B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21792 fejn il-Ministru qalet li hi infurmata li hemm tmien Board of Studies fl-MCAST, tista’ l-Ministru tgħid ta’ xiex inhuma dawn il-Board of Studies? Min qiegħed fuq dawn il-Board of Studies? Min jagħżel lil dawn il-membri tal-Board of Studies u b’liema proċedura?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Board of Studies tal-MCAST jiġu appuntati skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327, artiklu 98 (1).
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21755 tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru għall-LSEs? Xi pjanijiet hemm dwar ir-rwol ta’ dan il-grad? Hemm ħsieb ta’ xi bidliet jew tisħiħ? Il-Ministeru għandu pronostiċi jekk dawn hux se jonqsu jew jiżdiedu fis-snin li ġejjin? X’qed isir u x’se jsir biex tissaħħaħ il-professjonalità ta’ dan il-grad?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru jkompli jinċentiva t-taħriġ kontinwu professjonali ta' kull edukatur inkluż dak ta' LSE, bil-possibiltà li jkun hemm opportunità ta' avvanz fil-karriera tal-LSE.
In-numru ta’ LSEs ikun irregolat skont il-ħtieġa li hija msejsa fuq in-numru ta’ klassijiet u studenti fl-iskejjel primarji u n-numru ta’ studenti bi ħtiġijiet partikolari li jvarja minn żmien għal żmien.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li kien ingħata x’jifhem li l-MCAST se tibda proċess biex issir Università jekk fil-fatt qattx kien beda l-process mall-awtoritajiet kompetenti biex l-MCAST ssir Universita?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istrateġija tal-MCAST għas-snin li ġejjin hija riflessa fid-dokument ta' konsultazzjoni li l-istess MCAST ippubblika ftit tal-ġimgħat ilu.
Is-sitt u s-Seba’ Distrett – Tarmak li sar minn Fondi ta’ Infrastructure Malta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 18196 u jgħid kemm-il triq saret bit-tramak minn fondi ta’ Infrastructure Malta mill-2013 (inkluż dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali) sal-lum fil-lokalitajiet kollha tas-6 u s-7 distrett? Jista’ jagħti l-informazzjoni lokalità b’lokalità u b’total ta’ metri għal kull lokalità u sena b’sena? Jista’ jgħid min kienu l-kuntratturi f’kull każ? Kemm kienet in-nefqa f’kull każ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20128 u tgħid kemm ġie jiswa r-ramel li ntefa’ fil-Korsa tal-Marsa f’Jannar li għadda? Tista’ tgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika? Min kien responsabbli mix-xogħlijiet?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mir-rekords tal-Malta Racing Club qatt ma jidher li ħareġ tender għar-ramel fl-aħħar 40 sena. Ninsab infurmat li l-Malta Racing Club dejjem mexa fuq sistema li jsiru laqgħat ma’ numru ta’ suppliers lokali biex jinxtara l-aħjar materjal possibbli. F’dawn il-laqgħat dejjem ipparteċipaw ir-rappreżentanti tas-sidien u l-ġerrejja li huma membri fil-Kunsill.
Fir-rigward ta’ l-aħħar xirja li saret f’Jannar, jien infurmat li x-xogħol tar-ramel sar minn F.Schembri Holdings.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk tistax tara li jiġu organizzati ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni, anke jekk addattati għar-regolamenti tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, ta’ dawk l-istudenti li gradwaw is-sena li għaddiet imma ma kellhomx l-opportunità li jkollhom ċerimonja ta’ gradwazzjoni bħal eluf ta student oħra li gradwaw qabilhom u sal-lum għad għandhom tifkira tant sabiħa tal-isforzi kollha li għamlu biex jirnexxu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li qed tiġi esplorata l-possibiltà li ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni jsiru malli l-Awtoritajiet konċernati jirrilaxxaw aktar miżuri sabiex avvenimenti bħal ma huma l-gradwazzjoni jkunu jistgħu jsiru.
MCAST – mandatt ta’ inibizzjoni dwar trasferiment ta’ għalliem bid-dottorat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid hux minnu li l-MCAST għandu mandatt ta’ inibizzjoni dwar trasferiment ta’ għalliem bid-dottorat mill-MCAST? X’inhi l-pożizzjoni tal-Ministru dwar dan il-każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ir-rwol tal-Ministru li jkun parteċipi fil-proċess ta' allokazzjonijiet minn fejn jagħtu s-servizz tagħhom l-edukaturi. Peress li l-imsemmi mandat huwa sub judice, mhuwiex prudenti li wieħed jgħaddi kwalunkwe kumment.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni dwar l-akkuża tal-MUT ‘li l-MCAST bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni nfexx f’attakk fuq l-MUT u l-membri tagħha b’theddid ta’ azzjonijiet legali għaliex huwa ċar li l-MCAST u l-Ministeru ma jridux jilħqu ftehim?’
Response (CARUANA, JUSTYNE)
B’referenza għal din il-mistoqsija, irid jingħad li d-dover ta’ kull persuna fis-settur edukattiv, indipendentement mir-rwol li jokkupa, hu li jiddefendi l-interessi tal-istudenti. Sadanittant, kif ġie rappurtat fil-media lokali, intlaħaq ftehim bejn l-MCAST u l-MUT fit-22 ta’ Ġunju, 2021.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni wara li nstabet ħatja mill-Ombudsman, flimkien maż-żewġ Ministri għall-Edukazzjoni ta’ qabilha bi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPE), li lura f’Ġunju tal-2020 kienet resqet ilment kontra l-Ministru għall-Edukazzjoni dwar diskriminazzjoni li saret fil-konfront tagħha u l-membri li tirrappreżenta fejn talbet li jkollha aċċess fl-iskejjel, liema aċċess li kien injorat minn tliet Ministri għall-Edukazzjoni differenti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Irrid nikkjarifika mal-Onor. Interpellant li filwaqt li jien ma nstabtx ħatja b’xi ksur tad-drittijiet fundamentali, jiena konxja minn rakkomandazzjoni li għadda l-Kummissarju għall-Edukazzjoni fuq il-każ imsemmi.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-karta tal-eżami tal-benchmark tal-Malti ħarġu mistoqsijiet dwar topics tal-grammatika li mhux fis-sillabu u jekk hu minnu x’deċiżjonijiet ittieħdu min-naħa tal-Ministeru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li din kienet mistoqsija waħda dwar topik wieħed tal-grammatika ta' marka waħda biss. F'każijiet bħal dawn, id-Direttorat responsabbli jieħu dawk il-passi neċessarji sabiex l-istudenti ma jiġux ippenalizzati minħabba żball li huma ma jaħtux.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru totali ta’ Supply Teachers? Kemm minnhom huma fis-suġġetti vokazzjonali? Kemm minn dawn is-supply teachers għandhom degree fis-suġġett li qegħdin jgħallmu u kemm minnhom qed jagħmlu Masters in teaching? Kemm minn dawn is-supply teachers għandhom sa livell avvanzat (A Level) fis-suġġett jew anqas? Kemm minn dawn is-supply teachers għandhom temporary warrant?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li n-numru totali ta’ Supply Teachers huwa ta’ 321, li minnhom 30 jgħallmu suġġett vokazzjonali. Is-Supply Teachers kollha għandhom tal-anqas livell avvanzat fis-suġġett li qegħdin jgħallmu u kollha għandhom temporary warrant.
Il-Ministeru ma jkunx infurmat liema minn dawn l-għalliema qed isegwu l-Masters in Teaching and Learning minħabba li din l-informazzjoni hija protetta skont il-GDPR.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq telework/remote working fil-Jobsplus? Kemm hemm sigħat ta’ telework/remote working?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-21 ta’ Ġunju 2021, Jobsplus għandha 145 impjegat li qegħdin jibbenifikaw mill-facilità tat-telework. L-ammont ta’ sigħat fil- ġimgħa ta’ telework jammonta għall-2,220.56.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti, ċittadini ta' Malta, li jattendu l-Iskejjel Ewropej, skola b'skola u skont iċ-ċiklu (nursery, primarja jew sekondarja)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li n-numru ta’ studenti, ċittadini ta’ Malta, li jattendu fl-iskejjel Ewropej huwa 163. It-tagħrif l-ieħor mitlub huwa kif se nsemmi:
Nursery/Kinder - 21 student li jattendu skejjel fi Bruxelles u l-Lussemburgu;
Primarja - 79 student li jattendu skejjel fi Bruxelles, Frankfurt, Lussemburgu u Munich;
Sekondarja - 63 student li jattendu skejjel fi Bruxelles, Lussemburgu u Varese.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu kkonsenjati passaporti lil ċittadini ta’ Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b’sena u pajjiż b’pajjiż, bejn l-2016 u l-2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ passaporti lil ċittadini ta’ Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b’sena u pajjiż b’pajjiż, bejn l-2016 u l-2020 huwa kif ġej:
PASSPORTS FROM MISSIONS ABROAD
2016
2017
2018
2019
2020
ABU DHABI
5
9
ALGERIA
1
AUSTRALIA
1563
1481
1514
1310
697
AUSTRIA
12
11
23
13
24
BELGIUM
101
106
119
129
109
CANADA
351
202
425
367
242
CHINA
12
10
19
13
10
DUBAI
74
90
99
135
80
EGYPT
11
11
7
45
14
FRANCE
35
34
53
74
57
GERMANY
37
45
43
60
57
GREECE
4
3
6
12
1
INDIA
2
3
3
14
7
IRELAND
31
36
24
35
22
ISRAEL
0
1
8
8
6
ITALY
38
41
29
40
28
NETHERLANDS
30
29
19
51
33
NEW YORK
114
146
99
59
74
PALESTINE
9
1
4
0
11
POLAND
0
6
6
1
4
PORTUGAL
1
4
5
11
8
RUSSIA
2
20
28
71
51
SAUDI ARABIA
8
9
15
40
14
SPAIN
10
17
13
52
24
SWITZERLAND
17
18
42
55
56
TUNISIA
17
13
0
18
20
TURKEY
4
3
19
49
19
UK
881
799
1033
1351
935
WASHINGTON
75
98
118
120
121
TOTAL
3439
3237
3773
4138
2734
Ċittadini ta’ Malta f’elezzjonijiet muniċipali jew għal Parlament Ewrpew barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini ta' Malta, li kkandidaw irwieħhom f'elezzjonijiet muniċipali jew għall-Parlament Ewropew barra minn Malta, sena b'sena u pajjiż b'pajjiż? Jista' jgħid kemm minnhom ġew eletti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li informazzjoni mitluba ma tinżammx.
Jobsplus – Inizjattiva Jobsplus Work Exposure Scheme – persuni li nqatgħu minn fuq ir-reġistru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li persuni li qed jirreġistraw, intalbu biex attivament jippromwovu l-inizjattiva tal-Jobs Plus Work Exposure Scheme jew inkella jinqatgħu mir-reġistru ta’ dawk li qed ifittxu xogħol? Kemm inqatgħu persuni minn fuq ir-reġistru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-iskema tal-Work Exposure huwa li tiffaċilità t-transizzjoni għall-impjieg billi tipprovdi lil min qiegħed ifittex xogħol b’esperjenza u taħriġ prattiku fuq post tax-xogħol. Dan it-taħriġ jgħin biex l-individwi jakkwistaw tagħrif, kapaċitajiet u kompetenzi li huma bżonnjużi biex jinstab u jinżamm impjieg. Persuni li qed jirreġistraw huma obbligati li jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfittxija għax-xogħol u attivitajiet relatati.
Meta persuna tirreġistra għax-xogħol tiġi nfurmata u mfakkra li hi għandha l-obbligu li tfittex xogħol b’mod attiv u li minn żmien għal żmien, ser tiġi offruta diversi miżuri ta’ taħriġ, skemi jew intervisti għax-xogħol biex ittejjeb il-prospetti tagħha. F’każ li persuna ma tattendix għal xi intervista jew taħriġ/skema jew ma taċċettax xogħol mingħajr ġustifikazzjoni, isimha jitneħħa mir-reġistru tal-qgħad.
F’dan il-każ, il-persuni li qed jirreġistraw ġew infurmati li bħala parti mill-Pjan t’Azzjoni Personali, hu mistenni minnhom li b’mod attiv jippromwovu din l-iskema ma’ min iħaddem biex jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol, li finalment tista’ tiżviluppa f’opportunita ta’ impjieg. Ġew mitluba juru l-interess tagħhom billi jimlew l-applikazzjoni tal-iskema, anke jekk ma jsibux opportunità huma. Ir-reġistranti ġew infurmati li jekk jirrifjutaw li jipparteċipaw f’din l-attività, isimhom jista’ jitneħħa mir-reġistru tal-qgħad.
Sa llum l-ebda isem ma tneħħa mir-registru tal-qgħad b’konsegwenza ta’ dan l-eżerċizzju.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21756, tista’ l-Ministru tgħid kif se jintefqu l- €50,000 lill-Iskola Primarja ta’ Bormla mħollija fil-wirt ta’ persuna privata? Tista’ tgħid meta dawn il-fondi għaddew għand l-Iskola ta’ Bormla? Tista’ tgħid kif ġie deċiż li jintefqu l-flus li skont ix-xewqa tal-individwu dawn iridu jintefqu għall-ġid tal-akbar numru ta’ studenti ta’ din l-iskola?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-flus ser jintefqu b’diversi modi skont il-ħtiġijiet tal-istudenti u skont kif approvat minn bord imwaqqaf apposta u li jinkludi lill-amministratur ta’ dan il-wirt kif maħtur mit-testatur. Il-fondi għaddew għand l-iskola fit-8 ta’ Mejju 2020.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li jingħataw professorati fl-MCAST fil-ħames snin li ġejjin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. interpellant li fil-proċess biex jiġi assenjat professorat, l-MCAST telenka l-kwalitajiet li wieħed għandu jkollu sabiex jikkwalifika u jingħata dan il-professorat. Il-Bord tal-Gvernaturi diġà għandu fis-seħħ ir-rekwiżiti tal-kwalitajiet li lettur għandu jkollu sabiex jikkwalifika għal professorat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ġew adottati jew rifjutati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni? Liema huma dawn ir-rakkomandazzjonijiet? X’inhi r-raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.