Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18168 u 20728 u l-mistoqsijiet parlamentari 15008, 15858 u 17067 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21627 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tiegħu, filwaqt li jispjega l-irwol, fiex jikkonsistu l-konsulenzi tagħhom u kemm dawn jitħallsu fil-perjodu ta' bejn il-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-policy consultants fi ħdan il-Ministeru huma dawn kif gej: Nigel Vella li ġie ngaġġat fis-6 t’April 2022, Larkin Paul Bonnici ġie ngaġġat fl-24 ta’ Mejju 2022 u Claire Azzopardi ġiet ngġġata fid-19 ta’ Settembru 2024. Dan isir skont il-manwal li diġà tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ir-remunerazzjoni tagħhom hija fi skala 3 b’allowances sa massimu ta’ mhux aktar minn €17,363 fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jipprovdi lista ta' Memorandum of Understandings (MoUs) illi saru f'din l-aħħar sena bejn id-diversi Ministeri u entitajiet oħra, u jipprovdi kopja tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Department/ Entity
MoU
Duration
DOI
MoU with ic-Centru tal-Ilsien Malti (CIM)
12/07/2024 (indefinite)
GPP
Data Processing Agreement with Automated Revenue Management Services Ltd (ARMS)
04/07/2024 (indefinite)
MITA
MoU with Malta Digital Innovation Authority (MDIA)
15/09/2023 – 14/09/2025
MITA
Cooperation in the Establishment and Operation of a National Coordination Centre (NCC) in Cyprus
Digital Security Authority Cyprus
01/12/2023 – 30/11/2025
MITA
Provision of EBSI Node Operator Services
Malta Digital Innovation Authority (MDIA)
01/12/2023 – 30/11/2028
MITA
MoU Collaboration and Sponsorship Agreement
University of Malta (UoM)
02/05/2024 – 31/12/2024
MITA
*Collaboration Agreement with IPS for the Summer Traineeship Scheme 2024
Institute of the Public Service (IPS)
28/02/2024 – 27/02/2025
Ministry for European Funds, Social Dialogue and Consumer Protection
MoU with the Malta Development Bank and the National Development and Social Fund
16/04/2024- automatic renewal every two years
The National Authority and the National Agency for the Erasmus + Programme
MoU with the European Solidarity Corps Programme
06/05/2024 (indefinite)
DIER
MoU with Jobsplus
03/06/2024-31/12/2026
ARUC
MoU with the National Statistics Office
08/07/2024-08/07/2026
MCCAA
MoU with the Ghana Standards Authority
09/07/2024-09/07/2027
OPM ( European Funds, Equality,Reforms and Social Dialogue)
MoU with the European Union Programmes Agency
24/09/2024 (indefinite)
SEM
MoU with Business First Limited
25/10/2024
* Collaboration Agreement with IPS is also included since it can also be considered as a form of MOU.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17915 u 19327 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Rapporti ta' Fastidju Sesswali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19409 u jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-perijodu indikat minnhu, ma ġie rraportat l-ebda fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fid-Dipartimenti u l-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi jew fil-Ministeru nnifsu.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rapporti ta' fastidji sesswali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19407 u jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li jirriżulta li kien hemm ħames rapporti ta’ fastidju sesswali. F'kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19423 u jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17953 u 20129 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Forzi Armati ta' Malta — Applikazzjonijiet għall-VRF
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex applikazzjonijiet għall-VRF fi ħdan il-Forzi Armati ġew ristretti għall-eks membri tal-Forzi Armati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Forzi Armati ta’ Malta toħroġ is-sejħa għar-riservi skont il-ħtieġa neċessarja tal-Forza. Apparti hekk il-kriterji meħtieġa huma differenti għal dawn is-sejħiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet li hemm, x’xogħlijiet hemm skedati fuq dik li kienet ir-residenza tar-Reġina Eliżabetta II fi Gwardamanġa - u jgħid meta dawn ix-xogħlijiet mistennija li jkunu lesti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li wara l-preparazzjonijiet u l-istudji kollha meħtieġa, wara l-ħruġ tal-permessi neċessarji, u wara xogħlijiet ta’ emerġenza mwettqa minn Heritage Malta, ġie ppubblikat l-ewwel tender għax-xogħol ta’ restawr f’Villa Guardamangia CT3024/24 ftit ġimgħat ilu.
Is-sena d-dieħla se jiġi ppubblikat tender ieħor għal finishes u faċilitajiet ta’ interpretazzjoni. Ix-xogħol mistenni jibda s-sena d-dieħla u għandu jieħu madwar ħames snin. Sadanittant l-aġenzija applikat ukoll għall-fondi tal-EU għal dan il-proġett. Il-fondi (€10m) ġew ikkonfermati l-ġimgħa l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-inkjesti maġisterjali b'mod globali u separat? Jista’ jgħid ukoll kemm inkjesti maġisterjali ġew konklużi f'dawn l-aħħar ħames snin, filwaqt li jindika liema inkjesta kienet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella illi tindika n-nefqa globali kemm għall-inkjesti maġisterjali kif ukoll għal proċeduri oħra fil-kamp kriminali għal f’dawn l-aħħar ħames snin sat-30 t’Ottubru 2024. Kif ukoll qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali konklużi f’dawn l-aħħar ħames snin sat-30 t’Ottubru 2024.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5165 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 319, nhar il-Ħamis, 6 ta' Marzu 2025)
Jista' l-Ministru jsemmi l-attivitajiet li saru fil-Port il-Kbir matul is-sena 2024, maqsuma nefqa nefqa, filwaqt li jindika lil min dawn tħallsu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MTA tellgħet tlett spettakli fil-Port il-Kbir bħala parti mill-Malta International Fireworks Festival. Dawn kienu jinkludu Pyro Competition, spettaklu tal-logħob tan-nar tradizzjonali kif ukoll show tal-għeluq. Għaqdiet u kmamar tan-nar mifruxin madwar Malta u Għawdex kienu l-akbar benefiċarji.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir mill-vetturi tas-servizz pubbliku li qegħdin jiġu sostitwiti u jitneħħew mit-triq minħabba li riċentement inxtraw il-vetturi elettriċi, u ċjoè dawk li mhumiex vetturi elettriċi, u kemm kienu ilhom li nxtraw dawn il-vetturi li tneħħew mit-triq?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-ġestjoni tal-vetturi tas-servizz pubbliku li qegħdin jiġu sostitwiti jew imneħħija mit-triq qed titmexxa skont l-għanijiet u l-obbligi tal-grant agreement għax-xiri tal-vetturi elettriċi. Għaldaqstant, il-vetturi li qed jitneħħew mit-triq qed jiġu scrapped permezz tat-tender “TENDER FOR THE SALE OF ‘TALE QUALE’ PUBLIC SERVICE PASSENGER VEHICLES (SPD2/2023/101)”. Is-servizz pubbliku qed jagħmel minn kollox sabiex jitneħħew dejjem l-iktar vetturi antiki; il-lista għada mhix waħda finali. Ċertu vetturi ICE indikati għall-scrappage qed jinbidlu ma' oħrajn ICE bejn Ministeri diversi sabiex nassiguraw li jitneħħew l-ewwel dawk l-iktar antiki.
Sa issa mal-221 vettura ICE ġew indikati għall-scrappage b’uħud minnhom ikunu diġà proċessati:
Sena ta’ reġistrazzjoni
Numru ta’ Vetturi
1971
2
1975
1
1981
5
1990
1
1992
2
1993
3
1995
2
1996
2
1997
1
1998
4
1999
4
2000
7
2001
6
2002
5
2003
4
2004
11
2005
11
2006
7
2007
25
2008
10
2009
8
2010
9
2011
12
2012
22
2013
17
2014
12
2015
7
2016
10
2017
4
2018
5
2020
1
2021
1
Il-proċess għadu għaddej skont il-grant agreement.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni u f’liema karigi ġew approvati mill-aħħar Bord fir-rigward tal-Forzi Armati ta' Malta li nħarġu fl-2024, u fl-istess waqt jgħid kemm-il ilment ġie sottomess globalment? Jista' wkoll jipprovdi kopja tal-estratt tal-Gazzetta tal-Gvern, fejn hemm dawn il-promozzjonijiet, jekk ġiet ippubblikata - u f'każ li le, jgħid għalfejn dan ma seħħx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern huwa impenjat li jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjonijiet fir-ranks minn Lance Bombardier sa Warrant Officer ma jiġux ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern għaliex dawn ir-ranks ma jikkonċernawx promozzjonijiet ta’ uffiċjali kummissjonati. Fil-Gazzetta tal-Gvern jiġu ppubblikati biss dawk li huma fir-rank ta' uffiċjal.
Infurmat li il-Bord għamel 408 rakkomandazzjoni li r-rank ivarja minn Lance Bombardier għal dak ta’ Maġġur fejn dawn iservu fil-Units varji tal-FAM.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie impjegat mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, f'liema grad u x'kien il-pakkett finanzjarju (paga u perkaċċi oħra) li daħal bihom u anke dawk sussegwenti mal-promozzjonijiet, kemm-il promozzjoni ngħata, x'kienu dawn il-promozzjonijiet u fuq liema bażi ngħataw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-persuna msemmija m’għadux impjegat mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Infurmat ukoll li huwa kien ġie impjegat wara applika għal external call fis-sena 2021. Infurmat li bħala impjegat tal-Aġenzija applika għal żewġ calls interni waħda fis-sena 2022 b’salarju bażiku ta’ €22,765.32 u oħra fis-sena 2024 għal salarju bażiku ta’ €29,918.32. Infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fir-risk allowance ta’ 1,257.88.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' vetturi fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), li jistgħu jintużaw f'każ ta' emerġenza f'bini meqjus għoli u jgħid sa liema sular dawn kapaċi jlaħħqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern kontinwament jinvesti fil-Protezzjoni Ċivili kemm fl-għodda li jużaw u d-drittjiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Illum m'għadux il-post tas-second hand. Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu għad dispożizzjoni tiegħu erba’ vetturi, tlett ‘turntable ladders’ u ‘hydraulic platform’, bl-ogħla vettura tilħaq 72 metru. Ninsab infurmat ukoll li d-dipartiment beda l-proċess biex ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu aktar vetturi ta’ dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid u jipprovdi tabella b’informazzjoni ta' kemm persuni servew globalment fil-korpi dixxiplinarji tagħna għal dawn l-aħħar 20 sena, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm damet u x'kienet ir-raġuni biex l-electronic signature fis-sistema mħaddma minn Identità ma kinitx qed taħdem riċentement u ċjoè fl-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi żmien fejn matulu s-sistema tal-firma elettronika kienet wieqfa
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-pajjiż fuq id-difiża matul dawn l-aħħar 10 snin, u jaqsam bħala ammont kontanti u bħala persentaġġ tal-GDP, speċifikament fil-Forzi Armati u jipprovdi d-dettalji ta' tali nfiq?