Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija – rapporti ta’ traffikar tad-droga

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15064, jista’ l-Ministru jaqsam l-ammont ta’ 83 rapport ta’ każijiet ta’ traffikar ta’ droga li saru mill-Pulizija matul is-sena 2023 u jipprovdi l-ammonti rispettivi fil-lokalitajiet imsemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Belt Valletta — Purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet, permessi u azzjoni se tittieħed sabiex il-purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu jistgħu jsiru fit-toroq tal-Belt Valletta mingħajr ma jkun hemm aċċess limitat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qiegħda f’diskussjonijiet ma’ entitajiet responsabbli għal ħruġ ta’ permessi u liċenzji, fejn jikkonċerna postijiet ta’ negozju fil-Belt Valletta, biex tkun tista’ tgħin fl-infurzar lill-istess entitajiet, waqt il-purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15073 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2023.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15074 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2022.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir -Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Tista' tindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minn Jannar tal-2024 s’issa, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma sar l-ebda infiq ta’ flus mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu fuq programmi televiżivi kif indikat fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni -Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-8 ta’ Marzu 2024.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva -Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Tista' tindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Ministeru jadotta policy li jkollu rkejjen informattivi waqt magazine shows prinċipali fuq l-istazzjonijiet ewlenin kollha tal-pajjiż, iġifieri permezz ta’ PSO ma’ TVM (TVAM, Għaddi s’hawn, Niskata u Illum ma’ Steph), kif ukoll bi ħlas speċifiku għal kull slot ta’ 170e vat eskluż ma’ NET TV (Ġimgħa b’Ġimgħa), ONE TV 180e vat eskluż (Kalamita), u fLiving 175e vat eskluż (The fLiving Show). Għal dawn il-programmi s-suġġetti jkunu varji u għalihom jattendu l-persuni kompetenti biex jagħtu informazzjoni dwar l-oqsma li huma jirrappreżentaw fis-setturi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol. Ma’ dawn hemm ukoll l-irkejjen informattivi fissi tal-Aġenzija Identità waqt il-programmi TVAM, Għaddi s’hawn u Niskata fuq TVM, b’nefqa ta’ 175e f’kull wieħed.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma inxtara l-ebda airtime.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista bid-dettalji mitluba minnu rigward nefqa fuq programmi tat-televixin mill-bidu tas-sena 2024 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari tinsab hawn taħt mehmuża. Il-programmi kienu diskussjonijiet informattivi. Data Nefqa eskluż VAT€ Isem tal-Programm Stazzjon 02-Feb-24 400 TVAM TVM 05-Feb-24 170 Illum ma' Steph TVM 06-Feb-24 200 Niskata TVM 12-Feb-24 138 Ġimgħa b'Ġimgħa NET TV 15-Feb-24 250 Kalamita ONE TV 16-Feb-24 400 TVAM TVM 22-Feb-24 250 fLiving Show fLiving 23-Feb-24 138 Bejnietna NET TV 29-Feb-24 250 Kalamita ONE TV 29-Feb-24 250 fLiving Show fLiving 10-Jan-24 170 Illum ma' Steph TVM 12-Jan-24 100 Bejnietna Net TV 16-Jan-24 100 Kalamita One TV 24-Jan-24 170 Illum ma' Steph TVM 25-Jan-24 100 Bejnietna Net TV 30-Jan-24 100 Kalamita One TV 07-Feb-24 170 Illum ma' Steph TVM 08-Feb-24 100 Bejnietna Net TV 16-Feb-24 100 Kalamita One TV 20-Feb-24 170 Illum ma' Steph TVM 22-Feb-24 100 Bejnietna Net TV 27-Feb-24 100 Kalamita One

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ma kien hemm l-ebda nefqa fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.