Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-bidu ta’ din il-leġislatura sal-ġurnata tal-lum, kien hemm każ wieħed relatat. Il-Ministeru kien appunta Bord ta’ Investigazzjoni biex jinvestiga tali rapport. Wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, il-Bord ma’ sabx provi li setgħu jikkonfermaw dan.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum kien hemm rapport ta’ fastidju sesswali u li min-naħa tal-Ministeru ma setgħux jittieħdu passi minħabba li l-każ kien sub-judice; każ ieħor separat fejn saret terminazzjoni tal-impieg waqt perjodu ta’ probabtion; żewġ każijiet fejn kien hemm sospensjoni mill-impieg u twissija ta’ tkeċċija permanenti ma’ rapport ieħor. Ħarget ukoll twissija lill-impjegat fuq każ iżolat ta’ messaġġ b’kelma mhux xierqa li setgħat tinftiehem ħażin.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din il-leġizlatura, fl-entitajiet tal-Ministeru kien hemm rapport formali wieħed ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.
Dan il-każ ġie investigat minn Bord ta’ Stħarriġ kif jitolbu l-proċeduri kkonċernati, fejn l-Bord ikkonkluda li “filwaqt li l-komportament tal-akkużat fil-konfront tal-allegat vittma ma kienx jikkostitwixxi bħala ‘Fastidju Sesswali’, jeżistu indizji ċari li tali komportament tal-akkużat għandu jitqies bħala ‘Imġiba mhux xierqa’ waqt il-qadi ta’ dmirijietu”. Peress li l-akkużat huwa civil servant, l-eżitu tal-Bord ġie mgħoddi lis-segretarju Permanenti, fejn sussegwentement nħarġet twissija bil-miktub.
F’ċirkunstanza oħra minkejja li ma kienx hemm rapport iżda peress li kienet allegazzjoni, xorta waħda kien skatta proċess ta’ investigazzjoni li ma kien irriżulta xejn minnha.
Jista' l-Ministru jikkonferma li meta joħorġu sejħiet għal karigi fi ħdan it-tmexxija tal-korpi dixxiplinarji tagħna, issir evalwazzjoni u tittieħed inkonsiderazzjoni l-esperjenza tal-persuna fi rwoli li jkunu qed japplikaw sabiex jassumu? Jekk inhu l-każ, jista’ jagħti spjega għalfejn dan ir-rekwiżit ma jitniżżilx fir-rekwiżiti tas-sejħiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kull sejħa toħroġ skont ir-regoli tas-servizz pubbliku u r-regoli/l-liġijiet applikabbli għal dik l-entità partikolari.
Wara li tħabbar li Isle of MTV ser isir nhar is-16 ta' Lulju 2024, jista' l-Ministru jgħid x'koordinazzjoni saret u x'konsultazzjoni saret sabiex jiġu evitati kunflitti ma' attivitajiet oħra li jsiru nhar is-16 ta' Lulju - b'mod partikolari l-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta li tinżamm dejjem nhar is-16 ta' Lulju ta’ kull sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-data tal-kunċert Isle of MTV tiġi deċiża mill-organizzaturi tal-festival u mhux mill-Ministeru jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-ġurnata ġeneralment tkun it-Tlieta, u f’dawn l-aħħar snin il-festival beda jsir it-tielet Tlieta tax-xahar ta’ Lulju. Madanakollu, ninfurmah ukoll li saru t-taħdidiet neċessarji bejn il-partijiet konċernati, u kemm il-festa kif ukoll il-kunċert saru mingħajr problemi ta’ xejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat għandu l-Kunsill Malti għall-Arti? Jista’ jipprovdi d-dati li fihom ġew ingaġġati u l-iskala ta' ħlas li qegħdin fuqha dawn l-impjegati wieħed wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti għandu 49 impjegat. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 19404 - Tabella Finali - 16.10.2024.pdf
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuni li huma impjegati fuq bażi full-time mal-Kunsill Malti għall-Arti humiex kollha persuni li jirrappurtaw għal 40 siegħa fuq il-post tax-xogħol, jew hemmx minnhom li għandhom kundizzjonijiet differenti li jaħdmu minn post ieħor? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma eleġibbli li jaħdmu minn post ieħor?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti isegwi il-gwidi u l-miżuri tal-Manual for Work-Life Balance Measures.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li mill-2022 sal-lum ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew il-mira li jiġu emendati l-Local Plans tal-2006?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għaqal u r-responsabbiltà jitolbu li ssir reviżjoni komprensiva tal-pjanijiet lokali ta’ Malta u Għawdex, kif qed diġà qed isir.
Il-Gvern jagħraf li jeżistu każijiet partikolari fejn ittieħdu deċiżjonijiet f’żoni speċifiċi fosthom żoni industrijali, ix-xtajta ta’ Wied il-Għajn u l-protezzjoni ta’ Ħondoq ir-Rummien, li kien wieħed mill-ħafna siti ODZ li b’daqqa ta’ pinna fl-2006, spiċċaw f’żoni ta’ żvilupp.
Fid-dawl tal-kuntratt li hemm bejn il-LESA u s-soċjetà li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, għal kiri ta' 24 vettura bil-valur ta' 108,405 Euro, u wara li s-CEO tal-LESA pubblikament stqarr illi l-LESA qiegħda tfittex parir legali, jista' l-Ministru jgħid xi rriżulta mill-parir legali, x'passi ttieħdu, u x'ser jiġri minn dan il-kuntratt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din il-mistoqsija parlamentari hija kelma b’kelma l-istess bħal mistoqsija parlamentari 20514. Nirreferik għall-istess risposta.
Jista' l-Ministru jgħid x'nefqa kapitali saret fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jipprovdi wkoll il-valur u fuqiex saret din in-nefqa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali tal-Aġenzija għas-Servizzi korrettivi ammontat għal total ta' €6.1 miljun għas-snin 2021-2023. Dawn il-fondi ntefqu fuq diversi proġetti fosthom il-bini ta' klinika ġdida, l-estensjoni tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin, xogħol fuq il-gym, xogħol fuq il-Kappella, ix-xiri ta’ scanners, vetturi tas-sigurta’, il-bini ta’ żona ddedikata għat-taħriġ tal-klieb, uffiċini ġodda għall-professjonisti tal-ħabs, titjib fid-diviżjoni forensika u titjib fil-faċilità taż-żgħażagħ. Fl-implimentazzjoni ta’ diversi proġetti kienu involuti wkoll persuni li qed jiskontaw sentenza fl-istess faċilità li ħadmu fuq dawn il-proġetti.
Jista' l-Ministru jipprovdi organigramma tat-tmexxija tal-ħabs ta' Kordin, bil-karigi u l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw tali karigi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tidher fit-tabella hawn taħt:
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Struttura
Position
Name
Chief Executive Officer
Christopher Siegersma
Chief Operations Officer
Col (retd) Etienne Scicluna
Head of Finance
Ayrton Mizzi
Head Security and Intelligence
Robert Edmondson
Head Care, Reintegration & Education
Mariella Camilleri
Deputy Head Administration
Silvio Farrugia
Deputy Head Payroll
Pierre Sciberras
Il-Belt, Valletta — Xatt Lascaris - Permess għall-bini ta’ ħajt għoli
Question
Jista' l-Ministru jgħid min applika għall-permess mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex ikun jista' jinbena ħajt għoli numru ta' filati max-Xatt Lascaris, il-Belt Valletta, liema xogħol sar f'April 2024 u jipprovdi l-works description, l-application number, il-public application form u kif ukoll kwalunkwe pjanta sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-ħajt sar bħala hoarding biex jissepara ż-żona tal-kuntrattur minn dik li tintuża mill-passiġġieri ta’ cruise liner partikolari li jrid bilfors juża dak il-moll biex jitrakka minħabba t-tunnellaġġ, biex b’hekk jiġi evitat kull periklu. Dan il-ħajt ma jirrikjedix permess u ser jitneħħa la darba x-xogħlijiet koperti bil-permess PA4108/16 ikunu kompluti. Id-dokumentazzjoni mitluba hija pubblika u aċċessibbli permezz tal-eApps minn fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar www.pa.org.mt.
Xogħol huwa relatat mal-informazzjoni hawn taħt annessa:
Numru ta’ l-applikazzjoni:
PA 4108/16 ġie approvat 21/02/18
Proposta tikkonisisti:
Extension of pinto quays 4 and 5 including insertion of two new bollards and two new lighting masts
Permess gie mġedded:
PA 7570/22 ġie approvat 13/02/23
Proposta tikkonsisti:
Renewal of approved development permit PA4108/16. Extension of pinto quays 4 and 5 including insertion of two new bollards and two new lighting masts.
Applikant:
Infrastructure Malta
Lokazzjoni:
Quays 4 & 5, Triq Pinto, Floriana, Malta
Dokumenti approvati:
PA 4108/16/1Q (Site Plan)
PA 4108/16/1H (General Plan)
PA 4108/16/1i (Proposed Deck Plan and Demolition Plan)
PA 4108/16/1J (Proposed Plans)
PA 4108/16/1K (Elevations)
PA 4108/16/1L (Sections)
PA 4108/16/1M (Details); and supporting documents:
PA 4108/16/44C (Government Property Department)
PA 4108/16/88A (Environment and Resources Authority)
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17877 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.