2
3.
09/07/2023
Sub – Judice
1
4.
19/05/2022
Sub – Judice
1
5.
05/05/2023
Sub – Judice
1
6.
19/06/2023
Sub – Judice
1
7.
03/10/2023
Sub – Judice
2
8.
04/04/2023
Sub – Judice
2
9.
09/05/2023
Sub – Judice
1
10.
03/03/2023
Sub – Judice
5
11.
01/05/2023
Sub – Judice
2
12.
08/02/2023
Sub – Judice
1
13.
17/12/2022
Sub – Judice
3
14.
20/03/2023
Sub – Judice
2
15.
14/03/2023
Sub – Judice
2
16.
19/02/2023
Sub – Judice
3
17.
18/12/2022
Sub – Judice
5
18.
29/12/2022
Sub – Judice
1
19.
18/12/2022
Sub – Judice
1
20.
01/12/2022
Sub – Judice
4
42
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni nħarġet bejn Novembru 2022 u Novembru 2023 fuq E-scooters fil-Belt Valletta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu bejn Novembru 2022 u l-15 ta’ Novembru 2023 fuq E-scooters fil-Belt Valletta, mill-Pulizija u agenziji oħra tal-infurzar kien ta’ sitt mija u disa u sebgħin (679).
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija f'dawn l-aħħar ħames snin, u jipprovdi din l-informazzjoni sena b'sena u billi jikkategorizza l-mod kif iċ-ċittadinanza ġiet akkwistata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda kif tinsab fit-tabela t'hawn taħt:
Sena
Naturalizzazzjoni
Reġistrazzjoni
2018
1051
2519
2019
1006
2057
2020
662
2107
2021
786
1557
2022
464
2189
2023 (sa 13/11/2023)
551
1771
Belt Valletta – Imwejjed u siġġijiet għall-ħwienet kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn Novembru 2022 u Novembru 2023 kienx hemm ksur ta’ regoli jew permessi maħruġa għall-ħwienet kummerċjali biex ikollhom imwejjed u siġġijiet barra fil-Belt Valletta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet, hemm sezzjoni dedikata għal spezzjonijiet ta’ infurzar madwar Malta u Għawdex kollha. Għalhekk, nistieden lill-Onor. Interpellant biex jekk jaf b’xi każ partikolari, idaħħal rapport sabiex dan ikun jista' jiġi investigat.
Belt Valletta – Imwejjed u siġġijiet għall-ħwienet kummerċjali – Infurzar ta’ regoli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema regoli jiġu infurzati biex iżommu l-ordni tal-imwejjed u s-siġġijiet li jinżammu fit-toroq tal-Belt Valletta, u jekk kienx hemm infurzar tagħhom bejn Novembru 2022 u Novembru 2023 u jekk iva, jista’ jipprovdi kemm-il ordni ta’ infurzar inħarġet u abbażi ta’ xiex inħarġet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13488.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq u kemm jonqos x'jintefaq f'reklamar għall-Baġit 2024? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni billi jaqsam bl-ammonti tan-nefqa relattiva fuq liema mezz ta' media sar ir-reklamar u lil liema entitajiet terzi ħallas biex jirreklama u jagħti l-ammonti li tħallsu rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12905.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'reklamar għall-Baġit 2023? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni billi jaqsam bl-ammonti tan-nefqa relattiva fuq liema mezz ta' media sar ir-reklamar u jipprovdi wkoll lil liema entitajiet terzi ħallas biex jirreklama u jagħti l-ammonti li tħallsu rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12905.
Belt Valletta — Mużika li tindaqq f’postijiet kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema livelli ta’ mużika li tindaqq f’postijiet kummerċjali, huma meqjusa permissibbli għall-Pulizija fil-Belt Valletta u jipprovdi din l-informazzjoni f’decibels?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Pulizija taġixxi skont l-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni qiegħda tittieħed mill-Pulizija sabiex tassigura li l-livelli ta’ daqq ta’ mużika, qiegħda tirrispetta livelli kif għandhom ikunu fil-Belt Valletta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Pulizija tagħmel diversi rondi fil-Belt Valletta inkluż fiż-żoni fejn hemm stabilimenti kummerċjali li fihom hemm daqq ta’ mużika. Il-Pulizija taġixxi u timxi skond il-provedimenti tal-liġi u skond l-evidenza disponibbli, u jinħarġu akkużi kontra min jikkaġuna l-inkonvenjent, meta jkun il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ttieħdet u x’azzjoni ttieħdet fuq ħwienet kummerċjali li qabżu l-livelli permissibbli ta’ daqq ta’ mużika fil-Belt Valletta bejn November 2022 u Novembru 2023? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-ksur tal-liġijiet li nstab f’dawn l-entitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Novembru 2022 u l-15 ta’ Novembru 2023 il-pulizija ħadet azzjoni u ressqet il-Qorti tnejn u tletin (32) persuna talli fil-ħwienet kummerċjali tagħhom fil-Belt Valletta, qabżu l-livelli permissibbli ta’ daqq ta’ mużika. Il-ksur ta’ liġijiet li fuqhom tressqu l-Qorti kienu diversi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet mill-Pulizija b’pussess ta’ droga fil-Belt Valletta u se titressaq, jew tressqet il-Qorti, bejn Novembru 2022 u Novembru 2023? Jista’ jgħid ukoll liema droga illegali kienet fil-pussess tagħhom u jgħid kemm kienu dawn in-numri rispettivament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Novembru 2022 sal-15 ta’ Novembru 2023 kien hemm sbatax-il persuna li nqabdet mill-Pulizija b’pussess ta’ droga fil-Belt Valletta. Dawn kollha tressqu il-Qorti jew quddiem it-Tribunal jew inħarrġu l-akkużi kontra tagħhom.
Data
Numru ta’ persuni involuti
Azzjoni meħuda
Dettalji oħra
14.11.2022
1
Persuna tressqet il-Qorti akkużata b’pussess bi ħsieb li tissuplixxi
Sentenzjata
23.01.2023
1
Persuna mressqa l-Qorti akkużata b’pussess
Sub judice
27.01.2023
4
Persuni tressqu quddiem it-Tribunal minħabba pussess
Kaz deċiż
04.04.2023
1
Persuna tressqet quddiem it-Tribunal minħabba pussess
Sub judice
04.04.2023
1
Persuna tressqet quddiem it-Tribunal minħabba pussess
Sub judice
18.05.2023
1
Persuna tressqet quddiem il-Qorti minħabba pussess
Sub judice
30.08.2023
1
Persuna tressqet quddiem it-Tribunal minħabba pusses
Kaz deċiż
11.09.2023
1
Persuna tressqet quddiem il-Qorti minħabba pussess
Sub judice
11.09.2023
1
Persuna tressqet quddiem it-Tribunal minħabba pusses
Sub judice
26.01.2023
1
Persuna tressqet quddiem it-Tribunal minħabba pussess
Sub judice
11.02.2023
1
Persuna tressqet quddiem it-Tribunal minħabba pussess
Sub judice
08.04.2023
1
Persuna tressqet quddiem it-Tribunal minħabba pussess
Sub judice
30.01.2023
2
Persuni tressqu quddiem il-Qorti minħabba traffikar
Sub judice