Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar x'tip ta' riżorsi u/jew oġġetti ngħataw bħala assistenza lill-Forzi Ukreni matul is-snin 2022 u 2023, u dana billi jipprovdi informazzjoni dwar it-tip ta' riżorsa u/jew oġġett flimkien mal-kwantitajiet li ngħataw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kwalunkwe għajnuna li ngħatat lill-poplu Ukren kienet fil-forma ta' għajnuna umanitarja. Infurmat li Fl-2022 ingħataw 34 tunelleta ta’ mediċinali, fl-2023 ingħataw 19-il generator u 45 tunnellata oġġetti mediċinali (garżi, faxex, swabs eċċ) u fl-2024 ingħataw 25 mine detector. Dawn intbaghtu lill-Poplu Ukren permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u Stati parteċipanti dwar il-protezzjoni ċivili, biex itejjeb il-prevenzjoni, it-tħejjija, u r-rispons għad-diżastri. Infurmat ukoll illi f’Mejju tas-sena 2022 id-Direttorat tal-Affarijiet tad-Difiża kkoordina biex jipprovdi tagħmir u provvisti mediċi li swew €79,982.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għall-ażil f'Malta fis-sena 2023, u jaqsam din it-tabella bir-raġuni għall-ażil mitlub? Jista' jipprovdi rendikont ta' kemm-il applikazzjoni minn dawn ġiet approvata, miċħuda jew għadha pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14309. Ninsab ukoll infurmat illi l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali ma żżommx statistika dwar ir-raġunijiet għalfejn persuna tapplika għall-ażil.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' gwardjani lokali, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-rendikont mitlub jinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2022
Bidu tas-sena
Irtiraw
Waqfu volontarjament
Kemm żdiedu
Total ta' Uffiċjali tal-komunità
122
0
16
19
125
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' gwardjani lokali, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mil-Onorevoli Interpellant, qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2021
Bidu tas-sena
Irtiraw
Waqfu volontarjament
Kemm żdiedu
Total ta' Uffiċjali tal-komunità
112
3
14
27
122
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' gwardjani lokali, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-rendikont mitlub jinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2020
Bidu tas-sena
Irtiraw
Waqfu volontarjament
Kemm żdiedu
Total ta' Uffiċjali tal-Komunità
86
0
0
26
112
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-priġunier tħalla jagħmel użu mill-faċilità fil-Marsa fejn jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm kien it-total ta' tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar xhur sar proġett mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza b’kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, fejn għall-ewwel darba beda jkun possibli li priġunieri li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin ma’ wliedhom u l-membri tal-familja tagħhom f’binja apposta fil-Marsa, ’il bogħod mill-ħitan tal-ħabs taħt il-ħarsien ta’ professjonisti soċjali. Din il-binja hija waħda adattata biex tilqa’ tfal f’ambjent ferm aktar rilassat iżda fejn xorta waħda se jkun assigurat l-aqwa u l-ogħla livell ta’ sigurtà. Dan sar sabiex ikun offrut ambjent aħjar fejn persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza jkollhom ċans aqwa li tinbena relazzjoni ma’ minuri f’ambjent li huwa differenti minn ħabs. Dan huwa parti mill-isforz kbir rijabilitattiv li qed isir fl-aħħar snin u ser ikompli jsir. F’dan iż-żmien kien hemm 73 tifel u tifla li ltaqgħu mal-familjari tagħhom li qed jiskontaw sentenza, għal total ta’ 42 priġunier/a differenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il salvataġġ fuq il-baħar għamlu l-Forzi Armati ta' Malta fis-sena 2023, u jagħti d-dettalji ta' kull każ, inkluż kemm-il persuna kien hemm li kellhom bżonn l-għajnuna, x'nazzjonalità kienu, l-etajiet u x'kien l-eżitu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Forzi Armati ta’ Malta wettqet mija’ tnejn u għoxrin (122) każ ta’ salvataġġ fuq il-baħar, b’total ta 494 persuna (461 adulti u 33 minuri) li ġew salvati u mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti. In-Nazzjonalitajiet ivarjaw minn ċittadini Maltin, Ewropej u ċittadini minn pajjiżi terzi.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqqu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2020?
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – rendikont ta’ uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' uffiċjali mal-Protezzjoni Ċivili, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2023 fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili temmew l-impjieg tagħhom 1 Station Officer li kien għamel iktar minn 25 sena servizz, 1 Assistance and Rescue Officer u 1 LARO li sfortunatament tilef ħajtu waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
Ġew appuntati 12-il Station Officer wara sejħa dipartimentali, 1 Direttur Ġenerali u 2 Diretturi (service wide calls) u 1 Clerk. Ġew appuntati wkoll 64 Trainee Assistance and Rescue Officers li bħalissa qed jattendu kors tar-rekrutaġġ wara sejħa għall-applikazzjonijiet ppublikata fl-2022. Ingħaqdet mad-Dipartiment 01 Assistant Principal li ġiet trasferita minn Dipartiment ieħor filwaqt li Assistant Manager mpjegata mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġiet detailed.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – rendikont ta’ uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' uffiċjali mal-Protezzjoni Ċivili, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2022 itterminaw l-impjieg tagħhom minn mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 1 Chief Assistance and Rescue Officer, 03 Station Officers u 1 Assistance and Rescue Officer li temmew l-impjieg tagħhom wara li servew 25 sena servizz f’Korp Dixxiplinat. Itterminaw ukoll l-impjieg tagħhom 1 Labourer li ġie medically boarded out, 1 messaġġier, u d-Direttur Ġenerali li ġie appuntat Segretarju Permanenti.
Mad-Dipartiment matul l-2022 ingħaqdu 1 Clerk li ġiet re-employed u 1 Labourer. Gie sekondat 1 Tradesman. Ġew appuntati 6 Chief Assistance and Rescue Officers 4 Leading Assistance and Rescue Officers (Departmental calls for applications).
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – rendikont ta’ uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' uffiċjali mal-Protezzjoni Ċivili, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili matul is-sena 2021 rtiraw 1 Leading Assistance and Rescue Officer u 1 Assistance and Rescue Officers wara li kellhom 25 sena servizz fi ħdan Korp Dixxiplinat. 1 Assistance and Rescue Officer ieħor rtira wara li ġie medically boarded out. Irtira wkoll 1 Marine Engineer li laħaq l-eta’ tal-irtirar.
Matul l-istess sena ingħaqdu mad-Dipartiment 3 clerks li waħda minnhom ġiet ttrasferita matul l-istess sena. Ġew appuntati 1 Director Operations, 1 Assistant Manager, 1 Senior Manager (service wide calls) u ġew appuntati 63 Leading Assistance and Rescue Officer u 18-il Station Officer (Departmental Calls for applications).
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – rendikont ta’ uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' uffiċjali mal-Protezzjoni Ċivili, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2020 fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rtiraw tliet uffiċjala li kienu:1 Service Officer, 1 Leading Assistance and Rescue Officer li rtira wara li għalaq 25 sena servizz, 1 Assistance and Rescue Officer li rtira wara li għalaq 25 sena servizz.
Matul l-istess sena ġie appuntat Direttur Ġenerali ġdid (service wide call) u ġew trasferiti lejn id-Dipartiment 2 Service Officers, 1 Senior Staff Nurse u 1 Staff Nurse.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' gwardjani lokali, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-total tal-Uffiċjali tal-Komunita' huwa 142. Fis-sena 2023 irtiraw jew temmew l-impjieg 19 -il persuna, u ġew impjegati 36 persuna. It-total jinkludi kemm dawk l-uffiċjali li jaqdu dmirhom fuq barra fil-komunita', immaniġjar tat-traffiku, servizz marbut ma’ rapporti ta' ħbit ta' vetturi u kif ukoll dawk li jaqdu dmirhom fil-control room tal-Aġenzija LESA.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta sal-31 ta’ Dicembru 2022 kien ta’ 1825. Fis-sena 2022 irtiraw jew telqu 51 Other ranks u 7 Officers. Fis-sena 2022 issieħbu fil-FAM 94 persuna.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta sal-31 ta’ Diċembru 2021 kien ta’ 1805. Fis-sena 2021 irtiraw jew telqu 175 Other ranks u 14 Officers. Fis-sena 2021 issieħbu fil-FAM 230 persuna.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta sal-31 ta’ Dicembru 2020 kien ta’ 1870. Fis-sena 2020 irtiraw jew telqu 122 Other ranks u 7 Officers. Fis-sena 2020 issieħbu fil-FAM 120 persuna.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2023?
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?