Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17181 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Belt Valletta fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17182 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Pietà fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average waiting time biex email lill-Aġenzija Identità tiġi mwieġba, eskluż l-automatic reply li jintbagħat mis-sistema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Abbażi tad-Direttiva 4-2 Standards għal Servizz ta’ Eċċellenza Offruti mill-Amministrazzjoni Pubblika lill-Pubbliku u lill-Impjegati Pubbliċi talbiet għal assistenza li jaslu permezz ta’ emails ikunu rikonoxxuti fi żmien 24 siegħa minn x’ħin jaslu.
Talbiet għal assistenza ta’ każijiet kumplessi li jaslu permezz ta’ emails jingħataw għajnuna fi żmien tlett ijiem, li jistgħu jiġu estiżi sa massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.
Infurmat li l-Aġenzija Identità tagħmel dak kollu possibbli biex dan it-timeframe jkun onorat. Madankollu f’każijiet fejn ikun hemm aktar talbiet mis-soltu, jista’ jkun hemm xi dewmien fil-provvista tal-informazzjoni jew assistenza mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkwistat iċ-ċittadinanza permezz tal-programm ta' investiment, u jipprovdi tali ammonti maqsuma skont in-nazzjonalità u s-snin ta' meta ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-rapporti tal-Uffiċċju tar-Regolatur (ORGCES) li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, wara li jkunu diskussi mill-Kumitat ta' moniteraġġ, provdut mill-Att dwar Iċ-Ċittadinanza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kirjiet residenzjali reġistrati mal-Awtorità tad-Djar huma Maltin u kemm hemm barranin, u jindika dan f'numru ta' residenti u mhux skont in-numru ta' kuntratti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jippreżenta informazzjoni dwar kemm-il Y plate ġdida ħarġet f'dawn l-aħħar sentejn, u jindika informazzjoni dwar it-tip u l-mudell tal-vettura li fuqhom ġew reġistrati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar kemm-il Y plate ġdida ħarġet f’dawn l-aħħar sentejn qegħda tiġi provduta fit-tabella segwenti u qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji kollha meħtieġa.
Kategorija
Total
L2E
26
M1
2521
M2
176
M3
24
N1
2
Forzi Armati ta' Malta — missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Baħar l-Aħmar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta fil-missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Baħar l-Aħmar? Jista' jipprovdi d-dettalji dwar x'kien l-iskop, u x'kien il-kontribut tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fl-Operazzjoni ta’ Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea, EUNAVFOR Operation Aspides, operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea li tipproteġi vapuri merkantili fil-Baħar l-Aħmar u li topera skont l-għanijiet ta’ Riżoluzzjoni 2722 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda l-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tipparteċipa mill-aħħar ta’ Mejju 2024, wara deċiżjoni tal-Kabinett, b’uffiċjal u suldat fil-Kwartieri Ġenerali tal-missjoni li tinsab fil-Greċja. Infurmat li ż-żewġ membri jokkupaw post li mhux eżekuttiv. Din id-deċiżjoni ttieħdet għaliex din il-missjoni li għandha impatt dirett fuq l-industrija marittima ta’ Malta. Qabel din id-deċiżjoni, ingħata parir mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat li jiċċara li l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’din il-missjoni mhijiex kuntrarja għall-prinċipju tan-newtralità fil-Kostituzzjoni.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Pożizzjonijet vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentement hemmx xi pożizzjonijiet vakanti fil-ħabs u jgħid kemm dawn il-pożizzjonijiet ilhom battala? Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dawn il-pożizzjonijiet jimtlew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li pożizzjonijiet li jiġu battala fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, jkunu pubblikati għad-dominju pubbliku, inkluż fuq il-mezzi soċjali tal-istess Aġenzija, kif ukoll permezz tal-Awtoritajiet konċernati. Fost il-postijiet vakanti li se jkunu pubblikati fiż-żmien li ġej, hemm; Consultant Psychiatrist, Senior Staff Nurse, Medical Officer Junior Grade, Principal Pharmacist u Senior Dental Officer. Fil-jiem li għaddew għalqet is-sejħa wkoll għall-ingaġġ ta' Correctional Officers u li l-proċess ta' għażla dwarhom se jibda dalwaqt.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċjali kollha fit-tmexxija tal-ħabs għandhom esperjenza fis-servizz u/jew fi rwoli tas-sigurtà, u jipprovdi sommarju tal-esperjenza li għandhom dawn il-persuni li qed jokkupaw dawn il-karigi fil-ħabs?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi huwa s-Sur Christopher Siegeresma, li huwa professjonist fl-oqsma tal-kura u tas-saħħa mentali b'esperjenzi fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali u ta' Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri, filwaqt li l-Kurunel Etienne Scicluna jokkupa l-irwol ta' Chief Operations Officer, b'esperjenzi fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta li attenda numru ta’ taħriġ fi ħdan akkademji barranin fosthom l-Italja, l-Irlanda w anke l-Istati Uniti tal-Amerika u mexxa jew ipparteċipa f’numru ta’ operazzjonijiet kemm f’ Malta kif ukoll barra mill-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentement fil-pajjiż hawnx persuni li qegħdin fuq kundizzjoni ta' bail mill-Qorti, iżda kellhom il-visa biex jibqgħu fil-pajjiż revokata mill-awtoritajiet? Jekk iva, jista' jindika kemm-il persuna hemm, kemm ilhom f'dan l-istat u x'kienet ir-raġuni għalfejn dawn ġew revokati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Ċentrali tal-Viża ma jkollhomx aċċess għal-lista tal-persuni li jkunu fuq kundizzjoni ta’ bail b'ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux inkjesti interni f'dawn l-aħħar tliet snin fi ħdan il-Korpi Dixxiplinarji, u jekk iva, jindika liema korp, x'kienu l-każijiet, u fiex waslu dawn il-proċeduri?
Jista' l-Ministru jindika permezz ta' tabella n-numru ta' uffiċjali nisa u rġiel fil-Korpi Dixxiplinarji, u jindika tali numru b'mod maqsum għal kull korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni fis-servizz tinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Nisa
Irġiel
Forzi Armati ta’ Malta
129
1604
Protezzjoni Ċivili
11
296
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
72
340
Pulizija
518
1720
Aġenzija Identità – Telefonati — average waiting time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average waiting time biex telefonata lill-Aġenzija Identità tiġi mwieġba, jekk din teżisti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Abbażi tad-Direttiva 4-2 Standards għal Servizz ta’ Eċċellenza Offruti mill-Amministrazzjoni Pubblika lill-Pubbliku u lill-Impjegati Pubbliċi talbiet għal assistenza li ma jkunux kumplessi li jaslu permezz ta’ telefonati jingħataw għajnuna fi żmien ġurnata ta’ xogħol.
Talbiet għal assistenza ta’ każijiet kumplessi li jaslu permezz ta’ telefonati jingħataw għajnuna fi żmien tlett ijiem.
Infurmat li l-Aġenzija Identità tagħmel dak kollu possibbli biex dan it-timeframe jkun onorat. Madankollu f’każijiet fejn ikun hemm aktar talbiet mis-soltu, jista’ jkun hemm xi dewmien fil-provvista tal-informazzjoni jew assistenza mitluba.
Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force 2023
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta’ aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim kollettiv fis-sena 2018 u ftehim settorjali fis-sena 2023.
Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Madwar elfejn membru tal-Korp tal-Pulizija bdew igawdu minn pagi u kundizzjonijiet aħjar permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp.
Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli u għalhekk l-uffiċjali se jkunu koperti bi protezzjoni legali b’rabta ma’ ħidmiethom.
Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema permezz taż-żewġ unions, jiġifieri l-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers’ Union u l-Malta Police Union, laqgħu b’sodisfazzjon il-ftehim settorali li ġie ffirmat, bi qbil magħhom, minnufih wara li ntemm dak preċedenti u rrimarkaw għad-djalogu u rispett li kien hemm fin-negozjar dwar il-ftehim il-ġdid.
Informat li mhux il-prassi li d-dokument sħiħ iffirmat ikun ippubblikat minħabba kunfidenzjalità, iżda provdut lill-membri permezz tal-Unions li jirrappreżentawhom
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-Forzi Armati ta' Malta li huma sospiżi mix-xogħol, u jekk iva jgħid kemm hemm, x’inhuma l-kundizzjonijiet tal-pagi waqt is-sospensjoni u x'inhi r-raġuni għas-sospensjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Forzi Armati ta' Malta għandha żewġ suldati sospiżi li qed jirċievu paga fuq bażi ‘half pay’. Dawn is-suldati qiegħdin sospiżi għaliex huma allegatament akkużati b’reat kriminali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-Gwardjani tal-Ħabs li huma sospiżi mix-xogħol, u jekk inhu l-każ, jgħid kemm hemm, x’inhuma l-kundizzjonijiet tal-pagi waqt is-sospensjoni u x'inhi r-raġuni għas-sospensjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fir-rigward ta' gwardjani, hemm persuna sospiża li tirċievi 50% tal-paga. Hija ġiet sospiża wara li ġiet imressqa l-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-Protezzjoni Ċivili li huma sospiżi mix-xogħol, u jekk inhu l-każ, jgħid kemm hemm, x’inhuma l-kundizzjonijiet tal-pagi waqt is-sospensjoni u x'inhi r-raġuni għas-sospensjoni?
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Uffiċjali tal-Ħabs - Safar
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar safar illi uffiċjali tal-ħabs kellhom din is-sena, u jgħid fejn siefru, min kienu l-persuni li ffurmaw dik id-delegazzjoni, kemm sewa l-vjaġġ, u x'kien l-iskop tas-safra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li minn Jannar 2024 kien hemm disa’ okkażżjonijiet. Dan jinkludu laqgħat ta' organiżżazzjonijiet internazzjonali, taħriġ u viżti ta' good practices.
Delegazzjoni li tinkludi t-tabib Christopher Cremona, Charge Nurse Mr Silvio Todaro, flimkien ma’ Ms Charlene Delia, Ms Kimberly Vella, Ms Kristine Camilleri u Ms Nicole Saliba li jaħdmu fil-qasam ta’ Social Workers u l-psikoloġija attendew għall-konferenza dwar saħħa mentali ġewwa Amsterdam. Din swiet €1821.52
Uffiċjal attenda għall-kors ta’ K9 ġewwa Sussex, ir-Renju Unit. €93.74
Ġewwa Ruma, il-Kap Eżekuttiv, Prof. Joe Giordimaina u s-Svetlana Muscat ffurmaw delegazzjoni li attendew ġewwa l-Università ta’ Siena u għal żewġ żjajjar f’ħabsijiet f’Ruma. €957.02
Ġewwa Istanbul, il-Kap Eekuttiv, Prof. Joe Giordimaina u Svetlana Muscat attendew Technology in Corrections. Din swiet €1,694 (L-ispejjeż tal-ivjaġġar u akkomodazzjoni ta’ Dr Giordimaina ġew imħallsa mill-Università ta’ Malta.)
Delegazzjoni li attendew ġewwa żewġ ħabsijiet ġewwa li-Skozja fejn qasmu idejat u raw kif jitħaddmu l-ħabsijiet ġewwa dan il-pajjiż. Id-delegazzjoni attendiet ukoll numru ta’ lektures fil-kwartieri ġenerali tal-ħabsijiet Skoċċiżi. Din żaret ukoll iċ-ċentru ta’ taħriġ tal-istess uffiċjali Skoċċiżi, kienet tinkludi lil Mr Christopher Sammut, Prof Giordmaina, Mr Jonathan Paris, Mr Antonio Bonnici, Mr Anthony Farrugia u Mr Roderick Coreschi. Din swiet €2,067.7
Jista' l-Ministru jispjega l-kompożizzjoni tat-tmexxija tal-ħabs billi jipprovdi lista' ta' karigi u ismijiet li jokkupaw dawk il-karigi? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn huma membri fis-servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi huwa is-Sur Christopher Siegeresma, li huwa professjonist fl-oqsma tal-kura u tas-saħħa mentali, filwaqt li l-Kurunel Etienne Scicluna jokkupa l-irwol ta' Chief Operations Officer.