Fid-dawl tat-tnedija tal-aġenzija l-ġdida: Project Green, tista’ l-Ministru tgħid kif se jkunu qed jiġu prijoritizzati l-proġetti ambjentali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ din l-aġenzija madwar Malta u Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-proġetti ambjentali taħt ir-responsabiltà ta Project Green jaqgħu f’numru ta kategoriji differenti u għaldaqstant il-kriterji li jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-prijorità tal-proġett tvarja skond in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett innifsu.
Madankollu bħala linja gwida il-proġetti qegħdin ikunu prijoritizzati skont l-impatt pożittiv li dawn mistennija jħallu fuq il-lokalitajiet u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u r-residenti fl-inħawi.
Sabiex dan issir qed jiġu evalwati numru ta Green Outputs għal kull proġett li qiegħed jiġi evalwat. Dawn il-Green Outputs huma pubbliċi u jistgħu jiġu aċċessati minn fuq is-sit elettroniku ta' Project Green u jinkludu fost l-oħrajn l-ammont f’metri kwadri ta spazji ħodor ġodda li se jkunu qed jinħolqu, il-livell ta afforestazzjoni marbut mal-proġett, iż-żieda fl-accessibilita għall-mobbiltà alternattiva, l-użu ta materjal sostenibbli fil-proġett innifsu, u fuq kollox l-ammont ta persuni li jgħixu f’anqas minn 10 minuti miexi mil-proġett.
Dan filwaqt li qed tingħata prijorità wkoll għal fatturi aktar kwalitattivi bħal l-estetika u l-innovazzjoni fil-proġett u il-mod kif dan jadatta għad-demografija taż-żona.
Korpi Dixxiplinarji ta’ Malta – ex ħaddiema tas-servizzi li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ eks ħaddiema tas-servizzi, ċjoè Korpi Dixxiplinarji ta' Malta li huma: il-Pulizija, il-Forzi Armati, il-Faċilità Korrettiva u l-Protezzjoni Ċivili dwar in-numru ta’ persuni li għadhom ma' laħqux l-età pensjonabbli, li jirċievu biss il-Pensjoni tat-Teżor u mhux f'impjieg għas-sena 2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.