Santa Venera — Triq il-Kanun - Porzjon ta’ art proprjetà tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26123, jista’ l-Ministru jgħid liema porzjon ta' art hi proprjetà tal-Gvern fi Triq il-Kanun, Santa Venera (il-parti li tinsab bejn Triq l-Isportivi, Santa Venera u Triq il-Mitħna, Ħal Qormi) u dan billi jippreżenta site plan li tindika tali art? Jista’ jgħid ukoll taħt liema entitajiet tal-Gvern jaqgħu dawn l-artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li porzjon hija assenjata dipartiment tal-Gvern, oħra mhux assenjata waqt li 2 porżjonijiet huma mikrija lill-privat.
EUMAM Ukraine — Parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) humiex qegħdin jipparteċipaw fl-operazzjoni EUMAM Ukraine, fejn suldati Ukreni qed jitħarrġu ġewwa r-Renju Unit? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ilhom jipparteċipaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta bdew jipparteċipaw fil-Missjoni EUMAM UA minn Jannar tas-sena 2023, fejn l-uffiċjal tal-FAM għandu rwol ta’ Liaison Officer fejn il-ħidma tinvolvi l-iffaċilitar tal-komunikazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE u l-ebda rwol militari jew taħriġ lill-militar. Għalhekk ix-xogħol tiegħu hu biss amministrattiv fejn jiffaċilità l-komunikazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. B’wieħed mill-għanijiet tal-missjoni huwa li tingħata assistenza umanitarja. Dan anke wara parir tal-Avukat tal-Istat.
L-għajnuna li Malta tat lil Ukrajna hi marbuta biss ma’ dik umanitarja, hekk kif kien ġie imħabbar u dan b'rispett lejn in-newtralità ta’ pajjiżna.
Fid-dawl ta' statements li m'għandomx mill-verità li ntqalu fl-aħħar jiem, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija tal-Forzi Armati ta' Malta PR250485 datata 24 ta’ Marzu, 2025.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)

Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25475, 25693 u 25886 u jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Uffiċjali li għaddew minn proċeduri dixxiplinarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26103 u jgħid jekk preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemmx uffiċjali ingaġġati li preċedentement kienu ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom f'forzi tal-ordni oħra? Jekk iva, kemm hemm minn dawn l-uffiċjali u fuqiex kienu l-proċeduri dixxiplinarji li ttieħdu kontrihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ma hemm l-ebda ħaddiem li ġie mkeċċi minn korp dixxiplinat jew impedit minn li jkun ingaġġat, li ġie ngaġġat.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema skop hemm żewġ bastimenti tal-baħar tal-Korp tal-Pulizija li qed ikunu rmunkati ġewwa Ta’ Xbiex, u jekk hemmx ħlas għal tali servizz? Jekk is-servizz huwa bi ħlas, jista’ jgħid kemm hi n-nefqa u lil min qed issir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ż-żewġ bastimenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma żewġ ‘Coastal Patrol Boats’ (rhibs) li huma użati mit-taqsima tal-Protezzjoni tal-Ambjent fi ħdan il-korp tal-Pulizija. Dawn is-CPB’s huma marbuta f’postijiet ta’ rmiġġ ta’ Sandy Yacht Marina Limited fil-port ġewwa Ta’ Xbiex. Ninsab infurmat li l-post intgħażel wara sejħa għal kwotazzjonijiet u l-ħlas ta’ sena kien ta’ €5,300 VAT inkluż.
Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili — Xogħlijiet fl-istazzjonijiet - Spejjeż
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26120 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar l-ispejjeż relatati max-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru fl-istazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili fil-perjodu minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika l-mod kif ġew inkarigati l-kuntratturi, liema hija l-kumpanija li qed twettaq ix-xogħol u x’inhi l-ispiża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni fit-totalità tagħha għad trid tkun konkluża, kif spjegat fil-mistoqsija parlamentari 26120. Infurmat li f'dawn l-istanzi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula l-interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx mill-Ministeru.
Tista' l-Ministru tgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellha tirrispondi hi personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Konvinta li l-Onor. Interpellant jaf li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, naħseb li jifhem li l-ordni tal-interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmulin interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant jifhem li l-ordni tal-interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. Għaldaqstant, l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal- Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni -Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanza huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellha tirrispondi hi personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għat-tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula Interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)