Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34241 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ittermina l-impjieg tiegħu u kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi kellu l-impjieg tiegħu tterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-tabella t’hawn taħt turi informazzjoni dwar persuni minn pajjiżi terzi (TCNs) li tterminaw l-impjieg tagħhom u li kellhom l-impjieg tagħhom itterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-aħħar ta’ Awwissu 2025 (l-aħħar ċifri ppublikati). Din it-tabella hija skont informazzjoni li tirċievi Jobsplus minn għand min iħaddem mill-formoli ta’ tmiem tal-impjieg.
Infurmat li Persuna jista’ jkollha iżjed minn terminazzjoni waħda f’sena (2024) u jista’ jkun ukoll kellha terminazzjoni oħra s-sena ta’ wara (fl-2025). Għalkemm kien hemm dawn it-terminazzjonijiet, persuna jista’ jkun li qed taħdem ma’ xi employer ieħor.
Filfatt infurmat li meta wieħed jħares lejn l-ammont ta’ persuni minn pajjiżi terzi li kellhom l-impjieg tagħhom tterminat u ma kienx segwit minn ingaġġ ġdid, dan kien ilaħħaq il-fuq minn 10,000 fl-2024, li matul is-sena l-oħra beda nieżel b’mod persistenti għal madwar 8200 (din ta l-aħħar hija informazzjoni dwar kemm harġu bejn Awwissu 2024 u 2025). Għalhekk dan jindika li qed jiġi osservat titjib sostanzjali fir-Retention tal-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi li huwa wieħed mil-prinċipji tal-Malta Labour Migration Policy.
Sena
Xahar
Impjieg itterminat (employer terminated)
Ittermina l-impjieg (resigned)
Total
2024
Jannar
775
2,222
2,997
Frar
791
2,051
2,842
Marzu
846
2,276
3,122
April
977
2,289
3,266
Mejju
870
2,521
3,391
Ġunju
683
2,239
2,922
Lulju
876
2,433
3,309
Awwissu
817
2,321
3,138
Settembru
920
2,089
3,009
Ottubru
913
2,266
3,179
Novembru
871
2,009
2,880
Diċembru
583
1,833
2,416
Sena
Xahar
Impjieg itterminat (employer terminated)
Ittermina l-impjieg (resigned)
Total
2025
Jannar
771
1,915
2,686
Frar
613
1,812
2,425
Marzu
648
2,019
2,667
April
679
2,055
2,734
Mejju
751
2,181
2,932
Ġunju
726
2,267
2,993
Lulju
718
2,047
2,765
Awwissu
769
1,937
2,706
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ma kellux il-permess ta' residenza mġedded? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ma applikawx biex iġeddu l-permess u kemm minnhom kellhom il-permess imġedded, mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u jaqsam din l-informazzjoni f'kolonni separati?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ittermina l-impjieg tiegħu u kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi kellu l-impjieg tiegħu tterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi li ħadu n-nar f’dawn l-aħħar ħames snin, esklużi dawk li nħarqu bi ħsara kollaterali jew b’konsegwenza ta’ nirien li kienu biswit, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu electric vehicles u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar każi fejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista fuq nirien ta’ vetturi hi skont it-tabella hawn taħt.
Rapporti ta’ nirien fil-vetturi li rrikjidew l-assistenza ta' CPD
2021
2022
2023
2024
2025
Sena 2021 - 2025
140
114
96
126
139
Rapporti ta’ nirien fil-vetturi elettriċi li rrikjidew l-assistenza ta' CPD
2021
2022
2023
2024
2025
Sena 2021 - 2025
NIL
NIL
3
6
7
Forzi Armati ta’ Malta – Helicopters - Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu s-service li jmiss għall-helicopter tat-tip Augusta Westland li jinsab operabbli preżentement fil-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum dan is-service?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 34120.
Forzi Armati ta’ Malta – Helicopters - Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar manutenzjoni tal-helicopter tat-tip Augusta Westland li jinsab operabbli preżentement fil-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ż-żamma u manutenzjoni tal-ħelikopters tiffunzjona bħala proċess kontinwu, li jimxi b’mod strett mar-regolamenti tal-manifattur u skont il-programm ta’ manutenzjoni li huwa approvat mill-manifattur u jimxi skont il-protokolli stabbiliti. Is-sistema strutturata ta’ programm ta’ manutenzjoni li tintuża hija ‘Continuous Airworthiness Maintenance Program’ li jsir b’interval ta’ kull ħamsa u għoxrin (25) siegħa.
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni fuq dan il-helikopter hija skedata għal stadju iktar tard din is-sena.
Tista’ l-Ministru tgħid kif il-familjari ta’ persuni li kellhom blue badge u li ilhom snin twal li mietu, f’każ minnhom anke 11-il sena, qegħdin jirċievu mingħand i
l-
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ittri ta’ multi xi jħallsu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux korrett meta jirreferi għall-ittri de quo bħala “ittri ta’ multi li jrid jitħallsu” jew “multi mibgħuta”. Kif diġà ġie spjegat, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD), permezz tat-Taqsima tal-Infurzar tagħha, ilha għaddejja b’proċess li nbeda fl-2022 sabiex il-Blue Badges li skadew, jew dawk li nħarġu lil persuni li issa huma neqsin u li qatt ma ġew irritornati, jiġu rritornati għand il-Kummissjoni. Dan qed isir bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-Blue Badge tintuża bl-aktar mod xieraq u effettiv possibbli.
Mill-2022 sa issa, ġew irritornati 2,153 Blue Badge. L-iktar waħda antika inħarġet fit-13 ta' Awwissu 1998 u skadiet fl-2003, iżda ġiet irritornata biss fil-5 ta' Ġunju 2024. Tant kienet antika li saħansitra l-format tagħha kien differenti minn dak li għandha l-Badge llum.
Barra minn hekk, lil dawk li stqarrew li tilfu l-Blue Badge tagħhom jew ma jafux fejn qiegħda, il-Kummissjoni tagħtihom il-parir li jagħmlu rapport mal-Pulizija jew jippreżentaw affidavit, u jgħaddu kopja lilha. Mill-2022, il-Kummissjoni rċeviet 339 rapport mill-Pulizija u 537 affidavit, 520 minnhom saru minn uffiċjali tal-Kummissjoni stess, grazzi għas-servizz li ġie introdott is-sena l-oħra, fejn il-pubbliku jista' jissottometti affidavit mingħajr ħlas.
Irrid ninnota wkoll li minbarra dan ix-xogħol kollu, it-Taqsima tal-Infurzar fi ħdan il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità,mill-2022 sal-lum, ġabret 447 Blue Badge falza. Dan huwa parti mix-xogħol sabiex tara li ma jkunx hemm abbuż tal-Blue Badge f’pajjiżna.
L-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Kirjiet qabel is-sena 2022 mingħand il-ġenituri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33797 u jgħid jekk persuni li wirtu kirja mingħand il-ġenituri tagħhom u li kienu jirrisjedu f’post mikri mingħand l-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali qabel is-sena 2022, iżda wirtu l-kirja wara s-sena 2022, jekk dawn humiex eleġibbli taħt l-iskema Sir Sid ta’ Darek biex jixtru l-post? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista’ jispjega kif din mhix diskriminatorja ma’ persuni oħra li jkunu xtrawha, ġaladarba dan baqa’ l-istess titolu ta’ kirja?
L-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Kirjiet qabel is-sena 2022 mingħand il-ġenituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li wirtu kirja mingħand il-ġenituri tagħhom u li kienu jirrisjedu f’post mikri mingħand l-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali qabel is-sena 2022, iżda wirtu l-kirja wara s-sena 2022, jekk dawn humiex eleġibbli taħt l-iskema Sir Sid ta’ Darek biex jixtru l-post? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista’ jispjega kif din mhix diskriminatorja ma’ persuni oħra li jkunu xtrawha, ġaladarba dan baqa’ l-istess titolu ta’ kirja?
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33162 fejn intqal li “preżentement hemm 114-il klabb b’titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports”, jista’ l-Ministru jipprovdi lista bl-ismijiet ta’ dawn il-klabbs kif imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija – mistoqsijiet lil persuni minorenni waqt li jkunu l-iskola
Question
F'każ ta' bżonn u għall-għajnuna waqt investigazzjoni tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-passi li jittieħdu mill-Pulizija biex jagħmlu mistoqsijiet lil persuna minorenni waqt il-ħinijiet tal-iskola u meta tkun l-iskola, biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-minorenni? Jista' jgħid ukoll min ikun preżenti mal-minorenni f'dawn iċ-ċirkostanzi?
Investigazzjonijiet tal-Pulizija – mistoqsijiet lil persuni minorenni
Question
F'każ ta' bżonn u waqt investigazzjoni tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid, x'inhi l-proċedura addottata u x'inhuma l-passi li jittieħdu biex il-Pulizija tagħmel mistoqsijiet lill-persuna minorenni biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-minorenni? Jista' jgħid ukoll min ikun preżenti f'dawn iċ-ċirkostanzi mal-minorenni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li dan isir skont is-sezzjoni VII tal-Kodiċi Kriminali, kif trasposta mid-direttiva 2016/800 tal-Unjoni Ewropea.
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32180, 32438, 32602, 32876 u 33118 u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li preżentament hemm 114-il klabb b’titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports.
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32180, 32438, 32602 u 32876 u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skejjel - Għeluq ta’ toroq - Preżenza ta’ uffiċjali tal-infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel f’Malta u Għawdex, kemm tal-Gvern, privat u anke tal-Knisja għandhom uffiċjal tal-infurzar assenjat fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal, u kemm minnhom tingħalaq it-triq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hemm tmenin (80) skola tal-Gvern fejn ikun hemm uffiċjali tal-Pulizija assenjati fil-ħinijiet ta’dħul u tal-ħruġ tat-tfal, li f’disgħa u sebgħin minnhom tingħalaq it-triq, waqt dawn il-ħinijiet. Il-Pulizija ma tkoprix skejjel oħra apparti dawk tal-gvern, u tiġi gwidata mit-Taqsima tas-servizzi tat-Trasport fid-Dipartiment tal-
Edukazzjoni dwar skejjel li tkopri.
Skejjel tal-Knisja - Għeluq ta’ toroq - Preżenza ta’ uffiċjali tal-infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk skejjel tal-Knisja humiex intitolati għall-preżenza ta’ uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija jew xi uffiċjal tal-infurzar ieħor, sabiex ikun jista’ jgħasses l-għeluq tat-triq tal-iskola fil-ħin tal-ġbir tal-istudenti wara l-ħin tal-iskola?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 33115.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk skejjel tal-Knisja humiex intitolati għall-għeluq tat-triq fil-ħin tal-ġbir tal-istudenti wara l-ħin tal-iskola? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-proċess sabiex isir tali għeluq tat-triq u liema policy tirregola dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija joffru dan is-servizz ta’ kull filgħodu u wara nofs inhar mat-tmenin skola tal-gvern madwar Malta u Għawdex. Biex tassisti bi preżenza ta’ uffiċċjali waqt dħul u ħruġ ta’ tfal minn skejjel, il-Pulizija tiġi gwidata mill-uffiċċju tas- Servizzi tat-Trasport fil-Ministeru tal-Edukazzjoni. Dan minkejja dak li jiprovdi l-artikolu 33 (1) (d) ta’ l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap.363).
B’referenza għar-Reserve Police Constables (Musicians) ingaġġati mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari għadhom ma tħallsux għall-ħidma li saret matul ix-xahar ta’ Ottubru u Novembru 2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-mument qed isiru verifiki dwar il-ħlasijiet ta’ Ottubru u kif ikunu lesti jsir il-ħlas. B'differenza minn ta' qablu dan il-Gvern dejjem iħallas lil l-Pulizija ta' xogħlhom.
Iktar minn hekk infurmat li mill-1 ta’ Novembru 2025 ġiet installata sistema diġitali ta’ attendenza (Digital Attendance Device) fil-post fejn isiru l-provi tal-Banda tal-Pulizija, li tirreġistra l-attendenza. Din ser tassigura iżjed trasparenza, effiċjenza u tnaqqas ir-riskju ta’ żbalji jew nuqqasijiet relatati mas-sistema manwali preċedenti.
B’referenza għas-sejħa li saret mal-Volunteer Reserve Force tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn kien hemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet bejn Novembru u Diċembru 2024, kien hemm l-għażla u l-intervista bejn Jannar u Mejju 2025 u l-kuntratti ġew iffirmati f’Lulju 2025, jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar minn Lulju 2025 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, peress li dawn il-persuni għadhom ma ġewx infurmati b’aktar avvanzi? Jista’ jgħid ukoll meta se jissejħu biex jibdew is-servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-proċess li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant issa wasal fil-fażi konklużiva tiegħu, u l-applikanti li temmew b’suċċess dan il-proċess ser ikunu imsejjħa fiż-żmien li ġej.
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32180, 32438 u 32602 u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.