Jista' l-Ministru jgħid għalfejn qabel it-8 ta' Novembru 2026, ir-rapport dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018 qatt ma kien issemma fit-tmien snin ta’ qabel? Jista' wkoll jispjega xi nbidel mill-2018 sal-2026 biex ħass li kellu jitkellem dwaru wara daqstant snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.
Jista' l-Ministru jgħid għand min kien qed jinżamm ir-rapport sħiħ dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018, bejn l-2018 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-sid, ġaladarba huwa l-awtur, tar-rapport sħiħ dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 35863 u 35948 tal-14-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-promozzjonijiet fir-rank ta’ lieutenant, kaptan u maġġur li ġew deċiżi mill-aħħar Bord tal-Inġustizzji?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn jiġu ppubblikati ladarba jitlestew il-proċessi meħtieġa.
KM Malta Airlines – Titjiriet diretti lejn Lourdes, fi Franza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija KM Malta Airlines għandhiex il-ħsieb li terġa’ topera titjiriet diretti bl-iskeda jew chartered lejn Lourdes, fi Franza, u lura? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dawn it-titjiriet humiex ser ikunu skedati jew chartered, kemm ser isiru titjiriet, meta se jibdew u jieqfu, u kemm il-kumpanija KM Malta Airlines qiegħda tipprospetta li ġġorr passiġġieri? Jekk le, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija nazzjonali tal-ajru, KM Malta Airlines, m’għandhiex il-ħsieb li topera titjiriet diretti skedati lejn Lourdes, fi Franza.
Fl-2027 il-kumpanija ser topera numru ta’ chartered flights lejn Lourdes u it-tabella hawn taħt turi t-tqassim xahar b'xahar tas-servizzi chartered li ser topera, li tinkludi wkoll in-numru ta’ passiġġieri li huwa stmat li ser jinġarru:
2027
Numru ta’ Chartered Flights
Numru Totali Stmat ta’ Passiġieri
April
4
360
Mejju
4
360
Lulju
4
360
Awwissu
4
360
KM Malta Airlines – Titjiriet lejn Lourdes fi Franza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm titjiriet skedati u/jew chartered lejn Lourdes, fi Franza, u lura, minn meta bdiet topera l-linja nazzjonali tal-ajru KM Malta Airlines? Jekk iva, jista’ jgħid kemm saru titjiriet u kemm inġarru passiġġieri kull sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Chartered Flights
Total ta’ Passiġieri
2024
16
1402
2025
12
1128
2026
16
1388
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 687 u 980 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 793 u jgħid kif se jiġi vverifikat biex jitkejjel it-titjib fil-produttività li fuqhom ser tkun ibbażata l-għotja addizzjonali relatata mal-Intelliġenza Artifiċjali?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Niforma lill-Onorevoli Interpellant li, taħt it-tieni sejħa tal-iskema
Digitalise your SME
, l-benefiċjarju huwa meħtieġ li, fl-istadju tal-applikazzjoni, jidentifika u jipprovdi informazzjoni dwar it-titjib mistenni fil-produttività li għandu jirriżulta mill-investiment propost.
Il-kejl tal-produttività mhuwiex ibbażat fuq indikatur finanzjarju wieħed, iżda fuq ir-riżultati effettivi tal-investiment. Dan l-approċċ jieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-konsultazzjoni li saret mal-Kmamar tal-Kummerċ u tal-SMEs, fejn ġie enfasizzat li t-titjib fil-produttività jista’ jiġi rifless permezz ta’ riżultati tanġibbli fin-negozju, fosthom titjib fl-effiċjenza tal-operat u fil-prestazzjoni tan-negozju u mhux biss minn indikaturi fissi bhal ‘turnover-to-expenses’ per ezempju.
Sena wara li jitlesta l-proġett, il-benefiċjarju jkun meħtieġ jissottometti rapport ta’ wara l-implimentazzjoni li juri t-titjib fil-produttività li jkun effettivament inkiseb bħala riżultat tal-investiment fl-Intelliġenza Artifiċjali. Dan jippermetti li r-riżultati miksuba jiġu evalwati u mqabbla mal-benefiċċji u t-titjib fil-produttività identifikati fil-bidu tal-proġett.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 783 u għal-lista fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 780, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jrendu fi dħul fl-ekonomija Maltija kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, matul l-ewwel tliet snin minn wara li jiġu kompluti separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-każ tal-Proġetti li ser jingħattaw b’konċessjoni ma hemmx spiża pubblika involuta imma ser jirrendu dħul. Fir-rigward tal-proġetti l-ohra mhuwiex possibli nagħtu indikazzjoni preciza tal-ispiża minħabba li f’ħafna minn dawn il-każijiet, għad qed isiru jew għad iridu jitwettqu l-istudji u l-valutazzjonijiet neċessarji (tekniċi, finanzjarji u ta’ fattibbiltà), li mingħajrhom kwalunkwe stima tkun waħda prematura u mhux affidabbli.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 782 u għal-lista fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 780, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiswa f’fondi pubbliċi kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, b’mod separat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 3873.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 781 u għal-lista fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 780, jista’ l-Ministru jindika s-sena li fiha se jkun qed jiġi inawgurat kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, kif ukoll id-data li ser ikun komplut b’mod separat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien
meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ kull proġett strateġiku jvarja skont l-offerta li tkun ġiet rakkomandata u approvata, kif ukoll skont id-data tal-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt formali.
Għaldaqstant, iż-żmien previst għall-eżekuzzjoni ta’ kull proġett ivarja skont in-natura u l-karatteristiċi partikolari tal-proġett inkwistjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 778 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal spazju industrijali u x’inhi l-medja taż-żmien li applikant jistenna sabiex tiġi deċiża l-applikazzjoni tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li bħalissa il-Malta Enterprise għandha 38 applikazzjoni, madanakollu wieħed ma jistax jagħti medja taż-żmien tal-applikazzjonijiet pendenti għal fatt illi kull applikazzjoni hija differenti skont it-tip ta’ operat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u OpenAI?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-ftehim mitlub jikkonsisti f’informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva, għaldaqstant ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid iżda li sa issa mal-50 elf persuna diġa’ applikaw għal dan il-kors, filwaqt li mat-32 elf persuna diġa’ temmew dan il-kors b’suċċess. Madanakollu qed noffri lill-Onorevoli interpellant li b’mod personali u kunfidenzjali jara dan il-ftehim.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 763 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ma għamlux użu minn konsulenti jew servizzi ta' konsulenza dwar l-intelliġenza artifiċjali jew it-trasformazzjoni diġitali matul il-perjodu mitlub.
Fir-rigward tal-Ministeru nnifsu, dan għandu arranġament fis-seħħ ma' Gartner Ireland Limited għall-provvista ta' servizzi ta' riċerka teknika u konsulenza, li jinkludu fost oħrajn aspetti relatati mal-intelliġenza artifiċjali u t-trasformazzjoni diġitali, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 760 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-snin 2025 u 2026, l-Awtorità tal-Ippjanar ingaġġat konsulenti għal servizzi relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali lil Keane Grech u Beat Limited. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant illi f’kull istanza kienu segwiti il-proċeduri tal-akkwist pubbliku applikabbli.
Fir-rigward tal-Ministeru u l-entitajiet l-oħra msemmija, ma ġew ingaġġati ebda konsulenti f’dan il-qasam matul il-perjodu indikat.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Lista ta’ konsulenzi
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 754 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tagħha matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat ingaġġa s-servizzi ta’ Mark Bugeja għal konsulenza fl-IT u l-intelliġenza artifiċjali relatata mal-implimentazzjoni tal-pjattaforma tar-ridesharing, skont il-proċeduri tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel - Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 749 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa ingaġġa l-għajnuna tal-kumpaniji KPMG u EY għall-konsulenzi u xogħlijiet ta’ preparazzjoni dwar it-Tranżformazzjonijiet Diġitali fis-settur tas-Saħħa Pubbliku, skont il-proċeduri tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.