Jista’ l-Ministru:
i. jispjega għaliex, minkejja ż-żieda fil-popolazzjoni tal-pajjiż u ż-żieda fil-baġit tal-Korp tal-Pulizija, in-numru ta' pulizija żdied bi 32 uffiċjal biss mill-2017 ’l hawn;
ii. jgħid kif jiġġustifika ż-żieda ta' 860% fl-ispejjeż tas-sahra matul l-aħħar għaxar snin, proġettata għal €12.5 miljun għall-2025, minflok ma sar investiment f'reklutaġġ u żamma sostenibbli ta’ personnel; u
iii. jgħid x'passi konkreti qed jittieħdu biex tinbena mill-ġdid il-kapaċità tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni dwar ir-Reati Finanzjarji (FCID) wara telf ta’ mill-inqas 25% tal-investigaturi tiegħu mill-2022?
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ġodda ġew introdotti biex jiġi evitat abbuż fil-ħruġ tal-visas inklużi verifiki indipendenti, separazzjoni tar-responsabbiltajiet, awditi fuq l-aċċess għas-sistema u kontrolli fuq l-użu ta’ intermedjarji?
Visas – Applikazzjonijiet minn ċittadini Libjani – Ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fi ħlasijiet uffiċjali relatati ma’ applikazzjonijiet għal visas minn ċittadini Libjani mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx irrappurtati ħlasijiet addizzjonali jew mhux awtorizzati mitluba minn intermedjarji u x’azzjoni ttieħdet dwarhom?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema elettronika tal-visas iżżommx rekord ta’ min daħal f’kull applikazzjoni, min biddel l-informazzjoni u min approvaha? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew identifikati każijiet ta’ aċċess mhux awtorizzat, tibdil mhux ġustifikat jew nuqqas ta’ dokumentazzjoni, u x’azzjoni ttieħdet?
Visas – Sistema tal-ipproċessar – Verifiki/awditjar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru verifiki jew awditjar fuq is-sistema tal-ipproċessar tal-visas mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-pjanijiet ta’ azzjoni li ħarġu minn dawn il-verifiki, filwaqt li tiġi protetta kull informazzjoni kunfidenzjali?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet interni, amministrattivi, dixxiplinarji, tal-Pulizija jew maġisterjali dwar allegati irregolaritajiet fil-proċess tal-ħruġ tal-visas? Mingħajr preġudizzju għal proċedimenti pendenti, jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn l-investigazzjonijiet, x’kien l-ambitu tagħhom u jekk ġewx konklużi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu ngħataw visa ma telqux minn Malta jew miż-żona Schengen fiż-żmien stipulat, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom sussegwentement applikaw għall-ażil, għal permess ta’ residenza jew għal status ieħor?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ma tiġborx u ma tirreġistrax speċifikament din l-informazzjoni fid-database tagħha. Madankollu, permezz ta’ verifika manwali ġie stabbilit li, mill-2013 sal-lum, 386 persuna li kellhom visa Maltija applikaw għall-protezzjoni internazzjonali f’Malta, filwaqt li 1,197 persuna li kellhom visa Maltija applikaw għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew revokati jew annullati visas wara li nħarġu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika r-raġunijiet għar-revoka jew l-annullament u kemm minn dawn il-każijiet ġew riferuti lill-Pulizija jew lil awtorità oħra għall-investigazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn inħarġu visas minkejja li l-applikazzjoni ma kinitx tinkludi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, fosthom il-bijometrija, assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, prova ta’ akkomodazzjoni, prova ta’ mezzi finanzjarji jew intervista? Jekk iva, jista’ jagħti ċ-ċifri sena b’sena u jispjega fuq liema bażi ngħataw dawn l-eżenzjonijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun informat illi dan il-Ministeru ma joħroġx visas.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk individwi, aġenti, kumpaniji jew intermedjarji privati kinux awtorizzati jippreżentaw jew jiġbru applikazzjonijiet u dokumenti relatati mal-visas f’isem terzi? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ dawn l-intermedjarji u jispjega liema proċess ta’ verifika u sorveljanza kien japplika għalihom?
Visas – Applikazzjonijiet minn ċittadini Libjani – Proċedura għall-approvazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jispjega l-proċedura li kienet tintuża għall-eżamijiet u l-approvazzjonijiet ta’ applikazzjonijiet għal visas ippreżentati minn ċittadini Libjani, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif inbidlet din il-proċedura matul dan il-perjodu u min kellu l-awtorità finali biex japprova jew jiċħad applikazzjoni?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel mistoqsijiet illi jaqgħu fil-mansjoni ta’ dan il-Ministeru
Visas maħruġa lil ċittadini Libjani għal skopijiet mediċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas għal skopijiet mediċi lil ċittadini Libjani mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll liema kontrolli kien hemm biex tiġi vverifikata l-awtentiċità tad-dokumenti mediċi u tal-appuntamenti ppreżentati mal-applikazzjonijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun informat sew dwar ir-responsabiltajiet ta’ dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal visas minn ċittadini Libjani mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew approvati, miċħuda, irtirati jew baqgħu pendenti, u jagħti ċ-ċifri skont it-tip ta’ visa?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun informat illi dan il-Ministeru ma joħroġx visas.
B’referenza għall-ħidma tal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ (SAR) ta' Malta matul l-2025, jista’ l-Ministru:
i. jikkonferma li l-AFM irrispondiet għal inqas minn 1% tal-565 każ ta' periklu rreġistrati fiż-żona SAR tagħha u ħalliet 'il fuq minn 23,500 persuna f'periklu;
ii. jgħid jekk hux minnu li l-gwardja tal-kosta Libjana tħalliet tidħol fiż-żona SAR ta' Malta mill-inqas 34 darba fl-2025 biex tirritorna bil-forza 'l fuq minn 1,500 persuna lejn il-Libja; u
iii. jgħid x'inhi l-bażi legali għall-koordinazzjoni ta' tali ritorni u dan kif jallinja mal-obbligi ta' Malta taħt il-prinċipju ta' non-refoulement u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem?
B’referenza għar-rapport ta' Lulju 2025 tal-Kumitat Kontra t-Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa (CPT) li sab li l-kundizzjonijiet f'Diviżjoni 6 tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin "jistgħu faċilment jammontaw għal trattament inuman u degradanti", jista’ l-Ministru:
i. jipprovdi pjan ċar, li jkun jinkludi kalkolu tal-ispejjeż involuti u ż-żmien meħtieġ biex tingħalaq Diviżjoni 6;
ii. jgħid x'miżuri immedjati qed jittieħdu biex jintemm l-użu tal-iżolament għall-minorenni, peress li s-CPT innota li hemm ksur tal-istandards internazzjonali; u
iii. jgħid kif qed jippjana li, fl-isfond tal-ambitu limitat tal-proġett pilota attwali tat-tagging elettroniku, jindirizza l-iffullar sever immexxi minn rata ta' arrest preventiv ta' kważi 50%?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Jista’ l-Onor. Interpellant:
i. Jindika l-parti tar-rapport fejn jingħadilli diviżjoni 6 għandha tingħalaq?
ii. Għandu jkun informat l-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi ma toperax ċelel ta’ iżolament.
iii. Qed isir eżerċizzju biex l-Att tal-Ġustizzja Riparatriċi ikun emendat.
B’referenza għall-każ ta’ ħruġ allegatament irregolari ta’ karti tal-identità mill-aġenzija Identità lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, jista’ l-Ministru:
i. jgħid x'passi amministrattivi ħa l-Ministeru biex jidentifika u jirrevoka tali karti tal-identità u permessi ta' residenza;
ii. jipprovdi skeda ta' żmien definittiva għal meta huwa mistenni li jkunu konklużi l-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f’dan ir-rigward;
iii. jgħid għaliex inħatar uffiċjal militari bħala Kap Eżekuttiv tal-aġenzija Identità; u
iv. jgħid x'mekkaniżmi ta' sorveljanza ġew implimentati biex jipprevjenu r-rikorrenza ta' każ bħal dan?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħruġ tal-karti tal-identità m’hijiex fil-mansjoni ta’ dan il-Ministeru u lanqas huwa responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Għaldaqstant, għandu jressaq l-interpellanzi tiegħu lill-Ministeri kkonċernati.
B’referenza għall-protest ġudizzjarju mressaq f'Ġunju 2026 mill-Kamra tal-Avukati rigward l-allegat installazzjoni ta' apparat ta' smigħ fil-kmamar tal-laqgħat bejn l-avukati u l-klijenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin (CCF), jista’ l-Ministru:
i. jgħid jekk ġiex iffirmat mandat ministerjali li jawtorizza tali sorveljanza f'Jannar 2021, u jekk iva, minn min;
ii. jgħid eżattament kemm-il kamra f’din il-faċilità kienet jew hija bħalissa mgħammra b'apparat ta' sorveljanza minħabba n-nuqqas tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Malta li jiċħad l-eżistenza ta' dan l-apparat; u
iii. jgħid jekk hux se jistabbilixxi immedjatament inkjesta ġudizzjarja indipendenti b'termini ta' referenza ċari biex tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
L-Onor Interpellant għandu jkun infurmat illi mistoqsijiet dwar is-Servizz tas-Sigurta jkunu mwieġba fil-Kumitat tas-sigurta mwaqqaf skont l-Artikolu 14 tal-Kap 391 tal-Liġijiet ta’ Malta
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2008 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-esperti kollha li matul l-aħħar għaxar snin servew jew għadhom iservu lill-Qorti tal-Familja u, għal kull wieħed minnhom, jindika l-professjoni, il-kwalifiki akkademiċi u professjonali, il-warrant jew ir-reġistrazzjoni professjonali fejn applikabbli, l-ispeċjalizzazzjoni, is-sena tal-ħatra, kemm-il darba ġie maħtur f’kull waħda mill-aħħar għaxar snin, l-ammont imħallas lilu kull sena, jekk sarux ilmenti jew proċeduri dixxiplinarji kontrih u l-eżitu tagħhom, kif ukoll jekk għadux jagħmel parti mir-reġistru tal-esperti tal-Qrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-proċedura għall-għażla tagħhom, il-kodiċi ta’ etika, il-linji gwida jew protokolli li jirregolaw il-ħidma tagħhom, il-proċeduri dwar kunflitti ta’ interess, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ taħriġ kontinwu u, jekk teżisti, is-sistema ta’ rotazzjoni jew allokazzjoni tal-esperti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Qorti tal-Familja - Kawżi dwar kura, kustodja u aċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2007 u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid:
a) kemm-il kawża dwar kura, kustodja u aċċess ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Familja;
b) kemm ġew deċiżi;
ċ) kemm għadhom pendenti;
d) kemm damu bħala medja sabiex ġew deċiżi;
e) kemm-il talba sabiex jerġa’ jingħata l-aċċess ġiet ippreżentata, kemm intlaqgħu, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti; u
f) kemm-il assessjar psikoloġiku, psikjatriku jew multidixxiplinari ġie ordnat mill-Qorti u kemm-il darba r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti ġew segwiti jew ma ġewx segwiti mill-Qorti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid:
a) kemm-il każ u kemm-il tifel u tifla kienu suġġetti għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja li ordnat sospensjoni totali tal-aċċess ta’ wieħed mill-ġenituri, aċċess sorveljat, aċċess immonitorjat jew ordni ta’ ebda kuntatt (“no contact”);
b) kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ingħataw permezz ta’ digriet proviżorju u kemm permezz ta’ sentenza finali;
ċ) kemm minn dawn il-każijiet wasslu sabiex l-aċċess reġa’ ġie stabbilit, kemm għadhom pendenti u kemm spiċċaw f’sospensjoni permanenti jew għal żmien indeterminat;
d) kemm kien hemm tfal li baqgħu mingħajr kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom għal aktar minn sena, sentejn, tliet snin, ħames snin u għaxar snin; u
e) x’inhu t-tul medju ta’ dawn is-sospensjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.