Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 685 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 975
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 684 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi vverifikat biex jitkejjel it-titjib fil-produttività li fuqhom ser tkun ibbażata l-għotja addizzjonali relatata mal-Intelliġenza Artifiċjali?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Niforma lil Hon. interpelant lill-informazzjoni ghada qed tinġabar
Ministeru għas-Saħħa – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 683 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 682 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-Amministrazzjoni Pubblika qed timplimenta ċentralment l-Intelliġenza artifiċjali permezz tal-iskjerament tal-copilot tal-Microsoft 365, taħt is-superviżjoni tal-MITA. Aktar minn 12,500 uffiċjal pubbliku ngħataw aċċess għas-servizz, li jappoġġja l-abbozzar u r-reviżjoni tad-dokumenti, l-analiżi tal-informazzjoni, is-sommarji tal-laqgħat, il-preżentazzjonijiet, il-komunikazzjoni u l-produttivita ’. Il-MITA tuża wkoll il-kapaċitajiet tal-Intelliġenza artifiċjali biex tappoġġa l-iżvilupp tas-software, is-cybersecurity, il-monitoraġġ tas-servizz u l-awtomatizzazzjoni amministrattiva. B’ mod simili l-Aġenzija Servizz.gov topera chatbot li jħares lejn il-pubbliku żviluppat bl-użu tal-Microsoft copilot Studio, disponibbli permezz tas-sit web tal-Servizz.gov biex iwieġeb mistoqsijiet dwar is-servizzi tal-Gvern u jidderieġi lill-utenti għall-informazzjoni rilevanti u s-servizzi online. Sadanittant billi l-AI huwa suġġett li jinbidel il-ħin kollu, il-Gvern qed iwettaq aġġornamenti kontinwi tal-politika tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-komponent tal-Intelliġenza Artifiċjali taħt l-iskema "Digitalise your SME" sal-lum, maqsuma skont is-settur ekonomiku?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sal-aħħar ta’ Settembru 2026, ġew sottomessi 180 applikazzjoni taħt l-iskema Digitalise your SME, li 35 minnhom kienu jinkludu component tal-Intelligenza Artifiċjali.
Dettalji tas-setturi ekonomiċi jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:
Economic Sector
Applications with AI component
Accommodation & Food Service Activities
2
Administrative & Support Services Activities
2
Arts, Sports and Recreation
1
Education
2
Financial & Insurance Activities
1
Human Health & Social Work Activities
1
Manufacturing
5
Professional, Scientific & Technical Activities
8
Publishing, Broadcasting, & Content Production & Distribution Activities
1
Real Estate Activities
1
Telecommunication, Computer Programming, Consulting, Computing Infrastructure & Other Information Service Activities
2
Wholesale & Retail
9
Total
35
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet imħassra mir-Reġistru tan-Negozji minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi legali matul l-aħħar tliet snin, maqsuma skont is-sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Sena
Numru ta Kumpaniji
2023
2,658
2024
713
2025
2,080
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja taż-żmien li r-Reġistru tan-Negozji jieħu sabiex jipproċessa reġistrazzjoni ġdida, annual return u notifika ta’ bidla, maqsuma skont it-tip ta’ servizz?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, meta r-Reġistru tan-Negozji jirċievi dokumenti jew notifiki li jkunu konformi mar-rekwiżiti legali u li ma jkunux jeħtieġu korrezzjonijiet jew emendi ulterjuri, il-proċess tal-ipproċessar isir fi żmien ta’ tliet sighat fil-każ ta’ reġistrazzjoni ġdida. Fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ annual return, il-proċess normalment jitlesta fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xoghol, filwaqt li notifiki relatati ma’ bidliet jiġu pproċessati fi żmien ġurnata jew jumejn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’indikaturi ta’ prestazzjoni (KPIs) intużaw sabiex jitkejjel is-suċċess tal-investimenti riċenti fil-Freeport u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport ta’ monitoraġġ disponibbli?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jiċċara għal-liema investiment qiegħed jirreferi.
Servizzi ta’ broadband u 5G – Studji/valutazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe studju jew valutazzjoni li saru dwar il-livell ta’ kopertura u kwalità tas-servizzi ta’ broadband u 5G f’Malta u Għawdex matul l-aħħar sentejn?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tali informazzjoni diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux pjan nazzjonali dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura diġitali kritika? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux stress-tests jew simulazzjonijiet matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt relatat ma’ proġetti strateġiċi ġie estiż jew varjat wara l-għoti tiegħu, matul l-aħħar tliet snin, flimkien mar-raġuni għal kull estensjoni jew varjazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-ebda kuntratt relatat ma’ proġetti strateġiċi ma ġie estiż jew varjat wara l-għoti tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għal kull proġett strateġiku li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu saritx valutazzjoni wara l-implimentazzjoni ("post-implementation review"), u jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra fejn din teżisti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant, li sa issa ma hemm ebda proġett li seta jsir post-implementation review fuqu wara l-implimentazzjoni.
Jista’ l-Ministru jelenka l-proġetti strateġiċi kollha li bħalissa jinsabu f’dewmien meta mqabbla mal-pjan jew strateġija oriġinali tagħhom u għal kull wieħed jagħti r-raġuni ewlenija tad-dewmien?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Proġetti strateġiċi li bħalissa ma hemm ebda proġett li beda u li jinsab f’dewmien meta mqabbel mal-pjan stabbilit. Madanakollu hemm tliet proġetti li huma suġġetti ta’ appell kif qed jiġi spjegat hawn taħt, u li huma l-proġetti tax-Chalet, l-Evans Building u L-Pixkerija. Il-konċessjonijiet tal-proġetti ta’ Evans Building u Chalet jinstabu fil-proċess avvanzat u mistenni li jkun iffirmat il-kuntratt fix-xhur li ġejjin wara li jkunu eżawriti l-proċessi mitluba skont il-liġi. Il-konċessjoni tal-proġett tal-Pixkerija tinsab fi stadju ta' appell quddiem il-Qorti, b’deċiżjoni mistennija qabel tmiem is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jrendu fi dħul fl-ekonomija Maltija kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, matul l-ewwel tliet snin minn wara li jiġu kompluti separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jiċċara għal-liema lista qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiswa f’fondi pubbliċi kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, b’mod separat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jiċċara għal-liema lista qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jindika s-sena li fiha se jkun qed jiġi inawgurat kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, kif ukoll id-data li ser ikun komplut b’mod separat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jgħid għal-liema lista qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-proġetti strateġiċi kollha li għandu fil-pjan tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru preżentament huwa responsabbli mit-tmexxija ta’ numru ta’ proġetti strateġiċi, li jinkludu:
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Binja Evans
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Ex-Pixkerija
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Chalet f’tas-Sliema
• Ir-reklamazzjoni tal-art (fil-viċinanza tal-Ponta ta Benghajsa)
• L-iżvilupp ta’ Logistics Hub / Free Trade Zone fil-periferija tal-ajruport
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Palazz ta’ Selmun
• L-iżvilupp ta’ Family Entertainment Park ġewwa Ta’ Qali
• Ir-riġenerazzjoni tal-Car Park ta’ Tas-Sliema (żona tal-Ferries)
• It-Tiġdid tal-Flotta tal-Gozo Channel
Allokazzjonijiet ta’ proprjetà industrijali li ġew revokati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew revokati allokazzjonijiet ta’ proprjetà industrijali matul l-aħħar tliet snin minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’dawn l-ahhar tliet snin gew revokati 22 allokazzjoni ghal ragunijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet diversi. Diversi azzjonijiet legali ohra gew intavolati quddiem il-Qrati rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal spazju industrijali u x’inhi l-medja taż-żmien li applikant jistenna sabiex tiġi deċiża l-applikazzjoni tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.