Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Gwann — Triq in-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq in-Naxxar, San Gwann taqax fir-responsabilita' tal-Gvern ċentrali jew inkella hux taħt ir-responsabilita' tal-kunsill lokali ta' San Gwann u dan fejn jirrigwardja ir-responsabiltajiet kollha devoluti lill-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq in-Naxxar, San Gwann hija triq distributorja skond il-klassifikazzjoni tat-toroq arterjali u distributorji li toħrog mill-Pjan ta’ Struttura għall-Gżejjer Maltin ta’ l-1992. Għalhekk din it-triq hija fir-responsabbilta’ ta’ l-ADT.

Foundation for International Studies Limited

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Foundation for International Studies Limited? Din hija fondazzjoni bi skopijiet non-profitt, jew kumpanija kummerċjali bi skopijiet ta' profitt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskopijiet tal- Foundation for International Studies Limited jirriżultaw mill-klawżola 4 (l-objects clause) tal- Memorandum and Articles of Association ta’ l-istess kumpanija li hija reġistrata mal-Financial Services Authority. L-iskop prinċipali tal- kumpanija huwa sabiex torganizza konferenzi, korsijiet, seminars, workshops u attivitajiet oħrali għandhom dimesjoni kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

San Gwann — Zbrof ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex żbrof u leakage tad-drenaġġ li hemm f'sit ta' kostruzzjoni fi Triq in-Naxxar, San Gwann u li x'aktarx qed jirriżulta minn ħsarat fis-sistema komuni jew privati fi Triq San Franġisk, San Gwann, tiġi solvuta urġentament u dan fl-interess tas-saħħa pubblika tar-residenti fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li l-ħsarat huma f'residenza privata, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.