Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15084 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2020 kien hemm ħdax (11)-il persuna li tressqet il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali. Il-proċess għadu sub judice f’ħames (5) każi. F'żewġ (2) każijiet il-persuna lliberata. Fi tliet (3) każi oħra il-persuna kkonċernata ġiet meħlusa b’kondizzjoni u kien hemm każ (1) fejn il-proċeduri ġew eżawriti.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15085 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika, fis-sena 2023 kien hemm ħamsa u ħamsin (55) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, kien hemm elfejn u dsatax (2019) -il każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati mill-GBDVU. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli għal din is-sena, meta l-proċess jitlesta.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15086 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika, fis-sena 2022 kien hemm erbgħa u sittin (64) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, kien hemm elf sitt mija u sittin (1660) każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati mill-GBDVU. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli għal din is-sena, li fiha il-proċeduri fil-qrati ġew ċentraliżżata u ma baqgħux mifruxa ma’ diversi seduti distrettwali.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15087 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika fis-sena 2021 kien hemm tlieta u ħamsin (53) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, kien hemm elf sebgħa mija u sebgħa u sebgħin (1777) każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati mill-GBDVU. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli mis-sena 2022, id-data meta l-proċeduri fil-qrati ġew ċentraliżżata u ma baqgħux mifruxa ma’ diversi seduti distrettwali.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15088 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika, fis-sena 2020 kien hemm ħamsin (50) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, meta l-każi ta’ vjolenza Domestika ġew ċentraliżżati minn Ottubru 2020 mat-Taqsima tal-GBDV, kien hemm erba’ mija u sittin (460) każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli mis-sena 2022, id-data meta l-proċeduri fil-qrati ġew ċentralizzati u ma baqgħux mifruxa ma diversi seduti distrettwali.

Santa Venera — Triq GF Agius De Soldanis - ċint

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10374 ta' din il-leġislatura, imwieġba nhar is-26 ta' Ġunju 2023, li fiha l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kien qal li jinsab infurmat “mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera illi iċ-ċint in-kwistjoni qiegħed jipprotrudi fuq bankina pubblika” u li l-istess kunsill informa “lill-Awtorità tal-Ippjanar b’dan il-każ għal kull azzjoni meħtieġa minn naħa tagħhom.”, jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret minn dakinhar u x'passi ttieħdu sabiex il-bankina ma tibqax imblukkata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità m’għandhiex din il-kompetenza.

Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15078 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2022 kien hemm tlett (3) persuni li tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Il-proċess għadu sub judice f’żewġ każi. Fit-tielet każ il-persuna kkonċernata ġiet meħlusa b’kondizzjoni għal sitt xhur u mmultata 150 Ewro.

Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15079 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2021 kien hemm erbgħa (4) persuni li tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. F’każ minnhom il-persuna mressqa ngħatat ordni ta’ probation – f’ każ ieħor persuna ma nstabetx ħatja - każ għadu għaddej u f’każ ieħor il-persuna ngħatat obligazzjoni in atti.

Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15080 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2020 kien hemm persuna li tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Il-każ għadu sub judice.

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15081 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2023 kien hemm tnejn u għoxrin (22) persuna li tressqet il-Qorti akkużati b' reat marbut ma' fastidju sesswali. Il-proċess għadu sub judice fi sbatax (17) -il każ. Kien hemm każ (1) fejn il-persuna ġiet illiberata. Każ (1) fejn inħarrġet ordni ta’ probation u każ (1) fejn nħarġet ordni ta’ probation u ħamsin siegħa xogħol fil-komunità. F’każ (1) ieħor ingħatat sentenza sospiża u ordni ta’ trażżin għal tlett snin u każ (1) fejn il-persuna ġie lliberat b’kondizzjoni.

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15082 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2022 kien hemm dsatax il-każ fejn (19) -il persuna tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali. Disa’ (9) każi għadhom sub-judice u każ (1) fejn il-persuna ġiet lliberata. F’żewġ (2) każi il-ħatja ngħataw liberta kondizzjonata għal sentejn u f’każ (1) ieħor persuna ngħatat ordni ta’ Probation u erbgħin siegħa xogħol fil-komunità. Persuna (1) ngħatat ordni ta’ probation u ordni ta’ protezzjoni. Kien hemm żewġ każi (2) fejn il-proċeduri ġew eżawriti u żewġ każi (2) fejn inħarġet ordni ristrettiva u ordni ta’ protezzjoni għal tlett snin. F’każ (1) ieħor fejn ingħatat obligazzjoni in atti.

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15083 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2021 kien hemm erbatax (14) -il każ fejn persuni tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali. Erba’ każi huma sub-judice. Żewġ każi fejn il-persuna ġiet lliberata, waqt li żewġ każi kienu preskritti. Tlett każi oħra kellhom il-proċeduri eżawriti, f’każ kien hemm ordni ta’ probation, u każ ieħor fejn il-persuna weħlet multa u ngħatat ordni ta’ protezzjoni għal tlett snin. Każ ieħor qiegħed għas-sentenza.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15075 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2021.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15076 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2020 kien hemm każ ta’ traffikar ta’ minuri għal skop ta’ sfruttament sesswali ta’ tlett itfal femminili ta’ bejn it-tlettax u erbatax -il sena. In konnessjoni ma’ dan il-każ kien hemm persuna li tressqet il-Qorti u l-każ kontra tagħha għadu sub-judice.

Belt Valletta — Purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet, permessi u azzjoni se tittieħed sabiex il-purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu jistgħu jsiru fit-toroq tal-Belt Valletta mingħajr ma jkun hemm aċċess limitat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Belt Valletta — Purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet, permessi u azzjoni se tittieħed sabiex il-purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu jistgħu jsiru fit-toroq tal-Belt Valletta mingħajr ma jkun hemm aċċess limitat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-awtoritajiet konċernati flimkien mal-organiżżaturi tal-purċissjonijiet ftehmu dwar il-passi li se jittieħdu f’dan ir-rigward.

Belt Valletta — Sant Iermu - Lista ta’ attivitajiet u permessi li nħarġu

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ attivitajiet u permessi li nħarġu f’din l-aħħar sena li saru f’Sant Iermu fil-Belt Valletta, u jipprovdi l-informazzjoni dwar l-attività/użu u fuq min ħareġ il-permess?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15077 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2023 kien hemm disa’ (9) persuni li tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Il-proċess għadu sub judice f’ħames każi. Kien hemm każ fejn il-persuna ġiet illiberata. Fit-tlett każi l-oħra, inħarrġet ordni ta’ probation.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Baġit 2024 – Inċentiv għal ħaddiema tas-servizz li jibqgħu jaħdmu

Question

Filwaqt li ssir referenza għal inċentiv tal-Baġit 2024 li permezz tiegħu dawk il-persuni tas-servizz li mill-2024, jagħżlu li jagħtu servizz lil hinn minn 29 sena, jista’ l-Ministru jgħid, jekk hemmx il-lok illi din il-miżura tiġi applikata retrospettiva u ċjoè li kull persuna li llum diġà qiegħda tagħmel perjodu addizzjonali tas-servizz tkun eleġibbli, u dak iż-żmien ta’ servizz oltre li tat diġà, ikun jgħodd f’din l-iskema u jkun jista’ jibbenefika mill-inċentivi, minflok dawn jibdew jgħoddu mill-2024 ’il quddiem biss? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux ser ikun hemm diskriminazzjoni u jagħti r-raġuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.