Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID-19 – miżuri – taħriġ tal-atleti għall-kompetizzjonijiet internazzjonali — konsultazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Malta Football Association, il-Kumitat Olimpiku u l-Kumitat Paralimpiku qabel ittieħdu l-miżuri tal-partial lock-down li affettwa mhux biss il-kompetizzjonijiet, iżda t-taħriġ tal-atleti għall-kompetizzjonijiet internazzjonali? Tista’ tgħid meta saru dawn il-laqgħat? X’kien l-eżitu tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri li qed jagħmel referenza għalihom huma relatati ma’ deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa abbażi ta’ evidenza medika u xjentifika li dawn l-awtoritajiet ikollhom fil-pussess tagħhom. Fir-rigward ta’ konsultazzjoni mal-MFA, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Paralimpiku Malti, ninforma lill-Onorevoli interpellant li permezz ta’ SportMalta u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport, il-konsultazzjoni ma ssirx biss ma’ dawn l-entitajiet u ma ssirx biss f’dawn iż-żminiijiet, iżda jsiru b’mod kontinwu kif saru dejjem fl-aħħar snin.
Leg 13 PQ #20132 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-benchmark – pjan alternattiv

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan alternattiv f’każ li l-eżamijiet tal-benchmark f’Mejju li ġej ma jkunux jistgħu jsiru kif ippjanat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-pjan alternativ ikun li jinġibdu averages tal-marki tal-Matematika, Ingliż, Xjenza u Malti skont l-assessjar kontinwu ta’ matul is-sitt sena.

Ħal Qormi – manutenzjoni tal-provvista tal-elettriku

Question

B’referenza għall-avviż ta’ manutenzjoni ppjanata fuq is-servizz tal-provvista tal-elettriku bejn 8am u 4pm għal għada 17 ta’ Marzu f’diversi toroq f’Ħal Qormi fosthom Triq Dun Ġorġ Fenech/Triq Marju Pace/Triq Nikol Montebello/Triq Marcel Attard Vagnolo/ Triq Karmenu Camilleri/Triq Nikol Baldacchino, tista’ l-Ministru tgħid jekk dan il-manutenzjoni tistax issir f’ħinijiet li jirrispettaw il-fatt li bħalissa t-tfal qegħdin jitgħallmu online mid-dar u numru ta’ ġenituri qegħdin magħhom bit-telework? Tista’ din it-talba tigi kkonsidrata wkoll għal kull każ ta’ manutenzjoni ppjanata madwar Malta u Għawdex waqt li qegħdin f’partial lock down?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Enemalta qed tagħmel dak kollu possibbli biex ma jsirux xogħlijiet li jinterrompu l-provvista tad-dawl fil-ħin li jkunu għaddejjin lezzjonijiet online sakemm ma tkunx meħtiega manutenzjoni jew tiswijiet ta’ natura urġenti. F’dan ir-rigward ix-xogħol ta’ manutenzjoni li kellhom isiru fis-17 ta’ Marzu, fl-imsemmija toroq f’Ħal-Qormi ġew posposti.
Leg 13 PQ #20062 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Lezzjonijiet b’mod remot – protokolli u linji gwida lill-edukaturi

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-fatt li min-nhar it-Tnejn 15 ta’ Marzu 2021 il-lezzjonijiet se jkunu qed isiru b’mod remot, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-protokolli kollha li se tkun qed topera bihom u l-linji gwida li qed jingħataw lill-edukaturi? Tista’ tgħid meta kienu ppreparati dawn u minn min?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kellu linji gwida mħejjinin għal sitwazzjoni eventwali li l-iskejjel jingħalqu mill-awtorità tas-saħħa u t-tagħlim isir onlajn. Il-linji gwida ġew imfassla mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u maqbulin mal-MUT. Fil-fatt, fost it-tħejjijiet u t-twettieq li saru mid-Dipartimenti konċernati qabel il-ftuħ mill-ġdid ta’ din is-sena skolastika f’Settembru 2021, l-istudenti kollha tal-iskejjel primarji, medji sekondarji nġabru fil-klassijiet/gruppi tagħhom fuq il-pjattaforma MS TEAMS li qed tintuża mill-iskejjel u kienu offruti bosta sessjonijiet ta’ taħriġ.
Leg 13 PQ #20063 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Lezzjonijiet online

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-fatt li min-nhar it-Tnejn 15 ta’ Marzu 2021 il-lezzjonijiet se jkunu qed isiru b’mod online, tista’ l-Ministru tgħid: a) Jekk l-edukaturi fl-Iskejjel Statali humiex mistennija jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom mill-iskejjel rispettivi jew le? u b) Jekk l-edukaturi hux se jkunu qed jingħataw il-laptops il-ġodda b’mod immedjat biex iservuhom fil-perjodu tal-online teaching? X’apparat teknoloġiku ieħor tqassam lill-edukaturi jew hemm intenzjoni li jitqassam?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indikat fil-linji gwida li tqassmu lill-iskejjel, l-edukaturi mistennijin joffru tagħlim onlajn ta’ kwalità. Dan jista’ jkun offrut mid-dar jew f’każijiet ta’ ħtieġa u ta’ bżonn għall-edukatur mill-iskola. Irid jingħad li kull edukatur fl-iskejjel tal-Istat diġà għandu laptop. Dan minbarra li l-iskejjel tal-Istat huma attrezzati kemm bl-Interactive Whiteboards jew bl-Interactive Flat Panels u bl-All-In-One computers.
Leg 13 PQ #20064 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel li kellhom problemi bil-konnessjoni tal-internet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hawn skejjel madwar Malta li nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu kellhom problemi bil-konnessjoni tal-internet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu kien hemm problema temporanja ta’ konnettività u li ġiet riżolta minnufih bil-konnessjoni tal-internet li affettwat 100 skola.
Leg 13 PQ #20065 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti tal-11-il sena tas-sekondarja — eżamijiet

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-fatt li min-nhar it-Tnejn 15 ta’ Marzu l-lezzjonijiet se jkunu qed isiru b’mod online, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istudenti tal-11-il sena tas-sekondarja hux se jkunu qed ikomplu bl-eżamijiet tagħhom wara l-11 ta’ April? Jekk le, x’inhu l-pjan? Jekk l-iskejjel ma jinfetħux kif ppjanat fil-11 t April x’se jiġri mill-eżamijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. interpellant li fil-każ li l-Awtoritajiet tas-Saħħa jippermettu li l-iskejjel jiftħu l-bibien tagħhom fit-12 ta’ April 2021, l-eżamijiet għall-istudenti tal-11-il sena se jkomplu minn fejn waqfu. Jekk l-iskejjel ma jiftħux fit-12 ta’ April 2021, immorru għal elaborazzjoni ta’ marki miksuba, fejn applikabbli, fis-snin skolastiċi preċedenti tal-istudent, fl-assessjar. Dawn il-miżuri kollha jkunu qegħdin jittieħdu sabiex studenti xorta jiksbu ċ-ċertifikat tal-SSC&P. Dan ukoll biex jassigura li l-istudenti jistgħu jimxu għall-istudji tagħhom f’livell post-sekondarju fis-sena skolastika li jmiss.
Leg 13 PQ #20066 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-fatt li min-nhar it-Tnejn 15 ta’ Marzu il-lezzjonijiet se jkunu qed isiru b’mod online, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-eżamijiet tal-MATSEC hux se jsiru kif ippjanat jew jekk hux ser isiru online jew jekk hux ser ikunu posposti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MATSEC diġà ħaseb u mexxa l-eżamijiet b'numru ta' ġimgħat lura. Bħal ma sar fl-2020, il-MATSEC ser jagħmel is-sessjoni tal-eżamijiet filwaqt li jkun qiegħed jirrispetta d-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

Wage Supplement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie approvat Wage Supplement bejn Marzu u Ġunju 2020? Kemm kienu l-kumpaniji li utilizzaw dan il-fond? Kemm impjegati? Kemm damu bil-wage supplement? X’kienu l-kundizzjonijiet li ngħata bihom il-wage supplement? Kemm kien hemm talbiet għal wage supplement li ma ntlaqgħux u għaliex ma ntlaqgħux?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – quarantine sick leave u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm ittieħed quarantine sick leave u minn kemm-il persuna? Jista’ jgħid ukoll x’benefiċċji oħra relatati mal-COVID-19 ingħataw u lil kemm-il persuna ngħataw matul is-sena li għaddiet relatati mal-COVID-19?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul is-sena li għaddiet (2020), fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, kien hemm 39 persuna li utiliżżat il-quarantine leave. Fejn jirrigwardja l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), minn naħa l-oħra, kien hemm 88 persuna li kienu fuq kwarantina matul l-2020. Dawn il-ħaddiema kollha (kemm dawk tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru, kif ukoll dawk tal-FSWS), li kienu fi kwarantina, kwalifikaw għall leave speċjali ta’ kwarantina, għall-perijodu li kienu fi kwarantina. Benefiċċji oħra relatati mal-COVID-19 kienu illi l-impjegati inqasmu f’bubbles billi fejn ix-xogħol ippermetta, nofs l-impjegati ħadmu mid-dar u n-nofs l-ieħor ħadmu mill-uffiċċju. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-impjegati kollha, tad-Dipartimenti u tal-Fondazzjoni, kollha kienu offruti jaħdmu b’mod remot, fejn ix-xogħol kien jippermetti, filwaqt li nżammu is-servizzi kollha offruti mill-Fondazzjoni, miftuħin għas-servizz tal-pubbliku. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant, li dan il-Ministeru, permezz tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, ħareġ għadd ta benefiċċji soċjali relatati mal-COVID-19, għal numru ta’ persuni, skont kif jidher fit-tabella annessa ma’ din it-tweġiba parlamentari. Tajjeb li ikun ikkjarifikat li l-benefiċċji imsemmija, u li jidhru fit-tabella t'hawn taħt, ma ngħatawx lil ħaddiema li kienu fi kwarantina, iżda lil numru ta’ benefiċċjarji li tul il-pandemija, u mid-19 ta’ Marzu sa Settembru 2020, kwalifikaw għal wieħed mill-4 benefiċċji soċjali imsemmija hawn taħt: Title of measures Date announced Description of measure Responsible entity No. of beneficiaries Amount spent up to September 2020 € Parent Benefit (COPB) 19.03.20 For working parents of children under 16 who cannot go to work, to take care of children. €720 per month if full-time and €450 per month if part time. Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity 4,570 9,343,408 Additional Unemployment Benefit (COUB) 19.03.20 Employees who had their full-time employment terminated as of 9th March 2020. Benefit will be topped up to €720 per month if full time and €450 per month if part time. Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity 2,166 2,120,584 Medical Benefit (COMB) 19.03.20 For workers who need to stay at home after 27th March 2020 as ordered by the Superintendence of Public Health.€720 per month if full-time and €450 per month if part time. Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity 1,679 2,506,640 Disability Benefit (CODB) 19.03.20 Persons with Disability who opt to stay at home. €720 per month if full-time and €450 per month if part time. Social Security Contribution will be considered as having been paid. Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity 379 530,274

COVID-19 – benefiċċji lil persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm ingħataw benefiċċji relatati mal-COVID-19 lil persuni b’diżabilità? Fuq xiex ingħataw? Kemm kien l-ammont? Kemm kienu l-persuni li gawdew minnhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-benefiċċju relatat mal-Covid-19, ingħata lil persuni b’diżabilità li kienu f’impjieg u li minħabba d-diżabilità tagħhom ma setgħux imorru għax-xogħol. Kien hemm 379 persuna li gawdew minn dan il-benefiċċju u li l-ammont totali mħallas kien ta’ €530,274.92. Dawk li kienu jaħdmu full-time tħallsu €720 fix-xahar filwaqt li dawk li kienu jaħdmu part-time tħallsu €450 fix-xahar.
Leg 13 PQ #19338 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Tqassim ta’ laptops lill-edukaturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex sal-lum għadhom ma bdewx jitqassmu l-laptops il-ġodda lill-edukaturi? X’kienet ir-raġuni li t-tenders tħallew daqshekk tard? Sa meta se jkunu mqassma l-laptops? Tista’ l-Ministru tispjega għaliex l-MUT ftit ġranet ilu akkużat lill-Ministeru b’pika infantile meta qalet “L-MUT qed tipprotesta bil-qawwi dwar il-livell ta’ pika infantili li wasal fiha l-Ministeru tal-Edukazzjoni. Dan meta l-laptops il-ġodda għall-edukaturi tal-iskejjel tal-istat ilhom li waslu minn Diċembru li għadda u l-Ministeru qed jibqa’ ma jqassamhomx lill-edukaturi. Din it-tattika ta’ pika infantili qed issir sinonima ma’ ħafna mid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. Fid-dawl li dan l-apparat huwa daqstant essenzjali għat-tagħlim waqt perjodu bħal dan tal-pandemija, din il-pika qed tissarraf f’sitwazzjonijiet varji fejn edukaturi m’għandhomx biex jaħdmu jew inkella qed jillapazzaw b’apparat li issa għadda żmienu u m’għadux jista’ jaqdi l-ħtiġijiet tat-tagħlim tal-lum. Fl-aħħar mill-aħħar, tali pika m’hu qed twassal għal xejn għajr li l-edukaturi u l-istudenti qed ibatu għalxejn.” Tista’ tgħid kemm għandu laptops ġodda f idejh xi jqassam il-Ministeru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie ġġudikat tender għal xiri ta' laptops, f'Marzu 2020, diġà tqassmet l-ewwel konsenja ta' 1,300 laptop. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, kien hemm dewmien fil-konsenja li jifdal. Appena l-laptops il-ġodda jaslu, ikomplu jitqassmu lill-edukaturi.

Ħal Qormi — Triq Ġuże Duca - street lighting

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-istreet lighting ta’ Triq Ġuże Duca f’Ħal Qormi jkun qed jiffunzjona kif suppost minħabba s-sigurtà tar-residenti u tas-sewwieqa fl-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġranet li ġejjin.

Ħaż-Żebbuġ – Triq il-Fraxxunu – twessiegħ ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex tkisser ġnien fi Triq il-Fraxxunu Ħaż-Żebbuġ u għaliex kien hemm il-bżonn li titwessa’ triq residenzjali? Jista’ jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ma kienx ikkonsultat dwar dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kienx jaf li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien irtira l-applikazzjoni għall-xogħlijiet f’din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Fl-2020, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. B’hekk, minn meta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 tat bidu għall-programm t’investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajji¿, l-aġenzija bniet mill-ġdid mal-285 triq residenzjali biex eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq residenzjali oħra. Fl-istess ħin, Infrastructure Malta qed taħdem mill-qrib mal-kunsilli lokali biex tappoġġjahom fl-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura pubblika, inkluż toroq lokali. Il-ġimgħa li għaddiet, l-aġenzija bdiet xogħlijiet fi Triq il-Fraxxnu, triq twila 70 metru ħdejn il-qasam tad-djar f’Ħaż-Żebbuġ. Residenti li jgħixu fl-inħawi kien ilhom jitolbu lill-awtoritajiet biex jitjieb l-aċċess f’din it-triq sa minn qabel l-2014, minħabba li t-triq qatt ma kienet ġiet iffurmata kompletament skont il-wisgħa proprju tagħha. Fil-fatt, parti minn din it-triq tidjieq b’mod sinifikanti, u tikkawża diffikultajiet lir-residenti li għandhom garaxxijiet fl-istess triq. Meta twaqqfet Infrastructure Malta fl-2018, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien talab l-assistenza biex isiru x-xogħlijiet neċessarji biex din it-triq tkun aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha. Ix-xogħlijiet jinkludu twessigħ żgħir ta’ bejn metru u 1.6 metri tul medda ta’ 40 metru mit-triq, biex l-ispazju tat-triq jiżdied b’madwar 50 metru kwadru. Oriġinarjament, ir-residenti u l-kunsill lokali riedu li t-triq titwessa’ aktar, iżda Infrastructure Malta se tkun qed tu¿a biss nofs l-art allokata għal dan il-għan, biex tagħmilha aktar aċċessibbli għar-residenti filwaqt li timminimizza l-impatt fuq iż-żona biswit, li tintu¿a minn uħud mir-residenti bħala ġnien privat. Il-bqija taż-żona tista’ tibqa’ tintuża bħala ġnien. Għalhekk mhux veru li Infrastructure Malta kissret jew qed tkisser xi ġnien kif ġie allegat. Infrastructure Malta se tkun qed ittejjeb ukoll il-bankini fuq in-naħa l-oħra tat-triq, qabel ma tiksi l-istess triq b’wiċċ ġdid bl-asfalt. It-twessigħ ta’ din it-triq qed isir fuq art tal-gvern li mhix mikrija lill-okkupanti attwali tagħha għall-użu ta’ ġnien privat, peress li fil-passat ġiet allokata għall-kostruzzjoni sħiħa tat-triq. Infrastructure Malta kisbet il-permessi meħtieġa mill-Awtorità tat-Trasport għax-xogħlijiet li qegħdin isiru. Infrastructure Malta hija wkoll infurmata li l-ħajt u kamra żgħira li kien hemm fuq din l-art pubblika u li tneħħew l-Erbgħa filgħodu bħala parti mix-xogħlijiet, kienu inbnew illegalment. Wara li kien inħareġ avviż ta’ infurzar, saret applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar għal dan il-ħajt mill-okkupant ta’ din l-art pubblika, liema applikazzjoni ġiet rifjutata fl-1996. Appell kontra dan ir-rifjut ukoll kien ġie miċħud. Infrastructure Malta se tibni l-ħajt f’għoli aktar baxx, kif permess bil-liġi, biex tassigura li ż-żona tal-ġnien biswit tista’ titgawda bħala spazju pubbliku u mhux aktar bħala ġnien privat. Fl-istess waqt il-kamra żgħira llegali li kien hemm mhux ser terġa’ tinbena. Is-siġar li hemm fiż-żona mhux se jintmissu u għalhekk l-ebda siġra m’hi se tinqala’ minħabba dan ix-xogħol.
Leg 13 PQ #19329 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Childcare Centres — skemi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li operaturi ta’ childcare centres ġodda mhux jitħallew jipparteċipaw fl-iskemi ta’ sussidju li ngħatat lil childcare centres e¿istenti? X’inhi r-raġuni? Tista’ tgħid taħsibx li hu inġust li hemm min investa l-flus u ilu għaddej sena bil-proċess ta’ permessi biex fl-aħħar mument jgħidulu li l-iskema magħluqa? X’inhuma l-benefiċċji li qed jitilfu dawn l-operturi u li l-oħrajn qed igawdu? Meta se terġa’ tiftaħ l-iskema? X’inhi r-raġuni li l-proċess ta’ childcare ġdid għadu jitlaq minn JobsPlus u mhux mill-Ministeru għall-Edukazzjoni? Ma taħsibx il-Ministru li dan inaqqas mill-funzjoni edukattiva li għandhom ikollhom dawn iċ-childcare centers?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ Childcare ġdid, biex jiġi żgurat li jkun hemm l-istandards neċessarji, jaqa’ taħt id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni. Għall-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Ministeru konċernat.
Leg 13 PQ #19330 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ir-Rabat Għawdex — kiri ta' postijiet biex jintużaw bħala uffiċini

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għala nħasset il-ħtieġa li fl-aħħar ġranet tas-sena 2020 il-Ministeru għall-Edukazzjoni joħroġ espessjoni ta' interess biex jinkrew postijiet biex jintużaw bħala uffiċini ġewwa r-Rabat Għawdex? Tista’ tgħid minn min ħa jintużaw dawn l-uffiċini u għal-liema skop ħa jintużaw dawn l-uffiċini? Tista’ tgħid kemm ħa tkun l-ispiża ta’ kull xahar biex jinkrew dawn l-uffiċini u jekk il-Ministru u s-Segretarjat humiex ħa jibdew jużaw dawn l-uffiċini ġewwa Għawdex b'mod regolari?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kiri ta’ post ser jintuża biex jingħataw servizzi ġodda f’Għawdex mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni. L-FTS mistennija tibda topera minn hemm fil-ġranet li ġejjin.
Leg 13 PQ #19331 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

TESS grants

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-grants TESS li ġew approvati fl-2019/2020 tħallsux? Jekk ma tħallsux, meta se jitħallsu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li 60 grant agreement mill-84 li ġew approvati diġà tħallsu. Il-kumplament ser jitħallsu sa l-aħħar ta’ Frar 2021, kemm il-darba l-applikanti jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa skont ir-regolamenti tal-iskema TESS.
Leg 13 PQ #19336 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Think Tank — laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn kemm ilu mwaqqaf it-Think Tank tal-edukazzjoni minn Mejju li għadda, kemm-il darba ltaqa’? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti dwar il-futur tal-edukazzjoni li dan il-kumitat kellu jlesti sal-14 ta’ Settembru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-think tank kellu skeda ta’ erba’ laqgħat li saru kif ippjanat. Dawn kienu: · 03.12.2020 - Think Tank Introductory Meeting · 07.12.2020 - Education Compass: Think Tank Stakeholders Forum · 15.12.2020 - Education Compass: Think Tank Technical Forum · 16.12.2020 - Education Compass: Think Tank Children’s Forum Filwaqt li ma kienx hemm data ta' meta kellu jitlesta dan id-dokument intern, inserraħ moħħ l-interpellant li ser nara li d-dokument jitlesta mill-aktar fis possibbli.
Leg 13 PQ #19337 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skema ta’ Tablet per Child għal studenti tas-sekondarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex wara 7 snin fil-gvern, l-iskema ta’ Tablet per child għadha waslet biss sas-snin tal-primarja u mhux ukoll fis-sekondarja? Tista’ tgħid għaliex wara l-Year 6 it-tfal tal-iskejjel jittieħdilhom it-tablet? Tista’ tgħid hemmx ħsieb li t-tfal tas-sekondarja jingħataw tablet f’din is-sena skolastika jew dik li jmiss?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara li ġie evalwat dak li sar fil-qasam Primarju, tgħallimna minn dak li sar u tejjibna fejn kien meħtieġ filwaqt li bdew il-preparamenti biex dan il-proġett jiġi estiż fl-iskejjel Medji u Sekondarji. Fil-fatt, is-sena l-oħra, 2020, sar studju xjentifiku fl-iskejjel medji u sekondarji dwar x’inhuma l-aħjar modi ta’ kif tiġi introdotta teknoloġija ġdida, x’tip ta’ teknoloġija għandha tidħol, ix-xogħol li għandu jsir fuq l-infrastruttura tal-iskejjel, it-taħriġ tal-għalliema u x’bidliet jeħtieġ li jsiru biex teknoloġija ġdida twassal verament għal tagħlim aħjar. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, is-sistema edukattiva fil-primarja hija differenti minn dik sekondarja u t-tablets huma speċifikament immirati għall-bżonnijiet tal-istudenti u l-għalliema fl-iskejjel Primarji. Qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex l-introduzzjoni tat-teknoloġija portabbli tibda tidħol bil-għaqal u bi prova bi proġett pilota fl-anqas żmien possibbli.

Ta’ Qali Outdoor gym

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-outdoor gym f’Ta’ Qali nqala’ minn postu fl-aħħar ġranet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-outdoor gym f’Ta’ Qali ġie maqlugħ fl-aħħar ġranet minħabba li ser jiġi rinovat b’apparat ġdid. Apparti hekk qed tiġi rinovata wkoll l-art tal-istess outdoor gym u l-art tal-mini pitch li jinsab fl-istess akwata.