Legislature:
Category:
Reset
Active:

Work permits — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17990 u jgħid kemm-il applikazzjoni għal work permit saret u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta' work permit li għaliha saret l-applikazzjoni, maqsuma sena b'sena mill-2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-2010 sal-aħħar ta’ Settembru 2024, Jobsplus irċeviet total ta' 69,671 applikazzjonijiet ġodda. Minn dawn, 67,722 ġew approvati, 1,580 ġew irrifjutati u 369 għadhom qed jiġu pproċessati.

Il-Belt, Valletta — Ħsara ta’ lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun qed tittieħed azzjoni u jissewwa l-lift ta' Block 2 fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta, wara li dan ilu żmien twil ma jaħdem?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ dan il-lift wasalna fl-istadju fejn qed issir il-finatura biex ix-xogħol jiġi unit. Huwa ppjanat li sa ħmistax oħra jitlesta x-xogħol li għaddej biex imbagħad inkunu nistgħu ngħaddu għall-fażi tal-ikkummissjonar. Kif nakkwistaw iċ-ċertifikati kollha mitluba mill-liġi, ngħaddu ċ-ċavetta tal-lift għall-użu mir-residenti.

Persuni b’ċittadinanza mhux Maltija bid-dritt tal-vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18282 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm hawn persuni f'Malta li għandhom ċittadinanza mhux Maltija u huma eleġibbli jivvutaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali ta' Ġunju 2024 rispettivament skont l-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fil-każ tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2024, kien hemm eliġibbli total ta’ 457,343 votant, li minnhom 357,754 kienu Maltin, 77,478 kien votanti ta’ persuni residenti Malta li huma ċittadini ta’ xi pajjż tal-Unjoni Ewropeja, u 22,111 residenti Malta li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropeja (Ċittadini tar-Renju Unit). Fil-każ tal-elezzjoni għal Membri tal-Parlament Ewropew kien hemm total ta’ 370,184 votant eliġibbli, li minnhom 355,082 kienu Maltin, u 15,102 kienu persuni residenti Malta li huma ċittadini ta’ xi pajjiż tal-Unjoni Ewropeja li ddeċidew li jivvotaw fl-elezzjoni ta’ Malta għal kandidati Maltin.

Korrispondenza mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward Entry/Exit systems

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, irċevewx korrispondenza mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' Entry/Exit System, u f'każ li iva, iqiegħed din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20373.

Annual Report of the Regulator – Granting of Citizenship for Expectional Services

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkun qed joħroġ l-Annual Report of the Regulator - Granting of Citizenship for Exceptional Services li jkopri s-snin 2022 u 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni li vvutaw f’elezzjonijiet bl-għajnuna tal-AECs

Question

Jista' l-Prim Ministru jipprovdi tabella bl-informazzjoni li turi kemm-il persuna fl-elezzjonijiet ġenerali, fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, ivvutaw bl-għajnuna tal-AECs u taħt ġurament billi ma kinux kapaċi jivvutaw waħedhom mill-2004 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma għal kull elezzjoni rispettiva?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija korp kostituzzjonali li ma taqax taħt id-direzzjoni tal-ebda Ministeru.

Studju fuq emissjonijiet fl-arja mill-Cruiseliners

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk qattx sar studju jew kalkolu tal-emissjonijiet fl-arja li jħallu l-cruiseliners f'pajjiżna u l-effetti tagħhom, u f'każ li saru, tista' tqiegħed l-iktar studju riċenti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) qed tikkollabora mal-Università ta’ Malta biex isir studju li jikkwantifika l-impatt li cruiseliners u bastimenti oħrajn li jidħlu fil-Port il-Kbir għandhom fuq il-kwalità tal-arja. Biex isir dan, f’dawn l-aħħar snin tqiegħed stazzjon ta’ monitoraġġ fi Ġnien tal-Gardjola, l-Isla. Din hija ż-żona l-iżjed milquta meta r-riħ jonfoħ mill-Majjistral, li huwa l-iżjed riħ komuni fil-gżejjer Maltin. It-teħid ta’ kampjuni tlesta f’Ottubru. Issa jibda l-proċess fuq ix-xogħol tal-kampjuni biex wara ssir l-analiżi mill-Università ta’ Malta. Apparti minn dan l-studju, l-Gvern diġà beda jimplimenta proġetti mmirati biex ikollna arja aktar nadifa fil-Port il-Kbir, b’mod partikolari l-proġett shore-to-ship.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – investiment fuq ambulanzi

Question

B’referenza għall-investiment ta' 'l fuq minn €7 miljun f'ambulanzi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jaqsam dan l-ammont skont in-nefqa li saret u jispjega fiex saret kull nefqa rispettiva?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-investiment relatat mal-ambulanzi l-ġodda allokat għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jammonta għal total ta’ 7.095 miljun ewro. Dan jinkludi l-provista ta’ sitt ambulanzi ġodda b’tagħmir mediku. Din l-ispiża hija maqsuma fuq disa’ snin u t-terminu tal-kuntratt beda f’Mejju li għadda. Il-ftehim jirrigwardja xiri ta’ żewġ ambulanzi li diġa qed jintużaw u fi żmien tmien xhur jingħataw erba’ vetturi oħra biex b’hekk l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikun mgħammar b’sitt ambulanzi ġodda. B’dan l-investiment, Għawdex ser ikollu sptar mgħammar b’ambulanzi ġodda u tal-istess kwalità u livell bħal dak f’Malta.

Road Blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il road block sar f'din l-aħħar sena, f'liema lokalitajiet saru, kemm-il vettura twaqqfet għal xi illegalità, u x'instab f'tali road blocks?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 2023 u Awwissu 2024, il-Pulizija għamlet elf, tmien mija u tlieta u erbgħin (1843) ‘road check’. Dawk ir-road checks ikopru prattikament kull lokalità ta’ Malta u Għawdex u jsiru mill-Pulizja ta’ kull distrett, tal-komunità, kif ukoll minn taqsimiet oħra tal-korp. Ikun hemm drabi wkoll fejn dan ix-xogħol isir b’kollaborazzjoni ma’ aġenziji oħra li għandhom irwol fl-infurzar,. Waqt dawn ir-road checks, ġew imwaqqfa eluf ta’ vetturi bir-riżultat li nħarġu diversi taħrikiet dwar kontravenzjonijiet meta dawn ġew identifikati, kif ukoll taħrikiet oħra dwar reati li ltaqgħu magħhom l-uffiċjali tal-korp waqt dan ix-xogħol. Kemm it-taħrikiet kif ukoll ċitazzjonijiet ta’ kontravenzjonijiet prinċipalment kienu relatati ma’ ksur dwar regolamenti ta’ vetturi bil-mutur u xi ksur ta’ liġijiet oħra.

Rapporti lill-Pulizija fuq storbju eċċessivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport mal-Pulizija sar, b'informazzjoni mogħtija għal-lokalitajiet b'mod separat, f'din l-aħħar sena, fir-rigward ta' rapport eċċessivi ta' storbju u jgħid kemm minnhom irriżultaw fi prosekuzzjoni u x’kien l-eżitu tas-sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tnax-il xahar, bejn Settembru 2023 u l-31 ta’Awwissu 2024, kien hemm erba’ mija u tlieta u tletin (433) rapport mal-Pulizija rigward storbju eċċessiv. Ir-rapporti saru fil-lokalitajiet indikati fit-tabella hawn taħt liema tabella tinkludi wkoll dettalji dwar proċeduri li ttieħdu f’xi każijiet minnhom. Rapporti lill-Pulizija fuq storbju eċċessivi Settembru 2023 sa Awwissu 2024 Ammont ta’ Rapporti ta’ storbju eċċessiv lokalita, lokalitaKemm minhhom wasslu għal persuni mressqa l-qorti u kemm persuni tressqu f’kull każ f’kull lokalita L-ezitu tal-każi ghal kull lokalita Distrett LokalitaAmmont Dist 1 Valletta Floriana Pieta207 1 284Kollha sub judice Dist 2 Hamrun Marsa Pieta Sta Venera.20 8 9 3106 subjudice 1 PE 3 tickets Dist 3 Paola Luqa2 12 -1 liberat - 1 sub judice Dist 4 Bormla (każin)22 każi li jinvolvu tlett persuniSub judice Dist 5Żejtun Safi B’Bugia2 2 2- - 1 każ (5 persuni mressqa)- - Sub judice Dist 6 Qormi Żebbug6 94 21 liberat – 3 Sub judice 1 PE – 1 liberat Dist 7 Sliema Gzira Msida 16 2 3 1 - -Liberat - - Dist 8 St. Julians San Gwann13 2 13 21 multa – 3 liberati – 2 taht garanzija – 7 sub judice 1 sub judice – 1 liberat Dist 9 B’Kara Attard12 55 42 PE u 3 Sub judice 4 Sub judice - Naxxar, Għargħur, Iklin4 1 1 1 - 1 Sub judice - Sub judice Dist 10 Mosta Mġarr3 4- 2- Sub judice Mdina Rabat1 4 - 4 - 3 subjudice 1 taħrika ser tinhareġ Dist 11 Mellieħa SPB6 20 5 każi (5 persuni mressqa) 15 każi (17 persuni mressqa) 4 sub judice u 1 Ticket 3 tickets - 1 każ imressaq irtirat u 1 każ fejn weħel €1000 multa u xahar ħabs sospiż għal sena 10 każi sub judice Dist 12 Victoria Xewkija Marsalforn Xlendi Għajnsielem Sannat Munxar Xagħra Xewkija Qala Żebbuġ Nadur Għarb Kerċem Għasri San Lawrenz 8 1 9 3 7 1 7 9 1 2 3 3 3 1 1 1 2 każi (2 persuni mressqa) 1 liberat u 1 PE Total 433 160

Third Country National – single permit – aċċess għas-servizz tal-kura tas-saħħa f’każ ta’ tqala

Question

F'każ ta’ persuna Third Country National li tidħol Malta permezz ta' Single Permit u titlef xogħolha waqt li tkun tqila, jista' l-Ministru jgħid jekk din titlifx id-dritt tagħha għall-aċċess b'xejn għas-servizz tal-kura tas-saħħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kull persuna li tkun tilfet xogħolha għandha l-opportunità ssib xogħol ieħor skont il-liġi applikabli.

Korp tal-Pulizija – persuni li temmew il-kors ta’ Spettur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna temmet b'suċċess il-kors ta' Spettur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar għaxar snin, bl-informazzjoni maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija li temmew b'suċċess il-kors ta' Spettur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat ukoll illi fl-aħħar snin, filwaqt li ssaħħaħ ir-reklutaġġ qed titmexxa wkoll prassi ta' reklutaġġ kontinwu ta' spetturi ġodda fil-Korp tal-Pulizija, kif tindika b’mod ċar it-tabella. L-istess kif qed isir fil-bqija tar-ranks l-oħra. SenaNumru ta’ uffiċjali li temmew il-kors ta’ Spettur 2008- 2009- 2010- 201118 2012- 2013- 2014- 201520 2016- 201735 2018- 2019- 202030 202128 202217 202318 20246

Korp tal-Pulizija – persuni li rreżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna fil-Korp tal-Pulizija tat ir-riżenja tagħha f'dawn l-aħħar għaxar snin, bl-informazzjoni maqsuma sena b'sena, u tiġi indikata s-sezzjoni li fiha din il-persuna kienet tagħti s-servizz tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

LESA — flus miġbura minn Kunsilli Lokali u Reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-LESA, kemm ġabret fi flus mingħand il-Kunsilli Lokali u Reġjonali, u jaqsam l-ammonti rispettivi, f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi s-sistema taħdem proprju bil-kontra ta’ dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant. Hi proprju l-LESA li minn żmien għal żmien toħroġ skemi ta’ finanzjament għar-Reġjuni u l-Kunsilli Lokali għall-proġetti fil-komunitajiet.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17973 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17979 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba minn Jannar sa Settembru 2024.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – korrispondenza mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward Entry/Exit System

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena, il-Ministeru jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, irċevewx korrispondenza mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' Entry/Exit System, u f'każ li iva, iqiegħed din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li dwar is-suġġett hemm kuntatt kontinwu mal-Kummissjoni Ewropea. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm korrispondenza fuq livell Ewropew lil kull membru taż-Żona Schengen u mill-informazzjoni li għandi din il-korrispondenza hija f’dan l-istadju kunfidenzjali.

Annual Report of the Regulator — Granting of Citizenship for Exceptional Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun qed joħroġ l-Annual Report of the Regulator - Granting of Citizenship for Exceptional Services li jkopri s-snin 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-dokumenti meħtieġa jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra wara li jiltaqa u japprova l-Kumitat ta’ Monitoraġġ li jikkonsisti fil-Prim Ministru, il-Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.