Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex – Laqgħat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17037, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħħa u jagħti d-dati ta’ liema laqgħat attenda għalihom li kienu organizzati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex f'dawn l-aħħar tliet snin, u jgħid fejn u ma' min saru dawn il-laqgħat u x'kien l-eżitu tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Aġenzija Frontex tkun parteċipi fid-diversi laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Intern,fejn bħala Ministru responsabbli nkun mistieden għalihom. Ukoll, id-Direttur Eżekuttiv ta’ Frontex kien mistieden u preżenti f’Malta għal laqgħa tal-Med 5 li saret fl- 4 ta’ Marzu tas-sena 2023. Ninsab infurmat li fl-aħħar tliet snin ma kienx hemm laqgħat Ministerjali organiżżati mill-Frontex. Għal laqgħat oħra tal-Frontex jattendu r-rappreżentanti Maltin.

Forzi Armati ta' Malta – Taħriġ organizzat mill-Frontex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17038, jista’ l-Ministru jipprovdi “description of training” li l-Frontex organizzat għall-Forzi Armati ta' Malta għad-dati April 2023 u Jannar 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi matul il-perjodu indikat, il-membri tal-FAM attendew żewġ korsijiet organiżżati minn FRONTEX, kif jidher permezz tal-punti segwenti: Frontex pre-deployment training JO Terra u Frontex pre-deployment training JO Poseidon. L-intenzjoni tal-Kors qabel d-deployment hija li jipprepara lill-parteċipanti għall-iskjerament tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali tal-Frontex, billi jipprovdi għarfien dwar l-ambjent u l-proċeduri operazzjonali tal-Frontex u s-sikurezza tal-uffiċjali fil-prattika, skont id-drittijiet Fundamentali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-parteċipanti għaddew mill-moduli/kapitoli kollha b’mod indipendenti. Fl-aħħar ta’ kull kapitolu l-parteċipanti kellhom jgħaddu minn testijiet sabiex ikunu jistgħu jipproċedu għall-fażi li jmiss. Saru xi restrizzjonijiet relatati mal-kisbiet (pereżempju 80% tat-tweġibiet korretti) biex jiggwidaw lill-parteċipanti matul dan il-kors.

Leġiżlazzjoni sussidjarja 549.37 — persuni akkużati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15860 u 17069 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Finanzi u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15010, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mal-Pulizija b'rabta ma' ksur tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.37 - Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent? Jekk kien il-każ, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati flimkien mal-akkużi u l-lok ta' fejn seħħ il-każ?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Kalkara — Forti Ricasoli - ħażna taż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15009, 15859 u 17068 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Faċilità tal-Ħażna taż-Żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15008, 15858 u 17067 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18167.

Persuni b’ċittadinanza mhux Maltija bid-dritt tal-vot

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hawn persuni f'Malta li għandhom ċittadinanza mhux Maltija u huma eleġibbli jivvutaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali ta' Ġunju 2024 rispettivament skont l-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Identità – Nefqa fuq reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew biex ir-reklami ta' Identità xxandru waqt l-avveniment ta' Mużika Mużika fuq TVM fis-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija Identità tgawdi minn kuntratt li għandha mal-Istazzjon Nazzjonali tal-Gvern, il-Public Broadcasting Services, magħruf bħala l-Public Service Announcements Contract. Dan il-pakkett jintuża għal spots televiżivi mifruxa fuq sena sħiħa. In-nefqa għar-reklami waqt Mużika Mużika kienet ta’ €6,750 u tnaqqsu mill-Public Service Announcements Contract. Permezz ta’ dan il-ftehim l-Aġenzija Identità, apparti li tibbenefika minn rati baxxi ta’ reklamar, tassigura li r-reklami jidhru f’ħinijiet u waqt programmi li t-target audience tkun l-aktar li qed issegwi t-televiżjoni.

AFM — Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-ħidma tas-suldati tal-Forzi Armati ta' Malta li marru fuq il-baħar f'Settembru 2023, lejn il-Libja, marru bil-bastiment P61 u mhux bil-bastiment P71? Jista' jispjega r-raġuni għalfejn ma ntużatx l-P71?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13371.

AFM — Rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Ombudsman lill-Forzi Armati ta’ Malta u jipprovdi x'passi ttieħdu biex dawn jiġu attwati? Jista' jgħid f'numri kemm hemm rakkomandazzjonijiet, u kemm minnhom issolvew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fl-2015, il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ntroduċiet sistema ġdida ta’ promozzjonijiet bil-għan li telimina s-suġġettività li kienet teżisti fil-proċess preċedenti u minflok tagħżel sistema oġġettiva. Permezz ta’ din is-sistema, suldat ġewwa l-FAM illum il-ġurnata għandu kontroll assolut tal-progress matul il-karriera militari tiegħu. Dan il-proċess ta’ promozzjonijiet huwa wieħed oġġettiv bil-għan li tinkiseb evalwazzjoni ugwali bejn is-suldati, filwaqt li jiżgura li jkollhom il-ħiliet meħtieġa għall-grad li jkun imisshom, minflok jiġu ġġudikati mis-superjuri tagħhom. Is-suldati jkunu meħtieġa li jissodisfaw numri ta’ kriterji sabiex jimxu minn parti għall-oħra tal-proċess ta’ promozzjoni, fosthom li wieħed irid ikollu livell akkademiku skont it-tieni kolonna tat-tabella segwenti mill-ktieb li ġie ntrodott fl-2015 sabiex jipprovdi linji gwida lis-suldati dwar il-proċess tal-promozzjonijiet, jikseb ukoll it-Trade Courses skont in-natura tax-xogħol tiegħu, kif ukoll ikollu biżżejjed żmien fir-rank tiegħu skont dak stipulat fl-aħħar kolonna. Rank ACE Trade Time in rank L/Bdr ACE 2 Trade A3/B3 4 yrs in sub rank Bdr ACE 2 Trade A2/B2 3 yrs in sub rank Sgt ACE 1 Trade A2/B2 4 yrs in sub rank SSg t ACE 1 Trade A1/B1 3 yrs in sub rank WO II ACE 1 Trade A1/B1 3 yrs in sub rank WO I ACE 1 Trade A1/B1 3 yrs in sub rank Jekk dawn il-kriterji jinkisbu, wieħed ikun jista’ jkompli bil-proċess ta’ selezzjoni skont il-grad li jkun imissu. Dan jinkludi diversi eżamijiet u intervisti, kif ukoll Cadre Courses għal dawk is-suldati li jmisshom promozzjoni għat-tieni u r-raba grad (Lance Bombardier u Sergeant). Dan jiddependi wkoll mill-vacancies li jkunu vakanti fis-sezzjonijiet varji skont l-establishment approvat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, u x-Xogħol. Hekk kif wieħed jikseb il-kriterji kollha neċessarji, dan jiġi eliġibbli għar-rakkomandazzjoni tal-Kap Kmandant tal-FAM u sussegwentement jiġi promoss għall-grad li jmiss. Għalhekk ir-rakkomandazzjonijiet varji li l-Ombudsman għamel matul is-snin vis-à-vis l-promozzjonijiet awtomatikament ġew indirizzati permezz ta’ dawn il-linji gwida li jinsabu f’dan il-ktieb li ġie ntrodott fl-2015, liema ktieb naqqas il-każijiet tal-Ombudsman b’mod drastiku.

Detention centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma n-nazzjonalitajiet, u kemm-il persuna hemm maqsuma skont in-nazzjonalità fid-detention centres f'pajjiżna u jindika f'liema ċentru qegħdin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-1 ta’ Lulju 2024 l-okkupanza fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hija ta 140 persuna. Huma jinsabu mqassmin skont in-nazzjonalità allegata, skont it-tabella hawn taħt. Bangladesh 61 Pakistan 23 Ghana 10 Gambia 6 Syria 7 Somalia 4 Guinea 4 Nigeria 3 Senegal 2 India 2 Iran 2 Egypt 2 Sierra Leone 1 Venezuela 1 Ivory Coast 1 Nepal 1 Serbia 1 Georgia 1 Guinea-Bissau 1 Germany 1 Sri Lanka 1 Philippines 1 Turkey 1 Thailand 1 Algeria 1 Mali 1 Grand Total 140 Dawn il-persuni jinsabu miżmuma fi tliet żoni separati skont il-bżonnijiet tagħhom u l-leġizlazzjoni applikabbli. Numru sostanzjali minn dawn il-persuni ġew arrestati wara li nstabu pajjiżna b'mod irregolari u l-awtoritajiet qed jagħmlu l-preparamenti meħtiega sabiex jiġu rritornati fil-ġranet li ġejjin.

Lands Registry – Ilment dwar triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif wieħed jista’ jwassal ilment dwar triq li qiegħda tiġi indikata b'mod skorrett fuq is-sistema tal-Lands Registry u dwar kif jista’ jkollu site plan bl-isem tat-triq indikata korrettament, wara li dan ma jkun irċieva l-ebda soluzzjoni mir-Reġistru?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li kull individwu jista’ jressaq ilment fejn jirrigwardja ir-Reġistru tal-Artijiet mal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet fuq email: enquirieslandregistry@gov.mt. L-Aġenzija tinsab għaddejja minn proċess sabiex fil-futur qrib dawn il-mapep ikunu aġġornati bl-aħħar mappa tal-gżejjer Maltin b’mappa komuni li qed tintuża mill-aġenziji kollha governattivi u allura anomaliji bħal dawn ikunu tneħħew.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni bejn Jannar u April ta’ din is-sena tinsab hawn taħt; Ministeru jew Entità Spi ża (excl. VAT) MEYR €6,500 MCST €680

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn Jannar 2024 sat-18 ta’ Ġunju 2024.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Priġunieri bil-parole — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk priġunier li jingħata l-parole, irrispettivament minn kemm hu twil il-perjodu ta' parole, huwiex eleġibbli għall-benefiċċji soċjali? Jekk jirriżulta li iva, jista' jgħid kemm-il persuna hemm b'parole preżentament, kemm hu l-perjodu ta' parole li għandhom rispettivament u jispjega xi dħul għandhom dawn il-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat mid-Dipartiment tal-Probation and Parole li hemm persuni bil-liċenzja tal-parole li jibbenefikaw minn xi tip ta’ benefiċċji soċjali, fejn il-perjodu ta’ Parole ivarja bejn sena sa tmien snin u xahar. Dan il-benefiċċji soċjali joħroġ minn Ministeru ieħor, bħal benefiċċji soċjali kollha.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tħallas għal pakketti li jinkludu slots edukattivi (intervisti) fuq stazzjonijiet televiżivi kif ukoll riklamar bħala parti mill-istess pakkett. Parti minn din l-informazzjoni ġiet imwieġba fil-mistoqsija parlamentari 16466. Dawn il-pakketti jitħallsu kif ġej: Programm Stazzjon Prezz Dak li Jgħodd One TV €2,730 + VAT (għal 5 podcasts and 78 pop-up banners bejn Ottubru 2023 – Ġunju 2024) Ġimgħa b’Ġimgħa Net TV €2,500 + VAT (għal 20 slot edukattiv u 20 riklam ta’ 30-sec bejn Ottubru 2023 – Ġunju 2024) Niskata TVM €3,000 + VAT (għal 19 slot edukattiv u 117 riklam ta’ 15-sec bejn Ottubru 2023 – Ġunju 2024) Ninfurmah ukoll li ma kienx hemm infieq ta’ flus f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.