Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Korpi Dixxiplinati – Pensjoni tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ex-uffiċjali tas-servizz, li fil-31 ta’ Diċembru 2025, irċevew il-pensjoni tas-servizz, maqsuma fl-erba' korpi dixxiplinati: Pulizija, Forzi Armati, CCF u Protezzjoni Ċivili?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.  Interpellanta li eks-uffiċjali fil-korpi msemmija rċevew pensjoni tas-servizz fil-31 ta’ Diċembru 2025 skont it-tabella hawn taħt: Korp Numru ta’ pensjonanti Pulizija 1807 Forzi Armati 1772 Servizzi Korrettivi 47 Protezzjoni Ċivili 34

Għaqdiet tal-festi – Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar il-fondi disponibbli biex jgħinu lill-għaqdiet tal-festi bħal: għaqdiet tal-banda, għaqdiet tal-armar, għaqdiet tal-logħob tan-nar, u oħrajn li b’xi mod jagħtu kontribut lill-komunità waqt il-festa tar-raħal tagħhom? Jista’ jispjega wkoll il-proċess li wieħed irid isegwi biex japplika?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni kollha dwar l-iskema għall-Wirt Artistiku tinsab fuq il-paġna elettronika tal-Kunsill Malti għall-Arti. L-iskema hija miftuħa għall-Organizzazzjonijiet Volontarji li huma iskritti mall- Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u li huma konformi skont l-att dwar l-organizzazzjonijiet volontarji. L-applikanti huma mitluba juru b’mod ċar li huma attivi: •              Fil-mużika strumentali għall-festa •              Fis-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar •              Fl-armar artistiku semi-permanenti Il-fond huwa ta €1,000,000 u joffri għajnuna skont l-għan li tiżvolġi l-organizzazzjoni b’rabta mal-festa, dan għandu jkun indikat ċar fl-istatut tal-organizzazzjoni volontarja: •              EUR 8,000 – lis-soċjetajiet tal-banda u Soċjetajiet Mużikali tal-Festa •              EUR 5,000 – għas-saħħa u sikurezza fil-kmamar tan-nar – (għaqdiet li jaħdmu ġo kamra tan-nar li m’hijiex propjetà talistess għaqda jibbenefikaw minn massimu ta’ EUR 2,500) •              EUR 5,000 – għal armar artistiku semi-permanenti

Erasmus+ u Solidarity Corps

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar il-ħidma li qed issir permezz tal-Erasmus+ u tas-Solidarity Corps Funding? Jista’ jgħid ukoll min hu eliġibbli biex japplika għal dawn il-fondi u jispjega l-proċess li wieħed irid isegwi biex japplika?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

In-Naxxar - Tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-pjanijiet li hemm fuq xogħol ta’ tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ fil-lokalità tan-Naxxar, partikolarment fi Triq id-Dejqa u Triq l-Imdina?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’diskussjonijiet ma’ Infrastructure Malta biex jitwettaq proġett ta’ titjib fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq id-Dejqa u Triq l-Imdina, fil-lokalità tan-Naxxar.

Xogħol infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pjanijiet li hemm fuq xogħol infrastrutturali, bħal tarmak jew xogħol ieħor, f’dawn it toroq: i.            Triq Leli Falzon, in-Naxxar; ii.            Triq San Ġorġ, Santa Venera; u iii.            Triq A.M. Valperga, il-Fgura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi rigward ix-xogħlijiet fi Triq Leli Falzon, in-Naxxar bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-Kunsill Lokali. Triq San Ġorġ, Santa Venera qegħdha fil-lista ta’ toroq biex isiru minn Infrastructure Malta, hekk kif mitluba mill-Kunsill Lokali, filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq A.M. Valperga, il-Fgura, huma mistennija li jibdew fix-xhur li ġejjin.

PMC for Development and Continuous Maintenance & Support of a Tool to assist eLearning through a Digital Bilingual Dictionary, Maltese Language Corpus, Spellchecker, Grammar and Syntax Checker, and Bilingual Translator

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’inħareġ mill-Preliminary Market Consultation (PMC) for Development and Continuous Maintenance & Support of a Tool to assist eLearning through a Digital Bilingual Dictionary, Maltese Language Corpus, Spellchecker, Grammar and Syntax Checker, and Bilingual Translator datat it-13 ta’ Jannar 2025, li sar fil-bidu ta’ din is-sena u x’passi ttieħdu wara din il-konsultazzjoni sabiex eventwalment jiġi implimentat? Jista’ jgħid ukoll għal meta dan huwa ppjanat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ġew sottomessi tliet proposti u bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni tagħhom.

Youth Advisory Forum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji li joħorġu mill-Youth Advisory Forum (li beda fl-2024) u x’ser ikun it-terminu tal-Youth Advisory Forum il-ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Youth Advisory Forum

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-iskop tal-Youth Advisory Forum, kemm-il darba jiltaqa’, x’tip ta’ diskussjonijiet isiru fih u x’tip ta’ azzjonijiet joħorġu minn tali diskussjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Intrepellanta sabiex tirreferi din i-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Baġit 2024 – Ħlas tal-COLA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun l-ewwel ħlas tal-COLA lill-eks. membri tas-servizz li għadhom taħt l-età pensjonabbli imma mhux f'impjieg, skont dak li ġie mħabbar fil-Baġit 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ewwel ħlas lil eks membri tas-servizz li għadhom taħt l-età tal-pensjoni imma mhux f’impjieg mistenni li jsir fl-aħħar ta’ Ġunju 2024.

Liġijiet tal-kera ta’ qabel l-1995 – Konvenji ta’ ħames proprjetajiet użati minn soċjetajiet mużikali differenti

Question

B’referenza għall-istqarrija ministerjali li saret fil-15 ta' Diċembru (PR231987), jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess rigward il-konvenji li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali daħal fihom mas-sidien ta’ ħames proprjetajiet użati minn soċjetajiet mużikali differenti li qed jiffaċċjaw riskju imminenti ta’ żgumbrament minħabba s-sitwazzjoni legali tal-liġijiet tal-kera ta’ qabel l-1995?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każini li ġew akkwistati b’titolu ta’ pjena proprjeta’ mill-Ministeru permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti huma: · il-proprjetajiet tas-Soċjeta’ Mużikali Stella Maris ta’ tas-Sliema*; · is-Soċjetà Mużikali Antoine de Paule ta’ Raħal Ġdid; · il-Proprjetà ta l-Għaqda Mużikali Stella Levantina ta’ Ħ’Attard; · ic-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara u · s-sede tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara. Intant, hemm sitt sidien oħra li magħhom il-Ministeru daħal f’konvenju rigwardanti s-sede okkupati mill-għaqdiet li jinsabu fir-riskju ta’ ¿gumbrament, li meta jiġu akkwistati l-propjetajiet rispettivi jtellgħu l-investiment totali u komplessiv għal iktar minn €16-il miljun. Dawn huma: § Soċjetà Filarmonika Santa Marija – il-Mosta § Soċjetà Filarmonika San Pietru fil-Ktajjen – Birżebbuġa § Każin Banda 12th May – Ħaż-Żebbuġ § Soċjetà Sant'Andrija – Ħal Lija § Għaqda Mużikali Maria Reġina – il-Marsa § Għaqda Soċjo-Mużikali Anici – Ħal Qormi Intant għaddejjin negozjati biex in-numru ta’ konvenji, u allura l-ammont ta’ soċjetajiet muzikali li jiġu salvati minn żgumbrament, jiżdied. In-negozjati jidhru li se jwasslu, salv xi imprevist, għall-iffirmar ta’ mill-inqas konvenju ieħor. Tajjeb jiġi rrimarkat illi din id-deċiżjoni li l-Gvern isalva l-każini issa għandha importanza ikbar fid-dawl tal-fatt li l-festa Maltija hija issa meqjusa bħala Wirt Intanġibbli tal-Umanità mill-UNESCO. B’hekk il-Gvern se jkun qed jinvesti fil-futur tal-festi Maltin filwaqt li nstabu soluzzjonijet ġusti u trasparenti kemm mas-sidien kif ukoll mas-soċjetà mużikali nnfisha. · Il-fattispeċje tal-każ ta’ Stella Maris huma differenti mill-bqija tas-soċjetajiet mużikali għaliex f’dan il-każ inxtara żmien rimanenti ta’ ċens temporanju mingħand il-privat u mhux titlu in pjena proprjeta’ kif ġie spjegat pubblikament diversi drabi. Ir-ri¿ultat finali, pero’, kien identiku: cioe’ li l-Gvern sar sid aħħari tal-fond in kwistjoni (bis-saħħa ta’ konsolidament tat-titolu) u l-iżgumbrament imminenti li kien se jsir, ma seħħx.

MTA — ħruġ ta’ liċenzja lil lukanda fil-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx ipprovduta liċenzja mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) lil-lukanda li tinsab fil-binja li hemm fi Triq Ħalq iċ-Ċawl c/w Triq L-Iżbark tal-Franċiżi c/w Triq in-Nases c/w Triq il-Fortizza, il-Mellieħa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Intepellanta li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma pprovdiet l-ebda liċenzja ta’ lukanda fil-binja li qed tiġi indikata.

Belt Valletta – turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ turisti li qattgħu l-btala tagħhom f'akkomodazzjonijiet li jinsabu fil-belt kapitali matul is-sena 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jippubblikax ċifri ta’ numri ta’ turisti li jakkomodaw ruħhom skont il-lokalità. L-istatistika disponibbli tiddistingwi biss bejn ċifri nazzjonali, ċifri għall-gżira ta’ Malta u ċifri għall-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna.

Belt Valletta – average occupancy rate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-average occupancy rate ta’ lukandi li jinsabu fil-belt kapitali matul is-sena 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Intepellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9153.

MTA – ftehim mal-Giro d’Italia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa l-marketing agreement li hemm bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Giro d’Italia u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll x’se tiggwadanja Malta minn dan il-ftehim?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-marketing agreement bejn l-MTA u l-Giro d’Italia huwa ta’ €230,000. Il-Giro d’Italia, li jsir madwar l-Italja kollha, huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar kompetizzjonijiet importanti fis-settur taċ-ċikliżmu. Tajjeb wieħed jirrimarka li l-Italja huwa source market ewlieni għat-turiżmu f’pajjiżna. Il-brand VisitMalta qed tikseb promozzjoni estensiva matul it-tappi kollha tal-Giro: · reklam tal-VisitMalta fil-forma ta’ arkata fil-punt tal-35Km tat-tellieqa; · banners vertikali bir-reklam ta’ VisitMalta fis-6, 7, 8 u 9 Km tat-tellieqa; · 90 metru ta’ advertising banners tul it-tiġrija; · 24 metru ta’ fixed signage ħdejn il-finish line tat-tellieqa; · Gazebo 4m x 4m fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull tellieqa minn fejn jitqassam mercandise u materjal ieħor promozzjonali ta’ Malta. Dawn it-tappi qed jiġu trasmessi b’mod dirett mit-televiżjoni Taljana RAI u l-Eurosport, kif ukoll jingħataw live feeds lil madwar 200 stazzjoni televiżiv ieħor madwar id-dinja. Dan il-coverage huwa stmat li jlaħħaq udjenza ta’ madwar 65 miljun ruħ, matul il-112-il siegħa ta’ trasmissjoni. Apparti dan issir ukoll promozzjoni diġitali fuq diversi pjattaformi tal-media soċjali fosthom Facebook, Tik Tok u Instagram, il-website tal-Giro, Gazzetta dello Sport u Tutto Bici. VisitMalta se tkun qed tingħata wkoll promozzjoni fuq media stampata fosthom ir-rivisti prominenti Bell’Italia u Sportweek. Ser inkun qed inqiegħed kopja tal-kuntratt imsemmi fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – skema pilota tal-għoti ta’ ċens temporanju

Question

Fid-dawl li l-Awtorità tal-Artijiet toffri diversi skemi li jgawdu minnhom diversi intrapriżi privati u sidien ta’ ħwienet fejn skema partikolari hi l-iskema pilota tal-għoti ta’ ċens temporanju lill-kerrejja jew l-operaturi tal-ħwienet li huma proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm negozji li diġà bbenefikaw mill-iskema? Peress li l-Gvern kellu wkoll jestendi din l-iskema għal lokalitajiet differenti madwar Malta, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet se tkun qed tinfetaħ din l-iskema u jekk l-iskema hux se terġa’ tiġi estiża fil-Belt Valletta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum kien hemm 40 benefiċjarju. Il-pjan hu li l-iskema issa tiġi estiża mal-pajjiż kollu, inkluż il-Belt Valletta.

Tqassim u użu tal-fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jispjega f’aktar dettall kif se jitqassmu u jintużaw il-fondi Ewropej li jammontaw għal €2.2 biljun fis-snin li ġejjin, b’mod partikolari kif dawn se jolqtu b’mod dirett lill-familji Maltin u Għawdxin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Non-Profit Organisations – Applikazzjoni għal-liċenzja lill-membri biex ifornu l-Kannabis

Question

Fid-dawl tar-riforma li permezz tagħha l-Gvern se jkun qed jipproteġi lil dawk li jużaw il-kannabis mis-suq kriminali, fejn tħabbar li mit-28 ta’ Frar Non-Profit Organisations se jkunu jistgħu japplikaw għal-liċenzja meħtieġa biex ifornu l-kannabis lill-membri tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diġà diskussjonijiet mal-banek lokali biex jiġi żgurat li tali Non-Profit Organisations ma jispiċċawx ristretti mis-servizzi tal-banek minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, li huwa wkoll ġdid għas-servizz offrut mill-banek?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi hemm diskussjonijiet għaddejjin ma' bank ewlieni. Fil-ġimgħat li ġejjin se jissoktaw id-diskussjonijiet anke ma' banek oħra lokali.

Proġetti ambjentali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-ammont ta’ proġetti ambjentali li tlestew mis-sena 2020 ‘il quddiem f’dawn il-lokalitajiet: Belt Valletta, Marsa, Santa Venera, Ħamrun, Tal-Pietà u Floriana?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġetti ambjentali li twettqu mis-sena 2020 'il quddiem kienu mifruxa f’bosta nħawi tal-gżejjer Maltin u ma kinux limitati biss għal-lokalitajiet li qed tirreferi għalihom fil-mistoqsija. Madankollu, ninsab infurmata li fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Marsa, Santa Venera, il-Ħamrun, Tal-Pietà u il-Furjana twettqu madwar 23 inizjattiva ambjentali.

Proġetti ambjentali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-ammont ta’ proġetti ambjentali li huma ppjanati għal din is-sena 'l quddiem f’dawn il-lokalitajiet: Belt Valletta, Marsa, Santa Venera, Ħamrun, Tal-Pietà u Floriana?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta tikkunsidra l-miżuri li joħorġu mill-manifest Malta Flimkien kif ukoll dawk li tħabbru fid-diskorsi tal-baġit tas-snin li għaddew, wieħed isib mhux inqas minn għaxar miżuri ambjentali għalissa li jolqtu direttament il-lokalitajiet imsemmija fil-mistoqsija; dawn minbarra l-għadd kbir ta’ proġetti u inizjattivi ambjentali oħrajn li se jtejbu l-livell tal-ħajja tan-nies fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.