Legislature:
Category:
Reset
Active:

Identità — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-ammonti ta' nies li huma globalment impjegati f'Identità u/jew preċedentement minn Identity Malta, fl-aħħar ta' Settembru ta' dawn l-aħħar ħames snin - u jaqsam l-ammonti għal kull sena rispettivament - u jaqsam dawn l-impjiegi skont il-job description tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 21632.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – A/C fiċ-ċelel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel fil-ħabs ta' Kordin li għandhom arja kundizzjonata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija kontinwament għaddejja b’eżerċizzju biex ittejjeb il-ventilazzjoni. Ittieħdet deċiżjoni fejn filwaqt li fil-passat min ma kienx jaffordja fan ma kienx ikollu wieħed, illum provdut mill-Aġenzija bla ħlas. Ukoll Infurmat li hemm seba’ diviżjonijiet fejn hemm jew qed issir l-arja kkundizzjonata.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – numru ta’ residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jinżammu fil-ħabs ta' Kordin sal-aħħar ta' Diċembru tal-aħħar 10 snin, u jaqsam tali ammonti kemm minnhom kienu qegħdin jiskontaw sentenza u kemm oħrajn kienu qegħdin jinżammu pendenti l-proċeduri Ġudizzjarji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru tal-aħħar 10 snin, il-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin kien hemm dawn il-persuni: Data Proċeduri Pendenti Sentenzjati Total Erbgħa, 31 ta’ Diċembru 2014 131 450 581 Ħamis, 31 ta’ Diċembru 2015 129 440 569 Sibt, 31 ta’ Diċembru 2016 127 426 553 Ħadd, 31 ta’ Diċembru 2017 171 420 591 Tnejn, 31 ta’ Diċembru 2018 192 427 619 Tlieta, 31 ta’ Diċembru 2019 245 509 754 Ħamis, 31 ta’ Diċembru 2020 260 604 864 Ġimgħa, 31 ta’ Diċembru 2021 194 420 614 Sibt,31 ta’ Diċembru 2022 212 347 559 Ħadd, 31 ta’ Diċembru 2023 277 395 672

Forzi Armati ta' Malta – Full establishment

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi u jgħid x'inhu l-full establishment tal-Forzi Armati ta' Malta billi jaqsam tali numri skont ir-ranks tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Brig Col Lt Col Maj Capt Lt WO1 WO2 SSgt Sgt Bdr Lbdr Gnr Totals 1 10 22 67 75 51 62 94 291 284 614 540 518

Akkademja għal Korpi Dixxiplinati – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna telqet jew tneħħiet mill-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati, billi jipprovdi d-data tat-terminazzjoni u r-raġuni, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fis-sena 2022 kien hemm persuna li spiċċala l-kuntratt. Infurmat li fis-sena 2023 kien hemm żewġ persuni li rtiraw bil-pensjoni, persuna oħra li ġiet transferita lejn entità oħra u żewġ persuni li rriżenjaw. Infurmat li fis-sena 2024 kien hemm 2 persuni li rriżenjaw.

Għases tal-Pulizija — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema għases tal-Pulizija hemm xogħlijiet għaddejjin fihom? Jista’ jgħid x'inhuma dawn ix-xogħlijiet u jipprovdi d-data prospettiva bħala d-data tal-ftuħ ta' dik l-għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-aħħar snin il-Korp tal-Pulizija ħa inizjattivi kbar biex itejjeb l-ambjent fejn jaħdmu l-pulizija, u fejn jintlaqgħu n-nies biex jinqdew mis-servizz tal-istess Korp tal-Pulizija. Il-proġetti maġġuri jvarjaw minn dawk ta’ binjiet ġodda, għal rinovazzjoni ta’ binjiet eżistenti u l-ftuħ mill-ġdid ta’ binjiet li kienu ilhom magħluqa snin. Dan il-ftuħ mill-ġdid qed isir partikolarment bħala uffiċini tal-pulizija tal-komunità u b’taqsimiet speċjalizzati bħal mhuma l-hubs tal-vjolenza domestika li wieħed diġa’ nfetaħ f’Santa Luċija u ieħor se jkun qed jiftaħ fl-Imtarfa. Qatt daqs illum ma l-pulizija kienet viċin il-komunità. Ma jaqta’ xejn ukoll il-programm ta’ rinovar fl-għases u proprjetajiet, fejn ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet. Infurmat li x-xogħol f’San Ġwann mistenni jkun lest fil-vicin, fir-Rabat mistenni jkun lest ftit xhur oħra, filwaqt li x-xogħol fil-Ħamrun u fl-Imsida mistenni jkun lest fis-sena 2026. Dawn jingħaqdu ma xogħlijiet oħra fosthom it-tieni hub tal-vjolenza domestika fl-Imtarfa, fil-K9 section, tal-garaxx tal-Pulizija u Command and Control room.

Kummissarju tal-Pulizija — Impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument legali li jingaġġa lill-Kummissarju tal-Pulizija preżenti fil-kariga tiegħu, wara l-estensjoni li ngħata mill-Gvern, liema dokument jistabbilixxi r-responsabbiltajiet, is-salarji u ħlasijiet oħra, u l-kundizzjonijiet kollha relatati mar-responsabbiltà tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 20668 u 21730.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tiegħu, filwaqt li jispjega l-irwol, fiex jikkonsistu l-konsulenzi tagħhom u kemm dawn jitħallsu fil-perjodu ta' bejn il-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Ċentri ta' detenzjoni — Persuni

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-etajiet u n-nazzjonalità tal-persuni li bħalissa qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 167 persuna detenuti f’ċentri ta’ detenzjoni. In-nazzjonalitajiet huma: Iran, Togo, Colombia, Kosta tal-Avorju, Niger, Eritrea, Guinea, Sierra Leone, Marokk, Indonesia, Mauritius, Somalia, Georgia, Senegal, Benin, Sudan, Libja, Sri Lanka, Mali, Eġittu, Nepal, Indja, Etjopja, Gambja, Niġerja, Ghana, Eġittu, Pakistan, Sirja, Bangladexx. Infurmat li Rigward l-etajiet tal-individwi hemm 14-il persuna bejn it-18 u 21 sena, 40 persuna bejn 21 u 26 sena, 36 persuna bejn 26 u 31 sena, 45 persuna bejn 31 u 41 sena, 20 persuna bejn 41 u 50 sena, 3 persuni bejn 51 u 66 sena. Infurmat ukoll li hemm 9 persuni li qed jgħidu li għandhom taħt it-18-il sena madankollu l-passaport / dokument tal-individwi konċernati u / jew l-Age Assessment Test li sar mill-entitajiet konċernati iddeterminaw li huma adulti. Dawn bħalissa jinsabu fi stadju ta’ appell ta’ din id-deċiżjoni. Dawn id-9 persuni jinżammu f'żona separata minn persuni oħra, u dan sabiex jiġu protetti huma u persuni li huma verament minuri.

Identità – Ingaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li ġew ingaġġati minn Identità u/jew preċedentement minn Identity Malta, bejn il-perjodu ta' Jannar 2021 u Settembru 2024, u jaqsam tali ammonti skont is-sena li ġew ingaġġati fiha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Ħaddiema ngaġġati Ħaddiema li spiċċaw 2021 14 41 2022 29 35 2023 72 40 2024 50 53

Identità — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet, irriżenjat jew ġiet trasferita minn, jew b'xi mod telqet mill-impjieg minn Identità u/jew preċedentement minn Identity Malta bejn il-perjodu ta' Jannar 2021 u Settembru 2024, u jaqsam tali ammonti skont is-sena li ġew ingaġġati fiha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Secondment u Ri żenji 2021 39 2022 48 2023 45 2024 57

Il-Kalkara — Forti Ricasoli - ħażna taż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18167 u l-mistoqsijiet parlamentari 15009, 15859 u 17068 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Faċilità tal-Ħażna taż-Żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18168 u l-mistoqsijiet parlamentari 15008, 15858 u 17067 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force 2023

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18283, peress li s-Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force 2023 ma tqiegħedx fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-agreement?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 18283.

Persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18296, peress li t-tweġiba ma tinkludix l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkwistat iċ-ċittadinanza permezz tal-programm ta' investiment, u jipprovdi tali ammonti maqsuma skont in-nazzjonalità u s-snin ta' meta ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-rapporti tal-Uffiċċju tar-Regolatur (ORGCES) li diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u jinkludu din l-informazzjoni. Nitlob ukoll lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 20374, fejn ġie spjegat li d-dokumenti meħtieġa ta' kull sena jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jiltaqa’ u japprova l-Kumitat ta’ Monitoraġġ li jikkonsisti fil-Prim Ministru, il-Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Awtorità tad-Djar — Kirjiet Residenzjali Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18297 u jindika kemm il-kirja residenzjali hemm reġistrata mal-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas 28 ta’ Ottubru, Awtorità tad-Djar għandha 63,640 kirja residenzjali rreġistrata magħha.

Awtorità tad-Djar — Kirjiet Residenzjali Reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18298 u jgħid kemm mill-kirjiet residenzjali reġistrati mal-Awtorità tad-Djar huma Maltin u kemm hemm barranin, u jindika dan f'numru ta' residenti u mhux skont in-numru ta' kuntratti?

Response (GALDES, RODERICK)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba sabiex jiġi identifikat in-numru ta’ barranin u Maltin ma tistax tiġi pprovduta, peress li r-Reġistru tal-Kirjiet Residenzjali Privati iżomm id-data bħala rekwiżit taħt l-Artikolu 6(1a-g) tal-Kapitlu 604/2019 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-iskop tar-reġistrazzjoni tal-kuntratt huwa sabiex tali kuntratt jingħata titolu legali.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17986 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17983 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa li saret f’reklamar fuq stazzjonijiet televiżivi mill-Awtorità tal-Artijiet minn Jannar 'l hawn.