Tista’ l-Ministru tipprovdi s-sena definita li fiha għandu jkun lest il-proġett tat-tisqif tal-mini ta’ Santa Venera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġá ġie spjegat fit-tweġiba mogħtija lilu għall-mistoqsija parlamentari 22830, Triq Reġjonali hija arterja prinċipali. L-impatt fuq it-traffiku hija kunsiderazzjoni prinċipali li trid tittieħed, speċjalment fid-dawl tax-xogħol li beda fuq il-proġett ta’ Msida Creek. Dan huwa Gvern li jwettaq dak li jwiegħed, fejn ix-xogħol isir b’mod ippjanat u strutturat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti bażiċi u fuq liema kriterji jiġu impjegati l-iskrivani fil-Ministeri u d-dipartimenti rispettivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ll-kriterji tal-iskrivani li llum jissejħu jew Clerical Officer jew Junior Clerical Officer, jiġu appuntati fis-Servizz Pubbliku skont il-Ftehim Settorali li jkopri il-General Service Grades.
Kunsill Lokali Santa Venera — Permessi ta’ No Parking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ta’ No Parking inħareg mill-Kunsill Lokali Santa Venera fis-sena 2024 u jaqsam tali ammonti skont it-toroq rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kunsill joħroġ permessi għal attivitajiet li jeħtieġu permess li uħud ikunu akkumpanjati b’tabelli biex ma jsirx ipparkjar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-permessi għal attivitajiet maħruġa mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera.
Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tiegħu, u dawk tal-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm jitħallsu u x’konsulenzi jagħtu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulent huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li fiha jagħti n-numru ta’ persuni li kellhom permess tax-xogħol validu f’pajjiżna fl-aħħar ta’ kull sena kalendarja għas-snin mill-2010 sal-2024?
Jista’ l-Ministru jipprovdi f’persentaġġi s-setturi tax-xogħol li għalihom persuni nħarġilhom permess ta’ xogħol biex jidħlu f’Malta mill-2010 sal-2024?
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li fiha jagħti n-numru ta’ persuni li applikaw għall-permess ta’ xogħol, u kemm minnhom inħarġilhom permess ta’ xogħol mill-2010 sal-2024?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għalfejn il-Memorandum of Understanding (MoU) mal-Gvern tal-Libja, iffirmat fl-2020 u mġedded fl-2024, ma ġiex ippreżentat fil-Kamra tad-Deputati għar-ratifikazzjoni jew għall-awtorizzazzjoni tar-ratifika tiegħu, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati, u dan minħabba l-fatt illi Memorandum bħal dan jirrigwardja l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u jsemmi b’mod ċar is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun? Jista’ wkoll jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-MoU flimkien mal-annessi kollha tal-istess MoU?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi Memorandum of Understanding (MoU) li ġie iffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020, kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-3 ta’ Ġunju 2020 (seduta 339) u ma jeżistu l-ebda annessi. Ma hemm l-ebda klawżola fit-test fir-rigward ta’ ratifika u l-MoU sar infurzabbli mal-firma skont l-Artikolu 9 tal-MoU imsemmi. It-tiġdid tal-ftehim, li ġie iffirmat fis-16 ta’ Lulju 2024, estenda l-MoU għal 3 snin sal-2027 u dan jiġi mġedded awtomatikament b’ mod annwali sakemm ma jkunx hemm notifika minn qabel minn waħda mill-partijiet. Ma jeżistu l-ebda annessi għal din l-estensjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-estensjoni ta’ l-MoU li kien iffirmat fis-16 ta’ Lulju 2024.
Attachments:Papers Laid - PQ 25480 - Extension of the MoU.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru breathalyser tests mill-Pulizija fis-sena 2024 u jaqsam din l-informazzjoni xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn instabu li eċċedew l-ammont rikjest mil-Liġi bħala konsum tal-alkoħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li in-numru ta’ breathalyser tests li saru mill-Pulizija fis-sena 2024, wara suspett raġonevoli skont il-liġi, kif ukoll l-ammont ta’ dawk li nstabu li eċċeda l-ammont rikjest mil-Liġi bħala konsum tal-alkoħol, u allura b’riżultat pożittiv, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt.
JannarFrarMarzuAprilMejjuĠunju
Nru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittiv
951561841712139119
LuljuAwwissuSettembruOttubruNovembruDiċembru
Nru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittiv
1351051171481542719
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyser kit għandu l-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm uffiċjali li huma mħarrġa sabiex jagħmlu użu minn dawn il-kits?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija għandu tmintax-il kit ta' breathalyser imqassma mad-Distretti u s-sezzjonijiet operattivi.
Infurmat li t-tahrig isir kemm fir-reklutagg fejn kull uffiċjal tal-Pulizija jingħata viżjoni ġenerali tal-apparat u l-proċess ta' teħid tal-nifs, kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri previsti mill-artikli tal-Kap 65 tal-Liġijiet ta’ Malta, relatati ma’ dan is-suġġett. Barra minn hekk, kull ufficjal gie provdut informazzjoni specifika permezz ta ’ċirkolari tal-Korp tal-Pulizija li ġiet speċifikament maħruġa dwar l-użu tal-breathalyser kits.
KM Malta Airlines u Airmalta — ġarr ta’ passiġġieri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24016 u jipprovdi kemm ġarret passiġġieri għal Lourdes fi Franza u lura lejn Malta l-Air Malta (illum KM Malta Airlines), mis-sena finanzjarja 2020/2021 ’l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-linja tal-ajru nazzjonali KM Malta Airlines tibda torganizza titjiriet skedati jew charters minn Malta għal Lourdes fi Franza u lura, f'din is-sena finanzjarja? Jekk fl-affermattiv, meta se jkunu dawn it-titjiriet u kemm qed tipprevedi li se ġġorr passiġġieri? Jekk fin-negattiv, jista’ jagħti r-raġunijiet għalfejn KM Malta Airlines mhux se topera bejn Malta u Lourdes?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi KM Malta Airlines ma għandiex pjanijiet sabiex tintroduċi servizzi bi skeda regolari bejn Malta u Lourdes u lura.
Madankollu KM Malta Airlines tkompli tikkunsidara li topera charters lejn Lourdes matul il-lejl kif għamlet tul l-2024.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema data ġiet ikkummissjonata l-Labour Market Research Study li ntużat matul is-sena 2024, u minn liema entità ġiet ikkummissjonata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi li jixtiequ jaħdmu f’Malta jeħtieġu permess tax-xogħol li huwa suġġett għal proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni. Dan jinkludi verifiki li jiżguraw li verament is-suq tax-xogħol jeħtieġ tali mpjiegi. Jiġi anke evalwat id-disponibbiltà tal-ħaddiema lokali kif ukoll ċittadini tal-UE għal tali pożizzjonijiet, tiġi analizzata data dwar kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi f’ċertu setturi. Titwettaq analiżi wkoll fuq min iħaddem, billi tevalwa kemm ikun bagħat applikazzjonjiet biex jimpjega ħaddiema minn pajjiżi terzi, kemm kellu tkeċċijiet, u tiġi analizzata informazzjoni dwar ir-reklutaġġ tal-kumpanija biex tiġi stabbilità l-leġittimità ta’ min ser ikun qed iħaddimhom. Il-verifiki issiru ukoll fuq l-adegwatezza tal-applikanti. Din l-evalwazzjoni ssir minn Jobsplus u hija kontinwa.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Labour Market Research Study li ntuża matul is-sena 2024 ma ġiex ippubblikat u ma ġiex mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal risposta tal-mistoqsija parlamentari 24020.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn meta applikant jordna r-riċerki ta’ persuna mir-Reġistru Pubbliku tramite l-entità Identità, fejn f’din l-applikazzjoni għar-riċerki l-applikant jissottometti l-isem tal-persuna li dwarha qed jintalbu r-riċerki, in-numru tal-identifikazzjoni, u l-parentela - fost dettalji oħra – xorta waħda joħorġu dokumenti relatati ma’ persuni oħra li huma irrelevanti għat-talba tar-riċerki, bil-konsegwenza illi l-applikant ikollu jħallas spejjeż oħra għal tali dokumenti li huma irrelevanti, kif ukoll ħela ta' riżorsi tal-imsemmija entità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat L-Att tal-1975, illum emendat u msejjaħ l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità, Kap 258 tal-Liġijiet ta’ Malta kien introduċa għall-ewwel darba n-numru tal-karta tal-identità. Peress li r-riċerki jmorru lura aktar minn mitejn sena, għalkemm wieħed jista’ jinkludi wkoll in-numru tal-karta tal-identità u d-data tat-twelid fit-talba għar-riċerka, dan mhux dejjem ikun biżżejjed jekk ir-riċerka tkun tirrelata ma’ perjodu li jmur aktar lura mill-1975. Infurmat li meta d-Dipartiment jirċievi talba għar-riċerki li jkun fiha dettalji mandatorji li ma jkunux jaqblu ma’ dawk mitluba, ir-riċerki ma jingħatawx. Infurmat wkoll li min-naħa l-oħra, meta d-Dipartiment jirċievi talba għar-riċerki li jkun fiha d-dettalji mandatorji, iżda matul l-ipproċessar tar-riċerki, id-Dipartiment isib riċerki (ġeneralment tal-passat pre-1975 u/jew mandati u ċedoli) li jkunu jirreferu għal xi wħud biss mid-dettalji mandatorji, wieħed ma jkunx jista’ jiddetermina jekk dawn ikunux qed jirreferu għal persuna differenti u għaldaqstant f’dan il-każ, dawn ir-riċerki jingħataw. Infurmat li dan isir sabiex tiġi protetta l-integrità tar-riċerka u fl-istess waqt ir-riċerka tkun kompluta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u jippreżenta tabella bl-ispejjeż kollha relatati mal-programm bl-isem “Fuq il-Festa”, li xxandar nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2024 fuq TVM? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’forma ta’ lista b’kull spiża tkun tikkorespondi mal-kuntrattur/kumpanija/persuna li tħallas b’mod rispettiv filwaqt li tingħata spjega tax-xogħol li għalih qed jiġi mħallas?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prassi kostanti (ara pereżempju r-risposti mogħtija għall-Interpellanzi PQ29368, PQ 27993, PQ 22006, PQ 18025 tal-ħdax il-leġiżlatura, PQ 21040 tal-għaxar leġiżlatura u PQ 32148, PQ 28455 tad-disa’ leġiżlatura) li informazzjoni kummerċjalment sensittiva appartenenti għall-PBS ma tiġix ippubbikata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23685 u jgħid kemm-il persuna ġiet eleġibbli għal benefiċċji soċjali f'dawn l-aħħar sentejn, u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedi fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika fuq liema benefiċċji soċjali qiegħed jitlob l-informazzjoni. Dan minħabba l-fatt illi l-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318) permezz tal-Artikoli 20, 30 u 66 iħallas jew jiċħad talba, fost oħrajn, fuq test tal-mezzi tal-kapital li jkun jipposedi l-applikant u l-familja u dan skont it-Tieni Skeda tal-istess Att. Tajjeb jingħad illi d-Dipartiment iħaddem proċedura illi kull applikazzjoni tiġi skrutinizzata mal-informazzjoni fil-pussess tat-Tax Compliance Unit sabiex jiġi assigurat illi l-informazzjoni mogħtija mill-applikant tkun kompluta. Dan isir minħabba li l-benefiċċji li jaqgħu taħt l-Artikoli msemmija jaqgħu taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji.