B’referenza għall-fatt li x-shooting range f’Ta Kandja ġie stmat €13-il miljun minflok is-€7 miljun li ġie stmat u b’referenza għar-rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur li sab li rapport ta’ The Shift News kien korrett jiġifieri li 59% tax-xogħlijiet kienu mogħtija mingħajr approvazzjoni u b’referenza għall-fatt li l-Ministru stqarret li mhemmx responsabilità politika x’tinġarr, tista’ l-Ministru tgħid min se jġorr ir-responsabilità ta’ dan il-mismanagement gross ta’ fondi pubbliċi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jiena infurmata li l-proġett tax-Shooting Range fl-ebda mument ma kellu stima uffċjali ta’ €7 miljun. Filfatt l-istimi li ġew ikkummissjonati minn SportMalta, saru fuq ix-xogħol tal-kostruzzjoni li kellha b¿onn ix-shooting range. Dawn saru b’mod indipendenti, u ċioe mill-uffiċjali tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura l-Proġetti Kapitali u jkopru 51% tan-nefqa totali fuq ix-Shooting Range (u ċioe €5 miljuni esklu¿ il-VAT). L-istima tgħid li n-nefqa totali mistennija fuq dawn il-kuntratti kellha tkun ta’ €5,328,295 (eskluz il-VAT), meta fil-verità, il-kuntratti kellhom valur ta’ €5,050,894 (eskluz il-VAT) u ċioe nefqa attwali ta’ €277,400 inqas milli stmat. Dan ifisser li mhux talli ma kien hemm l-ebda mismanagement ta’ fondi pubbliċi, anzi x-shooting range ġiet irħas milli ġiet stmata.
M’huwiex korrett lanqas l-Onorevoli interpellant meta jgħid li x-Shooting Range ġiet tiswa €13-il miljun, meta huwa r-rapport tal-Awditur Ġenerali stess li jikkonferma li x-shooting range ġiet tiswa €11-il miljun (inklu¿ il-VAT).
Lanqas huwa korrett l-Onorevoli interpellant meta jgħid li 59% tax-xogħol sar mingħajr approvazzjoni u dan ukoll joħroġ mir-Rapport tal-Awditur Ġenerali. Anzi r-rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-proċess tal-procurement kien kollu approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istruttura preżenti li tirregola u topera l-isport f’Għawdex lil hinn mill-entitajiet nazzjonali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li d-Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex li taħtu jaqa’ l-isports jaħdem id f’id ma’ Sport Malta, filwaqt li organizazzjonijiet sportivi huma affiljati mal-Assoċazzjonijiet Nazzjonali Maltin.
Bordijiet, Kumitati u konsulenti sportivi għal Għawdex maħtura mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’bordijiet, kumitati u konsulenti sportivi għal Għawdex ħatar il-Gvern mill-2013 'l hawn? Jista' jgħid min huma l-persuni maħtura u x-inhu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2013 l’hawn, il-Ministeru għal Għawdex ħatar l-iSports Bord. Il-Persuni maħtura huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Nixtieq nirrimarka li l-membri maħtura tal-Gozo Sports Board huma bla remunerazzjoni.
Attachments:PQ18966 Bordijiet, Kumitati u konsulenti sportivi għal Għawdex maħtura mill-Gvern.pdf
Ħal Qormi – roundabout tal-erba’ qaddisin – xogħol ta’ tisbiħ
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15101 li kienet titlob lill-Ministru biex ġentilment jassigura, peress li issa għaddew diversi xhur minn meta sar ix-xogħol ta’ twessigħ tat-toroq tal-madwar, jista’ jerġa’ jirrestawra r-roundabout tal-area magħrufa bħala tal-Erba’ Qaddisin għall-istat tajjeb li kienet fih? Peress li snin ilu din ir-roundabout fid-daħla prinċipali ta’ Ħal Qormi kienet imsebbħa mill-Kunsill Lokali Qormi b’monument tal-Gran Mastru Pinto u bi shrubs/xtieli li jesponu b’mod sħiħ il-frażi Citta Pinto biex tilqa’ u tagħti merħba lin-nies deħlin f’Ħal Qormi, jista’ jara li dan ix-xogħol ta’ tisbiħ jerġa’ jsir? Għaliex il-Ministeru li kisser din ir-roundabout biex jagħmel xogħol ieħor ma jħossx ir-responsabbiltà li jirranġa fejn kisser għal-livell li kien qabel sar ix-xogħol? Jekk il-Ministru mhux il-Ministru responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet, jista’ jgħid liema Ministeru kien responsabbli minn din it-traskuraġni li issa ilu madwar sentejn?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li mhux minnu li din ir-roundabout tkissret u tħalliet fi stat ta’ traskuraġni kif qed jiġi allegat, tant li kulma hemm nieqes minn dak kollu li semma l-Onorevoli membru wara li ġiet modifikata hija l-frażi Citta Pinto, huwa ppjanat li fiż-żmien li ġej id-dehra ta’ din ir-roundabout tkompli tissebbaħ.
Is-sitt u s-Seba’ Distrett – Tarmak li sar minn Fondi ta’ Infrastructure Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il triq saret bit-tramak minn fondi ta’ Infrastructure Malta mill-2013 (inkluż dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali) sal-lum fil-lokalitajiet kollha tas-6 u s-7 distrett? Jista’ jagħti l-informazzjoni lokalità b’lokalità u b’total ta’ metri għal kull lokalità u sena b’sena? Jista’ jgħid min kienu l-kuntratturi f’kull każ? Kemm kienet in-nefqa f’kull każ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15097 u 15702 u l-permessi u l-istandards li jrid ikollhom il-kunsilli lokali biex jagħmlu toroq u pavimentar, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjonijiet kollha għall-pavimentar li sar fi Triq San Bastjan/San Bartilmew (quddiem l-bank HSBC u l-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan)? Peress li waslu diversi ilmenti dwar l-istat perikoluż li jkun fih il-pavimentar ta’ Triq San Bastjan (quddiem il-bank HSBC u l-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan) fix-xita, għaliex isir jiżloq ħafna, u peress li ġew irraportati inċidenti fuq l-istess pavimentar li fortunatament s’issa ma kellhom l-ebda konsegwenzi serji għas-sewwieq u għar-residenti li jkunu mexjin fl-akkwati, jista’ jitlob rapport tekniku minn esperti indipendenti li x-xogħol sar verament skont l-istandards mitluba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li peress illi l-Kunsill għandu l-Perit tiegħu, ma jsirx rapport tekniku minn esperti indipendenti li x-xogħol sar verament skont l-istandards mitluba.
Ninsab infurmat wkoll li l-Kunsill ser ikun qed jagħmel ix-xogħlijiet ta’ anti-skid solution malli t-temp jippermetti, bi spiża ta’ € 60,000 sabiex jindirizza l-problema taż-żlieq.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjonijiet kollha għall-pavimentar li sar fi Triq San Bastjan/Triq San Bartolomew.
Skejjel tal-Istat – Spiża fuq inizjattiva ta’ uffiċjali tas-sigurtà
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17385, 16511 u 16742 fejn intqal li nagħta kuntratt b’valur ta’ €2,620,326.48 (eskluż il-VAT) u li tkopri 256,736 sigħat ta’ servizz ta’ uffiċjali tas-sigurtà għall-iskejjel tal-istat, tista’ l-Ministru tgħid min hi l-kumpanija li rebħet dan it-tender pubbliku? Jekk il-kuntratt ikoprix l-iskejjel tal-istat kollha? Kemm hemm uffiċjali assenjati ma’ kull skola fl-istess ħin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħal kull tender pubbliku, kumpaniji li jkunu rebħu tender, ikunu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Nikkonferma li s-servizz qed jingħata fl-iskejjel kollha tal-Istat.
Infurmata li biex jiġu koperti dawn l-iskejjel hemm bżonn ta’ 113 uffiċjali tas-sigurtà u dawn ikunu assenjati wieħed f’kull skola, bl-eċċezzjoni fi skejjel fejn il-binja tagħhom tippermetti iktar minn uffiċjal wieħed minħabba n-natura tal-binja.
Infrastructure Malta – bini ta’ pont mill-Imrieħel għal Ħal Qormi
Question
B’referenza għat-tweħiba għall-mistoqsija parlamentari 17873, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Pjan Nazzjonali għat-Trasport u jispjega d-dettalji li hemm f’dan ir-rapport għall-problema enormi tat-traffiku u parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid liema huma u jippubblika kull pjan li għandu għall-immaniġġjar tat-traffiku f’Ħal Qormi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ‘Transport Master Plan, 2025’ jistabilixxi l-prinċipji tal-politika nazzjonali tal-parkeġġ, li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajet rilevanti fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-parkeġġ fuq livell lokali. Intant il-proċess ta’ immaniġġjar tat-traffiku huwa proċess għaddej kontinwu skont il-ħtieġa kurrenti tal-lokal.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17879 u għall-konferenza stampa mogħtija nhar id-19 ta’ Diċembru 2020 minn numru ta’ bdiewa dwar proġett ta’ pont fir-raba’ biswit il-bypass tal-Imrieħel, jista’ l-Ministru jagħti ċertezza u jgħid jekk il-Kamra tan-Nar 23 ta’ April u l-ħruq tan-nar tal-festa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi humiex ser ikunu affetwati b’dan l-i¿vilupp?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bi pjaċir nista’ nikkonferma li l-Kamra tan-Nar 23 ta’ April mhux ser tiġi affetwata b’dan l-iżvilupp. Rigward l-ħruq tan-nar tal-festa, nitlob lill-Onorevoli biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15097 u għat-tweġiba għall-mistoqsija 15391 li titkellem speċifikament dwar kwistjoni ta’ periklu għas-saħħa u sigurtà fit-toroq tagħna (f’dan il-każ partikolari f’San Bastjan quddiem il-bank HSBC u l-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan), u la issa l-Ministru kkonferma li hija Transport Malta l-awtorita finali dwar it-toroq, jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta spezzjonatx ix-xogħol biex tara sarx skont is-sengħa u l-arti fuq il-pavimentar imsemmi? Jista’ jgħid jekk sarux spezzjonijiet wara li sar ix-xogħol eżatt jew tal-anqas fl-aħħar xhur fejn huwa ċar li hemm diversi ilmenti dwar dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni dwar din it-triq? Meta sar ix-xogħol? Min ikkummisjonah? Liema fondi ntużaw? Min kien il-kuntrattur? Min kien il-Perit li ċċertifika x-xogħol ma’ Transport Malta? Jista’ jgħid jekk hux infurmat li l-parti msemmija f’Triq San Bastjan speċjalment fix-xita, imma mhux biss, qed tiżloq ħafna b’periklu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għar-residenti li jkunu mexjin fl-akkwati? X’passi ħa jieħu l-Ministru biex jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti ta’ Ħal Qormi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li x-xogħol ta’ pavimentar li qed jirreferi għalih ġie kkummisjonat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi u dan beda’ f’Lulju 2018 u tlesta f’24 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena mill-kuntrattur RMS Ltd. L-uffiċċjali ta’ Transport Malta għamlu 9 spezzjonijiet matul iż-żmien li kienu qedgħin issiru x-xogholijiet u ma sabu l-ebda rregolarita.Tajjeb li jingħad ukoll li għand l-Awtorita’ qatt ma waslu rapporti jew ilmennti rigward dan il-proġett.
Minħabba li dan ix-xoghol ma kienx ikkummsijonat mill-Awtorità ma kienetx hi responsabli miċ-ċertifikazzjoni tal-proġett, iżda hija r-responsabilità tal-kunsill lokali li f’każ ta’ periklu tieħu ħsieb il-manutenzjoni u li tissalvagwardja s-saħħa u sigurtà tar-residenti.
Ħal Qormi – Triq San Bartilmew – traffic calming measures
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16500 li kienet tgħid li diversi drabi qed jiġi nnotat sewqan perikoluż fi Triq San Bartilmew ħdejn il-Knisja l-kbira ta’ San Bastjan li hija żona residenzjali u frekwentata minn ħafna nies li jmorru l-knisja, l-iskola jew jixtru mill-ħwienet tal-madwar u mill-monti u wara inċidenti reċenti li setgħu kienu faċilment aktar gravi u anke fatali fl-istess triq fejn karozzi telgħu bankina u qaċċtu sub post office box u għollewa kważi m’għola sular u saħansitra baqgħu deħlin u għamlu ħsara fil-proprjetà tan-nies, jista’ l-Ministru jgħid jekk wara tliet xhur li tlabtu biex jieħu l-passi meħtieġa u jimplimenta miżuri ta’ traffic calming measures fl-inħawi, fosthom speed camera, ikkonsultax ma’ min kellu jikkonsulta u ħax id-deċiżjonijiet li kellu jieħu? Jista’ jieħu azzjoni immedjata? Jista’ jgħid sa meta se jkun lest dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwieġeb għal Mistoqsija Parlamentari 16500 ta’ Seduta 370, Transport Malta għamlet kuntatt mal-Kunsill Lokali f’dan ir-rigward fejn il-Kunsill Lokali qabel li hemm bzonn Traffic Calming measures fiz-zona msemmija. Transport Malta talbet lill-Kunsill Lokali biex jissottometti applikazzjoni f’dan ir-rigward.
Ħal Qormi – Triq il-Vitorja – miżuri ta’ traffic calming
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15937 jista’ l-Ministru jgħid ikkonsultax u fassalx u bediex jimplimenta pjan serju u effikaċi ta’ miżuri ta’ traffic calming għal Triq il-Vitorja Ħal Qormi biex jevita l-periklu ta’ kuljum li qed jilmentaw minnu r-residenti? Wara li residenti ilmentaw dwar il-periklu li qed joħolqu vetturi minħabba over-speeding huma u neżlin minn din it-triq, speċjalment imma mhux biss, minn Triq l-Imdina sa ħdejn il-Knisja tal-Vitorja u f’salib it-toroq ta’ bejn Triq il-Vitorja, Triq Dun Ġwakkin Schembri u Triq Ġużè Muscat Azzopardi, jista’ jgħid xi proposti ta’ traffic calming tressqu mill-Kunsill Lokali Qormi bl-iskop ta’ kontroll aħjar tat-traffiku f’din it-triq? Jista’ jgħid liema proposti minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx? Jista’ jagħti r-raġunijiet għaliex dawk il-proposti ma ġewx aċċettati? Jista’ jgħid x’inhuma l-proposti alternattivi tal-Awtorità tat-Trasport u l-Ministeru, għall-miżuri li ma ġewx aċċettati u jista’ jgħid jinkludux sleeping policeman, speed cameras, traffic lights jew miżuri oħra? Jista’ jagħti data sa meta se jiġu implimentati l-miżuri ta’ traffic calming measures fi Triq il-Vitorja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwieġeb għal Mistoqsija Parlamentari 15937 ta’ Seduta 355, Transport Malta għamlet kuntatt mal-Kunsill Lokali u l-unika talba li tresqet f’dan ir-rigward kienet dik għal road hump, liema hump ġiet irrifjutata mill-Awtorita’ minħabba l-fatt li din kienet qiegħda tiġi proposta fir-round about junction.
Rapport tal-Awditur Ġenerali – nuqqasijiet fl-MCAST
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17839 u n-nuqqasijiet li nstabu fl-MCAST u b’referenza għal nuqqasijiet oħra li nstabu fl-aħħar snin, tista’ l-Ministru tkun aktar speċifika u tgħid liema huma l-passi li ttieħdu biex jissaħħu l-istrutturi ta’ governanza fl-MCAST? Liema passi baqa’ jittieħdu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-MCAST implimenta l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tan-NAO għas-sena 2019 (minn Jannar sa Diċembru tal-2019).
Dawn kienu jirrigwardaw l-immaniġġjar aħjar tal-work resources allowance tal-għalliema, diskrepanzi dwar xi salarji, il-moniteraġġ aħjar ta’ fondi li l-impjegati huma intitolati għalihom jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jagħtu xi fondi lura meta jitilqu mill-MCAST, nuqqas ta’ segregazzjoni ta’ responsabbiltajiet, xi nuqqasijiet fejn tidħol l-osservanza tal-core hours mill-għalliema, xi pagamenti li ma kenux korretti, nuqqas ta’ policy għall-ivvjaġġar, u nuqqas ta’ rati uniformi għal min juża mezz ta’ trasport privat tiegħu/tagħha għal xogħol mitlub mill-MCAST.
Il-bqija tar-rakkomandazzjonijiet ser ikunu implimentati fl-ewwel kwart ta’ din is-sena (2021) kif maqbul man-NAO.
Ministeru għal Edukazzjoni – nefqa fuq komunikazzjoni, informazzjoni u propoganda
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17390, tista’ l-Ministru tgħid kemm nefaq flus il-Ministeru tal-Edukazzjoni inkluż id-direttorati u l-entitajiet f’komunikazzjoni, informazzjoni u propaganda? Tista’ tagħti rendikont dettaljat ta’ fiex intefqet l-ispiża? Tista’ tgħid x’kien il-materjal li ġie mxandar jew imqassam? Tista’ tgħid min għamel dan ix-xogħol? Kemm minn dan ix-xogħol sar minn ħaddiema tal-gvern u kemm sar minn kumpaniji jew individwi privati? Fil-każ ta’ kumpaniji privati min kienu dawn il-kumpaniji, kemm ingħataw xogħol u ħlas, u b’liema tip ta’ sejħa ħadu dan ix-xogħol (tender jew direct order)? Tista’ tagħti dawn n-neqfiet sena b’sena mill-2013 sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Filwaqt li ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex jinġabar it-tagħrif, kif dan it-tagħrif ikun disponibbli nkun nista' nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-vakanzi kollha li hemm pendenti bħalissa fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-entitajiet li jagħqu taħtha? Minn meta ilhom vakanti dawn il-postijiet? Meta ħarġu s-sejħiet biex jimtlew dawn il-vakanzi? Sa meta hu ppjanat li jimtlew?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant li tirrifletti s-sitwazzjoni sad-data ta' meta l-informazzjoni qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 18152 - Ministeru għall-Edukazzjoni - postijiet vakanti.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti barranin jistudjaw f’Malta? Minn fejn ġejjin dawn l-istudenti? X’korsijiet qed isegwu? Ma’ liema istituzzjonijiet qed jistudjaw?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA) ġabret l-istatistika għas-sena 2019/2020 u qed isir il-proċess ta’ data cleaning u analiżi ta' din id-data.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17387 u 16232, tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw liċenzji għall-materjal diġitali edukattiv minflok kotba u workbooks? Tista’ tgħid liema huma? Kemm swew? Minn min qed jintużaw? Tista’ tgħid jekk il-Gvern jaqsamx dawn ir-riżorsi ma’ skejjel tal-Knisja u Indipendenti? Jekk le għaliex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li nxtraw 15,000 liċenzja għal kotba diġitali bil-Malti u 17,000 għal kotba tal-qari bl-Inġliż u kontenut diġitali marbut ma’ Xjenza, kitba kreattiva u Coding.
Il-liċenzji huma għal Octavo Qari għal Qalbi, Scholastic Literacy Pro, Brainpop, Author Premium, Kerboodle u J2Code fejn swew €357,394.
Dawn ir-riżorsi kollha huma parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-Program ESF03.059.
Dawn ir-riżorsi qed jintużaw mill-istudenti u l-għalliema tar-4, 5, u s-6 sena fl-iskejjel kollha tal-Istat u anke fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti. Ċertu riżorsi huma wkoll aċċessibbli għal studenti oħra ta’ snin oħra.
Inxtrat ukoll liċenzja għas-suġġetti tal-Physics/Biology/Chemistry (Kerboodle) bin-nefqa tkun ta’ €10,703.23.
F’dawn l-aħħar erba’ (4) snin investejna €1,569,862 f’software u kontenut diġitali.
Barra minn dan, irrid insemmi l-ftehim milħuq mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fejn qed jingħataw fondi fis-sena bħala dritt lill-awturi Maltin. Is-somma fis-sena kurrenti 2021 hija ta’ €100,000.
Bidu tal-iskola u l-mid term – żieda fl-infezzjonijiet
Question
B’referenza għall-istrajk tal-edukaturi nhar is-7 u t-8 ta’ Jannar u d-dikjarazzjoni tal-Ministru u tal-Gvern li l-iskola hija essenzjali biex tikkontjeni l-pandemija, tista’ l-Ministru tagħti spjegazzjoni kif bejn Settembru meta bdiet l-iskola u l-mid-term kien hemm l-għola żieda fl-infezzjonijiet?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li f’din is-sena skolastika kellhom dritt għal stipendju minn Ottubru li għadda u ma ħaduhx fil-ħin? Meta ħadu l-istipendju dawn l-istudenti? Għad baqa’ pagamenti b’lura xi jsiru? Ta’ kemm student u ta’ kemm-il xahar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għotjiet ta’ manteniment jitħallsu b’lura kull erba’ ġimgħat. Sabiex l-istudenti jirċevu l-għotjiet ta’ manteniment iridu:
· jkunu applikaw għall-Għotjiet ta’ Manteniment skont il-provvedimenti tal-Avviż Legali 308 tal-2016;
· jinstabu eliġibbli għall-Għotjiet tal-Manteniment mill-istituzzjoni rispettiva fejn ikunu qegħdin isegwu programm ta’ studju magħha skont il-kriterji indikati fl-istess Avviż Legali 308 tal-2016;
· jkunu kkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom.
Dawk l-istudenti li l-applikazzjoni tagħhom għall-Għotjiet tal-Manteniment tkun ġiet aċċettata jiġu mitluba jikkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom permezz ta’ ijmejl. Hekk kif jikkonfermaw, dawn l-istudenti jidħlu awtomatikament fil-proċess tal-ħlas.
Dan ifisser li dawk l-istudenti li kkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom sal-15 ta’ Diċembru 2020, irċevew il-ħlas tal-istipendju għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2020. Infurmata li dawn kienu jammontaw għal 13,306.
Bejn Ottubru 2020 u Jannar 2021, il-Ministeru għall-Edukazzjoni rċieva ‘l fuq minn 17,193 applikazzjoni għall-Għotjiet ta’ Manteniment.
Sal-15 ta’ Jannar 2021 kien hemm:-
- 15,073 applikazzjonijiet li diġà ġew ikkonfermati;
- 649 student li reġgħet infetħitilhom l-applikazzjoni biex jaġġornaw l-applikazzjoni tagħhom, bħal pereżempju l-isem tal-kors jew in-numru tal-IBAN relatat mal-kont bankarju tagħhom li jkunu indikaw biex fih jirċevu l-Għotjiet tal-Manteniment imma li sal-lum xorta baqgħu ma aġġornawx l-applikazzjoni tagħhom;
- 887 applikazzjoni ma jistgħux jiġu milqugħa minħabba li ma jissodisfawx il-kriterji elenkati fl-Avviż Legali 308 tal-2016;
- 50 applikant irtiraw l-applikazzjoni tagħhom minħabba diversi raġunijiet fosthom li jkunu bdew jattendu f’kors jew istituzzjoni edukattiva oħra jew minħabba raġunijiet ta’ natura personali;
- 367 applikant jonqoshom jipprovdu dokumenti li huma mandatorji li ma tellgħux meta ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom;
- 321 fetħu applikazzjoni imma finalment ma ssottomettewx applikazzjoni kompluta biex tiġi pproċessata.
Dan ifisser li l-għadd ta’ studenti li għadhom ma ħadux l-Għotjiet ta’ Manteniment u li ssottomettew applikazzjoni huwa 367. F’każ li dawn jinstabu eliġibbli skont il-provvediment tal-A.L. 308 tal-2016, dawn se jkunu qed jitħallsu Għotjiet tal-Manteniment dovut lilhom fi Frar li ġej minħabba li dawn l-għotjiet jitħallsu b’lura. B’hekk dawn l-istudenti jkunu qed jitħallsu erba’ stipendji f’daqqa u li jkopru l-attendenza tax-xhur ta’ Ottubru, Novembru, Diċembru u Jannar.