Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Airtime u Programmi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Airtime u Programmi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti.
DIPARTIMENT/ENTITÀ
ISEM TAL-PROGRAMM
STAZZJON TELEVI
Ż
IV
DATA
INTERVISTA (IVA/LE)
NEFQA
Direttorat tas-Sistemi tal-Ikel
Bżulija
ONE
It-23 ta' Jannar 2024 fis-19:15 u 23:25 b’ripetizzjoni fl-24 ta' Jannar 2024 fid-09:45
Iva
€500.00
Strateġija u Sapport – Programm Edukattiv Let’s Talk Farming
Għaddi s’Hawn
TVM
6 slots bejn Jannar – Marzu 2024
Iva
€1416.00
Strateġija u Sapport – Programm Edukattiv Let’s Talk Farming
Ġimgħa b’Ġimgħa
NET
6 slots bejn Frar – Mejju 2024
Iva
€1,062.00
Strateġija u Sapport -– Programm Edukattiv
FLiving Show
FLiving
26/01/2024
Iva
€1,500
Strateġija u Sapport – Programm Edukattiv Let’s Talk Farming
TVAM
TVM
15/02/2024
Iva
€170
Malta Food Agency
TVAM
TVM
04/01/2024
Iva
€170
Malta Food Agency
Niskata
TVM
05/01/2024
Iva
€667
Malta Food Agency
Bejnietna
NET
10/01/2024
Iva
€80
Malta Food Agency
NET
NET
21/01/2024
Iva
€80
Ċentru Nazzjonali tal-Vitikultura u l-Oenoloġija
TVAM
TVM
18/01/2024
Iva
€170
Direttorat tal-Agrikoltura
Bejnietna
NET
10/01/2024
Iva
€80
Direttorat tal-Agrikoltura
Niskata
TVM
19/01/2024
Iva
€667
Riżorsi Agrikoli Malta
TVAM
TVM
01/02/2024
Iva
€170
Riżorsi Agrikoli Malta
Niskata
TVM
16/02/2024
Iva
€667
Biċċerija Pubblika
Niskata
TVM
05/02/2024
Iva
€667
Biċċerija Pubblika
TVAM
TVM
29/02/2024
Iva
€170
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15032 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2023 in-numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mija u ħamsa u ghoxrin (2125), matul l-istess sena kien hemm sitta u disgħin (96) membru li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm mitt (100) uffiċċjal li żdiedu mall-kumplament tal-Korp.
Uffiċċjali li spiccaw mill-korp fis-sena 2023
Total
Laħqu l-eta ta’ rtirar imma mhux 25 servizz
3
Mewt
2
Trasferiti il-Protezzjoni Ċivili
10
Raġunijiet mediċi
1
RPC Re-Instated
1
Riżenji
40
Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena servizz jew aktar)
39
Total
96
Fl-istess sena, infurmat ukoll li n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri eżekuttivi, kien ta’ mija u disa’ u sebgħin (179), tletin aktar mis-sena ta’ qabel. Dan ippermetta li numru minn dawn il-pulizija mall-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mall-Korp fis sena 2023, kien ta’ elfejn, tlett mija u erbgħa (2304).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 15033 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2022 in-numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mija u ħmistax (2115), matul l-istess sena kien hemm mija u tlieta u għoxrin (123) membru li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm disgħin (90) uffiċċjal li żdiedu mall-kumplament tal-Korp.
Uffiċċjali li spiccaw mill-korp fis-sena 2022
Total
Laħqu l-età ta’ rtirar imma mhux 25 servizz
3
Mewt
2
Mkeċċija
2
RPC terminu ta’ kuntratt
37
Raġunijiet Mediċi
6
Riżenji
33
Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena servizz jew aktar)
40
Total
123
Fl-istess sena, infurmat ukoll li n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri eżekuttivi, kien ta’ mija u disa’ u erbgħin (149). Dan ippermetta li numru minn dawn il-pulizija mal-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mall-Korp fis-sena 2022, kien ta’ elfejn, mitejn u erba’ u sittin (2264).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15034 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2021 in-numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mija u ħamsa u ħamsin (2155), matul l-istess sena kien hemm mitejn u wieħed u tletin (231) membru li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm mija u tnejn u erbgħin (142) uffiċċjali li żdiedu mall-kumplament tal-Korp.
Ufficcjali li spiccaw mill-korp fis-sena 2021
Total
Laħqu l-eta ta’ rtirar imma mhux 25 servizz
8
Mkeċċija
2
RPC terminu ta’ kuntratt
9
Raġunijiet mediċi
3
Ri¿enji
32
Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena jew aktar)
177
Total
231
Fl-istess sena, infurmat ukoll li n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri e¿ekuttivi, kien ta’ mija u erbgħa u ħamsin (154), ¿ieda ta’ tmienja u ħamsin mis-sitta u disgħin (96) tas-sena 2020. Dan ippermetta li numru minn dawn il-pulizija mall-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mall-Korp fis-sena 2021, kien ta’ elfejn, tlett mija u disgħa (2309).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15035 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqqu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2020 in numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mitejn u tlieta u ebgħin (2243), matul l-istess sena kien hemm mija u ħames (105) membri li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm sebgħa u sittin (67) uffiċċjali li żdiedu mall-kumplament tal-Korp.
Uffiċċjali li spiċċaw mill-korp fis-sena 2020
Total
Laħqu l-età ta’ rtirar imma mhux 25 servizz
1
Mewt
7
RPC terminu ta’ kuntratt
19
Raġunijiet mediċi
6
RPC li ġew re-instated full time
3
Ri¿enji
25
Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena jew aktar)
44
Total
105
Fl-istess sena, n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri eżekuttivi, kien ta’ sitta u disgħin (96). Dan ippermetta biex numru minn dawn il-pulizija mall-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mal-Korp fis sena 2020, kien ta’ elfejn, tlett mija u disgħa u tletin (2339).
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – massimu ta’ priġunieri
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15044, jista' l-Ministru jaqsam l-ammont ta' 817 persuna residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, skont id-diviżjonijiet tal-binja f'Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
M'huwiex suġġerit li din l-informazzjoni tkun pubblikata minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jista jkun provdut informazzjoni b'mod privat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15046, jista' l-Ministru jindika f'numri u jaqsam l-ammont ta' 494 persuna li ġew salvati mill-baħar mill-Forzi Armati ta' Malta fis-sena 2023, skont in-nazzjonalità tal-persuni msemmija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta wettqet mija’ tnejn u għoxrin (122) każ ta’ salvataġġ fuq il-baħar, b’total ta 494 persuna (461 adulti u 33 minuri) li ġew salvati u mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti. In-Nazzjonalitajiet ivarjaw minn ċittadini Maltin, Ewropej u ċittadini minn pajjiżi terzi.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Fotografi jew vidjografi - direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14352 u 15002 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14350 u 15004 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
L-isem tal-kuntrattur
L-attivitajiet li saru
Ammonti imħallsa fil-perjodu indikat
Nocturne Services Ltd
Servizzi ta vidjografija u servizzi marbuta ma' media mal-Ministeru
€44,500 exc VAT
Mr Xylon Bristow
Servizzi ta vidjografija mas-Segretarju Parlamentari
€2,100
€6,181.67
Mr Vincent Piscopo
Servizzi ta fotografija mal-Ministeru
€8,600
Ms Chanelle Demicoli
Servizzi ta vidjografija mas-Segretarjat Parlamentari
€1050
Is-servizzi ġew provduti fl-attivitajiet uffiċjali tal-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari.
Awtorità tal-Artijiet u Land Registration Agency – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Awtorità tal-Artijiet u/jew Land Registration Agency li ngħataw f’din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet u l-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet matul l-2023 ma taw l-ebda direct order relatati ma’ vidjografija jew fotografija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15008 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15009 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15010, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mal-Pulizija b'rabta ma' ksur tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.37 - Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent? Jekk kien il-każ, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati flimkien mal-akkużi u l-lok ta' fejn seħħ il-każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din hija informazzjoni li jkollu l-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14353, rigward il-fotografi u vidjografi inkarigati mill-Ministeru, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem tal-kuntrattur u d-dati tal-inkarigu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14357 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Isem tal-Kuntrattur
Deskrizzjoni tal-attività
Ammont Eskl. VAT
Halo Services
Provision of lighting, sound, filming/ editing, facebook live streaming & Internet set-up icw Aviation Conference held on 18.03.2023
€9,750.00
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14359 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kien hemm Direct Order fis-sena 2023, cioe li teċċedi l-ammont ta’ 5000 Ewro, għall-vidjografi jew fotografi u dan kien ħlas lil D Motion Production ta’ 5400 Ewro u dan għal servizzi marbuta ma’ l-operazzjoni ta’ tifi tan-nar, tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa l-Greċja.
Ministeru għat-Turiżmu — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14360, jista' l-Ministru jindika liema Gazzetti tal-Gvern qed jirreferi għalihom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14360, ninfurmah li skont ir-Regolamenti tal-Akkwist Pubbliku, dan se jiġi ppublikat qabel l-aħħar tal-ewwel kwart ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14363 fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu u l-attivitajiet li saru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li s-servizzi msemmijja ingħataw wara publikazzjoni ta’ Expression of Interest fuq il-Gazzrtta tal-Gvern.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14365, jista' l-Ministru jindika liema Gazzetti tal-Gvern qed jirreferi għalihom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-paġna tal-Gazzetta tal-Gvern, ippublikata fis-17 t’Ottubru 2023, li turi l-informazzjoni mitluba. Nattira l-attenzjoni wkoll li s-servizzi tal-fotografija u ta’ vidjografija huma parti minn spiża ta’ servizzi oħra.