Faċilità fil-Marsa — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm priġunieri tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta’ tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Persuni li għandhom tfal minorenni reġistrati fuqhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2024, kemm dawk li huma arrestati kif ukoll dawk li qed iservu sentenza, kellhom tfal minorenni reġistrati fuqhom u jaqsam tali informazzjoni skont l-età, il-ġeneru, kif ukoll kemm għandhom sentenza ta’ ħabs il-ġenituri tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tinġabar għaliex mhux kull persuna ikun provdiha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27449, 27775, 27976, 28274 u 28404 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u lill-Prim Ministru, lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn tfal għadhom qegħdin jitħallew jidħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex iżuru lill-ġenituri tagħhom, meta suppost ġiet inawgurata l-faċilità fil-Marsa bil-għan li jinħoloq ambjent aħjar għat-tfal? Jista’ jgħid ukoll kemm-il tifel u tifla daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2025 bħala viżitaturi u jindika l-etajiet tagħhom, u jaqsam tali informazzjoni skont ix-xhur li fihom daħlu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kien biss dan il-Gvern li parti mill-proċess ta’ rijabilitazzjoni ġenwina, u differenti ħafna minn kif kien jaġixxi ta’ qablu, għamila possibli li priġunieri li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ikunu jistgħu jibdew jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin ma' wliedhom f'binja apposta fil-Marsa, 'il bogħod mill-ħitan tal-istess faċilità taħt il-ħarsien ta' professjonisti soċjali. Din il-binja hija waħda adattata biex tilqa' tfal f'ambjent ferm aktar rilassat iżda fejn xorta waħda huwa assigurat l-aqwa u l-ogħla livell ta' sigurtà. Din l-inizjattiva kienet possibbli grazzi għall-ħidma tal-Ministeru u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl. Intagħżel propja post lill-hinn mill-facilita korretta għaliex wieħed jifhem li l-esperjenza ta' ħabs mhux il-post ideali għat-tfal. Ninsab infurmat li huma diversi dawk li qed jagħmlu użu minn din il-faċilità u ta’ kull xahar qed isiru numru ta’ laqgħat bejn residenti tal-faċilità korettiva ta’ kordin u wliedhom, li huma differenti minn żjara normali fil-faċilità. Ninsab infurmat li din is-sena diga kien hemm 208 żjara minn persuni taħt is-17-il sena.
Ninsab infurmat ukoll li dan ma jfissirx li setgħu jinqatgħu għal kollox iż-żjarat fil-Faċilità, anke jekk kontinwament isir tentattiv biex dan il-post jsir l-iktar użu possibbli minnu. L-amministrazzjoni tal-facilità korrettiva ta’ kordin qed tkompli taħdem u tagħmel ir-riformi biex tilqa’ għall-ħtiġijiet ta’ dawn il-familji, partikolarment tfal, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Għal dan il-għan bħalissa għaddejjin bi pjanijiet biex flimkien mad-diversi investimenti li saru u qed isiru, iż-żona tal-viżitaturi titranġa u titjieb bil-għan li tkun toffri post iktar akkoljenti u xieraq għal kulħadd.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27449, 27775, 27976 u 28274 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u lill-Prim Ministru u lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar rispettivament u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Security Committee (secret service) — Rapport annwali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tas-Security Committee (secret service) għas-snin 2023 u 2024? Jekk dawn għadhom ma tqiegħdux fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ jispjega għal liema raġuni dan ma seħħx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-dokumenti meħtieġa jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra wara li jiltaqa’ u japprova l-Kumitat tas-sigurtà li jikkonsisti fil-Prim Ministru, il-Ministru responsabbli mis-servizz, il-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Korpi Dixxiplinati — Persuni mkeċċija iżda xorta baqgħu jirċievu l-pensjoni tas-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu jservu fil-Korpi Dixxiplinati, li ġew imkeċċija, iżda xorta baqgħu jirċievu l-pensjoni tas-servizz, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kienu dawn il-persuni, f’liema Korp kienu jservu u għal kemm-il sena kienu fil-Korp rispettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bis-saħħa tal-avviż legali ppubblikat fl-aħħar xhur, il-Gvern assigura pensjoni lil min ikun wettaq 25 sena servizz b’mod meritevoli. Ninsab infurmat li persuna waħda li serviet fil-Korp Dixxiplinat għal 33 sena ġiet imkeccija iżda qed tircievi l-pensjoni tas-servizz, hekk kif l-impjieg gie mitmum wara li kienet wettqet il-25 sena servizz b’mod meritevoli.
B’referenza għat-tweġiba ta-mistoqsija parlamentari 27977, jista’ l-Ministru jippreżenta lista tal-kuntratti kollha li għalihom l-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet kien parti fihom, u li għalihom kien hemm nefqa, mill-ġurnata li ġie maħtur f’din il-kariga sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissarju tal-Liġijiet jagħmel użu minn kuntratti ta’ servizzi legali u servizzi ta’ reviżjoni tal-liġi skont il-bżonnijiet li joħorġu mill-Att Dwar Ir-Reviżjoni Tal-Liġijiet Statutarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27449, 27775 u 27976 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u lill-Prim Ministru rispettivament u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid abbażi ta’ liem kalkolu, u għal-liema raġuni, l-Ispetturi u s-Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija rċevew email nhar il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2025 waranofsinhar, li permezz tagħha ġie kkomunikat lilhom li l-performance bonus tagħhom għas-sena li għaddiet ġie emendat minħabba li ma marrux "the extra mile", u kellhom tnaqqis ta’ tnejn fil-mija (2%) mit-total tal-perċentwal li kien diġà komunikat lilhom preċedentement? Jista’ l-Ministru jagħti spjega, u fuq deċiżjoni ta’ min sar dan it-tnaqqis?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-‘performance appraisal’ huwa mekkaniżmu li jitħaddem fl-Amministrazzjoni Pubblika kollha u jinvolvi diversi livelli ta’ ‘appraisals’. Fil-każ tal-Korp tal-Pulizija l-kriterji li jintużaw huma stabbiliti u kkomunikati lil kull min hu kkonċernat. Infurmat li hija wkoll l-ewwel darba li Spettur tal-pulizija qed jingħata performance appraisal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis ta’ tnejn fi-mija (2%) mill-performance bonus, sarx lil kull Supretendent u lil kull Spettur fil-Korp tal-Pulizija? Jekk le, jista’ jagħti r-raġuni u kemm-il Supretendent u kemm-il Spettur ma kellomx dan it-tnaqqis?
Jista’ l-Ministru jgħid min ikkalkula l-performance bonus tal-Kummissarju tal-Pulizija, u kemm ġie kkalkulat li jieħu f’bonus? Jista’ jikkjarifika jekk dan kellux emenda u/jew tnaqqis ta’ tnejn fil-mija (2%) jew xi ammont ieħor, kif sar mal-Ispetturi u s-Supretendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-‘performance appraisal’ tal-Kummissarju tal-Pulizija jsir bil-mekkaniżmu stabbilit fl-Amministrazzjoni Pubblika li jinkludi ż-żewġ livelli ta’ fuqu.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27449 u 27775 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rispettivament u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27475 u 27842 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27229, jista’ l-Ministru jippreżenta l-lista tal-kuntratti kollha maħruġa mill-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet, mill-ħatra tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt li nagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27229, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kuntratti qed jirreferi peress li l-mistoqsija hija waħda vaga ħafna.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27449 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27475 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27229, jista’ l-Ministru jippreżenta l-lista tal-kuntratti kollha maħruġa mill-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet, mill-ħatra tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25475, 25693, 25886, 26418 u 27227 u jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta – Contract of Services u Engagement Forms
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27065 u 27228 u jipprovdi lista ta' contract of services u engagement forms li l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) ħarġet bejn l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-privatezza u s-sigurtà tal-impjegati, l-engagement forms mitluba ma jistgħux jiġu ppubblikati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27229, jista’ l-Ministru jippreżenta l-lista tal-kuntratti kollha maħruġa mill-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet, mill-ħatra tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili — Xogħlijiet fl-istazzjonijiet - Spejjeż
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27254 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26627 dwar l-ispejjeż relatati max-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru fl-istazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili, fejn ġie mwieġeb li “l-informazzjoni fit-totalità tagħha għad trid tkun konkluża”, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-informazzjoni issa ġietx finalizzata u jekk iva, tingħata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f'dawn l-istanzi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Għaldaqstant it-tabella t’hawn taħt tinkludi l-ispejjeż relatati max-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru fl-istazzjonijiet mill-2022 'il quddiem.
STATION
2022
2023
2024
2025
KORDIN
€10,443
€1,792
€896,628
€42,228
HALFAR
€17,568
€127,953
€94,997
0
K9
0
0
€49,425
0
PEMBROKE
0
0
€138
0
GOZO
€0
€18,730
30,199
0
FLORIANA (OLD)
0
€1,882
336
0
FLORIANA(NEW)
€105,492
€43,644
€177,608
€12,707
XEMXIJA
€40,284
€29,210
551,309
0
DELIMARA
0
0
0
0
MARINE
€125,600
€389,978
€434,623
€5,522
MAGĦTAB
0
0
€1,555,803
0
KANDJA
€53,860
€64,824
€601,729
€330
STA VENERA
€5,321
0
0
0