Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta – Deċiżjonijiet mill-Bord tal-Inġustizzji

Question

Fid-dawl tad-deċiżjonijiet li ħarġu reċentement mill-Bord tal-Inġustizzji fir-rigward tal-Forzi Armati ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kalkolu tal-arretrati li qed jingħataw humiex se jiġu kkalkulati bl-istess formola ta' kalkulazzjoni eżatta bħalma ġie kkalkulat f'deċiżjonijiet oħra passati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti qabel l-2013. Infurmat li l-mekkaniżmu sabiex jiġu kkalkulati l-arretrati ser jinħadem bħas-snin preċedenti.

Forzi Armati ta’ Malta – Deċiżjonijiet mill-Bord tal-Inġustizzji

Question

Fid-dawl tad-deċiżjonijiet li ħarġu reċentement mill-Bord tal-Inġustizzji fir-rigward tal-Forzi Armati ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għal rimedju u kemm minn dawn intlaqgħet it-talba tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li kien hemm 746 persuna li dehru quddiem l-aħħar bord. Minn dawn kien hemm 606 persuna li preżentaw id-dokument iffirmat li jaċċettaw id-deċiżjoni bħala finali, filwaqt li hemm il-proċess tal-128 appell.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jipprovdi kemm-il persuna hemm jaħdmu mal-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, u jipprovdi l-work description tal-ħaddiema u kemm-il persuna hemm f'din il-kariga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li b'mod kontinwu hemm impenn biex jitwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari, ninsab infurmat li tali eżerċizzju jaqbeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17925, peress li l-Ministru ma pprovdiex l-ammonti rispettivi li ngħataw lill-gazzetti rispettivi, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari 17925 u ċjoè: jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programm ‘I Belong’, Kors 1 u 2

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u ċjoè; B'referenza għall-programm 'I Belong' kors 1 u 2, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u jagħti lista skont in-nazzjonalità tal-applikanti - u jipprovdi d-data ta' meta dawn għandhom jibdew il-korsijiet rispettivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ottubru 2024, madwar 2,500 persuna bbenefikaw mill-kors fi Stadju 1, fil-progamm ‘I Belong’, filwaqt li 400 persuna bbenefikaw mill-kors Stadju 2. F’Novembru u Diċembru 2024 se jibdew żewġ korsijiet fi Stadju 2 li se jilqgħu madwar 410 u 210 student rispettivament. Bħalissa hemm 4,100 applikazzjoni pendenti għall-kors fi Stadju 1, filwaqt li għall-kors fi Stadju 2 hemm 1,100 applikazzjoni. Qed inpoġġi l-lista skont in-nazzjonalità tal-applikanti fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17953 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17967 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17972 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura kien hemm total ta’ 8 każijiet fil-Ministeru jew f’xi entità fid-dekasteru. F’kull każ ittieħdu l-passi dixxiplinari neċessarji.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-legiżlatura ninsab infurmat li ma’ kien hemm l-ebda rapport ta' fastidju sesswali fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ każijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mill-bidu tal-leġislatura sa Settembru 2024.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid u tipprovdi kemm-il persuna hemm jaħdmu mal-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, u tipprovdi l-work description tal-ħaddiema u kemm-il persuna hemm f'din il-kariga?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtha, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u tipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-leġiżlatura ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħti.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din il-legiżlatura sal-llum ma kien hemm ebda’ rapport ta’ fastidju sesswali f’dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat bid-dettalji li ġejjin b’rabta ma’ każi rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura. Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta kellha każ wieħed ta’ fastidju sesswali, fejn f’dan il-każ, il-FAM proċediet bil-ħatra ta’ Bord ta’ Inkjesta u ħadet l-azzjonijiet neċessarji fil-parametri tal-Att Dwar il-Forzi Armati ta’ Malta. Infurmat li kien hemm tlett rapporti fil-Korp tal-Pulizija dwar każijiet ta’ ‘fastidju sesswali verbali’. Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li tnejn minnhom irriżultaw fil-pożittiv u bdew proċeduri ta’ dixxiplina fil-konfront tal-uffiċjali kkonċernati. Infurmat li fl-Aġenzija LESA kien hemm rapport wieħed fejn wara li nħattru proċeduri interni, minkejja li dan ma kienx fil-pożittiv, sar rapport ukoll lill-Pulizija mill-Aġenzija sabiex jitneħħa kull dubju. Infurmat li dwar l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fis-sena 2023 kien hemm sentenza tal-Qorti fejn uffiċjal ġie lliberat minn akkużi ta’ diversi snin qabel. Infurmat li fl-Aġenzija għas-servizz ta’ Detenzjoni kien hemm każ wieħed, fejn wara li nħatar Fact Finding Board, il-każ ġie mgħoddi lill-Pulizija u għadu sub judice u huwa sospiż mix-xogħol.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura kurrenti, kien hemm każ wieħed ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Sar rapport lill-Pulizija, u sussegwentament skattaw il-proċeduri dixxiplinarji skont il-ftehim kollettiv u l-impjieg ġie terminat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtha, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u tipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul din il-leġiżlatura kien hemm tliet rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fi tnejn mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Każ kien jikkonċerna impjegat li eventwalment tkeċċa; każ fejn l-impjegat ġie sospiż u l-proċeduri mbagħad min-naħa tal-entità twaqqfu għax telaq mill-impjieg, imma l-każ tiegħu kien ġie notifikat ukoll lill-Pulizija; fil-każ l-ieħor l-impjegat konċernat kien sospiż b’nofs paga sakemm instema’ l-każ u sussegwentement ingħata twiddiba bil-miktub għal sena.

Ministeru għall-Finanzi — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tal-Leġislatura XIV 'l hawn, ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fil-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu.