Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23686 u jgħid kemm-il persuna ma kenitx eleġibbli għal benefiċċji soċjali, iżda wara li saru applikazzjonijiet sussegwenti u reġgħu ġew ikkunsidrati l-mezzi tagħhom - ġew eleġibbli f'dawn is-sentejn u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedi fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika fuq liema benefiċċji soċjali qiegħed jitlob l-informazzjoni. Dan minħabba l-fatt illi l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) permezz tal-Artikoli 20, 30 u 66 iħallas jew jiċħad talba, fost oħrajn, fuq test tal-mezzi tal-kapital li jkun jipposedi l-applikant u l-familja u dan skont it-Tieni Skeda tal-istess Att. Tajjeb jingħad illi d-Dipartiment iħaddem proċedura illi kull applikazzjoni tiġi skrutinizzata mal-informazzjoni fil-pussess tat-Tax Compliance Unit sabiex jiġi assigurat illi l-informazzjoni mogħtija mill-applikant tkun kompluta. Dan isir minħabba li l-benefiċċji li jaqgħu taħt l-Artikoli msemmija jaqgħu taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23687 u jgħid x'verifiki jsiru u x'dokumenti jintalbu meta persuna terġa' tiġi rikunsidrata l-mezzi li għandha biex tiġi eleġibbli għal benefiċċji soċjali? Jista' jgħid jekk hux assigurat li dan isir ma' kull applikazzjoni għal rikunsiderazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika fuq liema benefiċċji soċjali qiegħed jitlob l-informazzjoni. Dan minħabba l-fatt illi l-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318) permezz tal-Artikoli 20, 30 u 66 iħallas jew jiċħad talba, fost oħrajn, fuq test tal-mezzi tal-kapital li jkun jipposedi l-applikant u l-familja u dan skont it-Tieni Skeda tal-istess Att. Tajjeb jingħad illi d-Dipartiment iħaddem proċedura illi kull applikazzjoni tiġi skrutinizzata mal-informazzjoni fil-pussess tat-Tax Compliance Unit sabiex jiġi assigurat illi l-informazzjoni mogħtija mill-applikant tkun kompluta. Dan isir minħabba li l-benefiċċji li jaqgħu taħt l-Artikoli msemmija jaqgħu taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji.
KM Malta Airlines u Airmalta – ġarr ta’ passiġġieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jipprovdi, kemm ġarret passiġġieri għal Lourdes fi Franza u lura lejn Malta l-Air Malta (illum KM Malta Airlines), mis-sena finanzjarja 2020/2021 ’l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet eleġibbli għal benefiċċji soċjali f'dawn l-aħħar sentejn, u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedu fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ma kenitx eleġibbli għal benefiċċji soċjali, iżda wara li saru applikazzjonijiet sussegwenti u reġgħu ġew ikkunsidrati l-mezzi tagħhom - ġew eleġibbli f'dawn is-sentejn u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedu fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'verifiki jsiru u x'dokumenti jintalbu meta persuna terġa' tiġi rikunsidrata l-mezzi li għandha biex tiġi eleġibbli għal benefiċċji soċjali? Jista' jgħid jekk hux assigurat li dan isir ma' kull applikazzjoni għal rikunsidrazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
AFM — Promozzjonijiet ta’ fizzjali - Gazzetta tal-Gvern
Question
Filwaqt li ssir referenza għad-deċiżjonijiet tal-aħħar bord tal-inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta li ġew deċiżi fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2024, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-promozzjonijiet ta’ fizzjali kinux ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern - u jekk ikun il-każ, jipprovdi l-estratt ta’ dan - u jekk il-każ ikun fin-negattiv, jgħid għal liema raġuni ma kinux ippubblikati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern huwa impenjat li jsewwi inġustizzji li seħħew taħt Gvern preċedenti. Dan minbarra li tejjeb il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, li għal snin twal kienu minsija. Infurmat illi saret komunikazzjoni ma’ kull uffiċjal jew eks uffiċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta li ressaq ilment ta’ inġustizzja. Infurmat ukoll li abbażi tad-deċiżjoni fil-komunikazzjoni skont ir-rakkomandazzjoni tal-bord konċernat, apparti promozzjonijiet skont il-każi rispettivi, bdew jinħadmu wkoll l-allokazzjonijiet finanzjarji. Infurmat għalhekk li l-proċess ta’ pagamenti li qed imexxi s-servizz pubbliku u li wasal biex jiġi konkluż. Infurmat ukoll li ladarba dan il-proċess jkun konkluż, il-promozzjonijiet tal-uffiċjali kif irrakomandat mill-bord jiġu ppubblikati skont il-proċedura.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-koordinament tat-taħriġ taħt il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien isir mill-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati sa' tmiem is-sena 2022, tneħħa minn idejn l-Akkademja msemmija u beda' jitmexxa mill-Human Resources tal-Korp tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sa minn meta Malta kienet osservatur ta’ l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi CEPOL fis-sena 2002, wara li saret Membru tal-istess Aġenzija fis-sena 2006 u sal-ġurnata tal-lum, l-Akkademja tal-Forzi dixxiplinati qatt ma kienet responsabbli li tmexxi l-koordinament ta’ taħriġ ma din l-Aġenzija Ewropeja. Uffiċjali mit-taqsima tar-Riżorsi Umani fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija dejjem esegwew tali koordinament, relatat ma taħriġ għall-Pulizija u uffiċjali oħra tal-infurzar tal-liġi ma l-istess l-Aġenzija.
Jista' l-Ministru jindika minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; x'taħriġ qed jingħata taħt il-programmi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) lill-Pulizija ta' Malta jew lil persuni oħra taħt dan il-programm f'taħriġ li qed isir f'Malta u jgħid min hija l-persuna responsabbli għall-koordinament ta’ dan it-taħriġ lokalment; x'laqgħat saru b'konnessjoni mas-CEPOL barra minn Malta; fejn Malta ġiet irrapreżentata; min attenda għal dawn il-laqgħat barra mill-pajjiż u jindika f'liem dati; kemm damu u f'liem postijiet saru? Jista' jgħid ukoll x'kienet in-natura ta' dawn il-laqgħat u/jew programmi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mis-sena 2023 sal-llum kien hemm mija u disa’ u tletin kors ta’ taħriġ u li kien ko-ordinat mill-Ispettur li ilha nkarigata mit-taqsima nazzjonali tas-CEPOL mis-sena 2021, li tali lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tindika d-data ta’ meta sar it-taħriġ, in-numru ta’ parteċipanti u fejn sar, meta ma kienx ‘online’.
Dwar ko-ordinament ta’ taħriġ li jsir lokalment, ikun dak imsejjaħ ‘Activity Manager’ li japplika meta joħorġu ‘grants’ tal-Aġenzija għal dan il-għan u mhux il-ko-ordinatur tas-CEPOL. F’Malta ġie ospitat avveniment dwar Interoperability of the EU Large Scale IT Systems - Current and Future Implementation bejn -il 11 ta’ Novembru u 15 ta’ Novembru 2024, fejn ibbenefikaw żewġ parteċipanti Maltin minflok wieħed, kif tradizzjonalment isir.
Dettalji mitluba dwar il-laqgħat li saru minn Jannar 2023 barra dawn il-gżejjer, konnessi mas-CEPOL jinsabu fit-tabella li wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u dawn prinċipalment saru ġewwa l-Ungerija, fejn hemm il-Kwartieri Ġenerali tal-Aġenzija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21637, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-promozzjonijiet ta' fizzjali għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern? Jista' jipprovdi l-estratt tal-Gazzetta tal-Gvern fejn dawn ġew ippubblikati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern huwa impenjat li jsewwi inġustizzji li seħħew taħt Gvern preċedenti. Dan minbarra li tejjeb il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, li għal snin twal kienu minsija. Infurmat illi saret komunikazzjoni ma’ kull uffiċjal jew eks uffiċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta li ressaq ilment ta’ inġustizzja. Infurmat ukoll li abbażi tad-deċiżjoni fil-komunikazzjoni skont ir-rakkomandazzjoni tal-bord konċernat, apparti promozzjonijiet skont il-każi rispettivi, bdew jinħadmu wkoll l-allokazzjonijiet finanzjarji. Infurmat għalhekk li l-proċess ta’ pagamenti li qed imexxi s-servizz pubbliku u li wasal biex jiġi konkluż. Infurmat ukoll li ladarba dan il-proċess jkun konkluż, il-promozzjonijiet tal-uffiċjali kif irrakomandat mill-bord jiġu ppubblikati skont il-proċedura.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14338 u 15007, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess li jiġi determinat l-aħjar użu għas-sit tal-MOBC fil-Marsa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-sit indikat, ikun hemm tħabbira uffiċjali fil-mument opportun.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21647 fl-intier tagħha u jelenka kull nefqa li saret b'rabta mal-attivitajiet li saru fil-Port il-Kbir matul is-sena 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-nefqa kienet waħda li tinkorpora s-servizzi mogħtija biex ittellgħa l-Malta International Fireworks Festival fl-intier tiegħu, u mhux marbuta ma’ attivita’ partikolari.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19423 u 22376 u jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn din il-leġislatura ma kien hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali.
AFM — Promozzjonijiet ta’ fizzjali li ġew approvati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jipprovdi f’numri, kemm-il promozzjoni ta’ fizzjali ġiet approvata permezz tal-aħħar bord tal-inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa jsewwi inġustizzji maħluqa minn Gvern preċedenti. Dan minbarra li kontinwament isaħħaħ id-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Korpi Dixxiplinati li għal ħafna snin kienu minsija. Infurmat li rankijiet fil-grad ta’ Uffiċjali li ġew approvati huma 12 il-Logutenent, 9 Kaptani u 8 Maġġuri.
Filwaqt li ssir referenza għad-deċiżjonijiet tal-aħħar bord tal-inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta li ġew deċiżi fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2024, jista’ l-Ministru jgħid u jipprovdi f’liema rank kienu l-promozzjonijiet ta’ fizzjali li ġew approvati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa jsewwi inġustizzji maħluqa minn Gvern preċedenti. Dan minbarra li kontinwament isaħħaħ id-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Korpi Dixxiplinati li għal ħafna snin kienu minsija. Infurmat li r-rankijiet ta’ uffiċjali huma fil-grad ta’ Logutenent, Kaptan u Maġġur.
Filwaqt li ssir referenza għad-deċiżjonijiet tal-aħħar bord tal-inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta li ġew deċiżi fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2024, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni kien hemm f’kull rank?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern huwa impenjat li jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Dan minbarra li tejjeb il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, li għal snin twal kienu minsija. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17972 u 20305 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17986 u 20468 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20612 u tgħid x’sar f’din l-aħħar sena dwar it-tisqif tal-mini ta’ Triq Reġjonali, f’Santa Venera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Dwar dan il-proġett sar Cost Benefit Analysis (CBA) b’disinji differenti biex jiġi determinat x’inhu l-aħjar mudell li jista’ jiġi adottat u kif il-proġett ikun fattibbli bil-possibiltà wkoll li dan isir bejn il-Gvern u l-privat. L-għan tagħna huwa li nagħtu lin-nies spazju miftuħ bl-aħjar użu u għalhekk qed jiġi kunsidrat x’jista’ jkun l-involviment tal-investitur privat, jekk ikun hemm faċilitajiet taħt il-livell tal-ġnien għall-użu tal-familji.
Peress li t-triq fejn se jsir il-proġett hija arterja prinċipali li tagħmel parti mit-Ten-T Network u d-disinn jinvolvi l-mina, hija meħtieġa l-kompetenza ta’ espert tal-inġinerija tal-mini. Fatturi oħrajn li trid tittieħed kunsiderazzjoni tagħhom fejn jidħol l-ippjanar u t-twettiq ta’ dan il-proġett, jinkludu l-impatt fuq it-traffiku anke minħabba l-fatt li fiż-żmien li ġej fiż-żona se jkun hemm għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Msida Creek.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18167 u 20727 u l-mistoqsijiet parlamentari 15009, 15859 u 17068 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninab infurmat li l-faċilità tal-ħażna tal-waste oils, li l-Partit Nazzjonalista kien ta b’konċessjoni lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013, mhijiex ser tiġi rilokata fil-faċilitajiet tal-MOBC fil-Marsa.