Direttorati tal-Edukazzjoni – rapport ta’ aggressjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta’ aggressjoni fuq edukaturi rċevew id-Direttorati tal-Edukazzjoni minn kull kulleġġ statali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Tajjeb li l-Onor. Interpellant jinnota li għall-edukaturi, il-MEDE ħoloq portal http://edu.gov.mt/support fejn huma jistgħu jibagħtu fuq esperjenzi t’aggressjoni li għaddew minnhom. Hekk jingħataw l-assistenza. Imbagħad, il-każ tagħhom jiġi segwit mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi kull ġimgħa.
Infurmat li minn Jannar 2019 s'issa, kien hemm 23 ilment marbuta ma’ disa’ (9) każijiet separati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff fl-Accreditation Unit fi ħdan id-DQSE? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ min huma dawn il-membri u x’esperjenza għandhom fil-qasam edukattiv? Kemm għallmu snin fi skejjel full-time jew part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-Accreditation Unit hemm 11-il membru kif ġej:
Head Accreditation Unit - 1
Assistenti Diretturi - 2
Uffiċjali Edukattivi - 3
Uffiċjali fil-grad rispettiv - 4
Skrivana - 1
B’eċċezzjoni tal-iskrivana li qabel kienet taqdi dmirha fi skola, u ta’ wieħed mill-uffiċjali fil-grad rispettiv, l-esperjenza tvarja minn tmexxija fil-qasam edukattiv, liċenzjar ta’ istituzzjonijiet edukattivi, akkreditar ta’ programmi edukattivi u tagħlim formali u non-formali. L-uffiċjali konċernati għandhom snin varji t’esperjenza fit-tagħlim.
DQSE – Accreditation unit – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Accreditation Unit fi ħdan id-DQSE? Minn dawn kemm minnhom huma ta’ edukaturi li ġejjin mis-settur tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet pendenti jammontaw għal 256. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-applikazzjoni tal-individwu ma tkunx marbuta ma’ settur partikolari.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta fil-Ministeru jidħol ilment fuq għalliem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li meta jidħol ilment fuq għalliem, il-Customer Care tal-MEDE jgħaddih lid-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi u jiġi kkupjat il-Prinċipal tal-Kulleġġ kif ukoll il-Kap tal-iskola konċernat fejn jgħallem dan l-għalliem. Imbagħad, il-Prinċipal tal-Kulleġġ jitkellem mal-Kap tal-iskola u jiddiskutu l-każ partikulari fejn tinġabar l-evidenza u l-interventi li setgħu saru sadanittant. Wara dan, il-Kap tal-iskola jitkellem mal-għalliem fil-preżenza ta’ Assistent Kap jew Kap tad-Dipartiment tas-Suġġett fejn flimkien jifhmu s-sitwazzjoni u jippjanaw kif se tingħata l-assistenza u wkoll kif l-għalliem se jirrimedja t-tagħlim tiegħu. Il-Kap tad-Dipartiment u/jew l-Uffiċjal Edukattiv tas-Suġġett jew l-Area jkomplu jsegwu lill-għalliem flimkien mal-Kap u s-Senior Management Team tal-iskola.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati supply teachers f'kull settur u f'liema suġġetti mill-bidu ta' din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ Supply Teachers impjegati mill-bidu ta’ din is-sena skolastika huwa ta’ 216 kif muri fit-tabella t’hawn taħt maqsuma skont is-suġġett:
SUBJECT
SUPPLY TEACHER
Agribusiness and Gardening
1
Arabic
6
Art
18
Art & Design
1
Automative Repair (Body Paint)
1
Basic Engineering
2
Biology
1
Care Work
1
Complementary
2
Computer Studies
2
ICT
3
Customer Care & Sales
1
Dance
4
Design & Technology
1
Drama
2
Electrical Installation
2
English
9
European Studies
2
German
1
Hairdressing
1
Health & Social Care (VET)
1
Integrated Science - Resource Centre
1
Maltese
6
Marketing
1
Migrant Inducation Program
25
Multi Sensory Room
3
Multi-Media & ICT Applications
1
Music
15
Personal and Beauty Care
4
Physical Education
31
Pottery & Ceramics
1
Primary
57
Religion
5
Resource Centre
2
Social Studies
1
Welding and Fabrication
1
TOTAL
216
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta’ rubber flooring eżistenti? Ta’ kemm minnhom intlaqgħet it-talba? Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm 76 talba minn skejjel u childcare centres għall-manutenzjoni ta’ rubber flooring eżistenti.
In-numru ta’ talbiet li ntlaqgħu u li x-xogħol diġà twettaq hu ta’ 25. Dawn ix-xogħlijiet tlestew bejn Diċembru 2017 u Ottubru 2018. Hemm ukoll għaxar (10) talbiet oħra li ntlaqgħu iżda x-xogħol għadu se jitwettaq.
Dwar il-41 talba l-oħra, infurmat li minn spezzjonijiet li twettqu mill-FTS irriżulta li kienu f’kundizzjoni adegwata.
Skola Sekondarja Rabat Għawdex – għalliem tal-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma huwiex minnu li l-istudenti tal-iSkola Sekondarja tar-Rabat Għawdex għadhom mingħajr għalliem tal-Malti? Kemm ilhom mingħajr għalliem? Meta se tissolva l-problema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn il-klassijiet bdew bit-tagħlim normali mill-Ħamis, 8 ta' Novembru 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College, għas-sena skolastika 2018/2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College fis-sena akkademika 2018/2019 huwa kif ġej:
Studenti tal-ewwel sena - 958.
Studenti tat-tieni sena - 785.
Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-korsijiet kollha li joffri l-Istitut għall-Edukazzjoni huma ddisinjati, żviluppati u mogħtija minn persuni li għandhom tal-anqas il-grad akkademiku li qed jgħallmu fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Istitut jagħti din l-assigurazzjoni skont l-istandards mitluba mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) li minnhom huma akkreditati l-korsijiet kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida mħabbra mill-Gvern għall-San Pawl il-Baħar waqgħet lura b’sentejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li nħass il-bżonn li jiżdiedu aktar faċilitajiet mal-iskola tal-Gvern għal San Pawl il-Baħar. Għaldaqstant, kien jinħtieġ li d-disinn tal-iskola jiġi rivedut u dan ukoll biex is-sala tal-iskola tkun aċċessibbli wara l-ħinijiet tal-iskola.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida f’Marsaskala, reġgħet għal darb’oħra waqgħet lura fix-xogħlijiet u ma’ kenitx lesta biex tiftaħ kif ippjanat għal din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li minħabba n-natura tax-xogħol, kien hemm bżonn numru ta' testijiet li ma kenux oriġinarjament ippjanati u għaldaqstant dan sarraf f'dewmien mhux programmat. Madankollu, kif ippjanat, din l-iskola sa tinfetaħ fis-sena skolastika 2018-2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta’ rubber flooring eżistenti? Ta’ kemm minnhom intlaqgħet it-talba? Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Malta Visual and Performing Arts School – xogħol ta’ manutenzjoni u infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta’ manutenzjoni u infrastrutturali inkluż xogħol fuq il-faċċata, il-music room, iċ-changing room u l-counselling rooms, li ġie mwiegħed li jsir fil-Malta Visual & Performing Arts School baqa’ ma sarx, sal-bidu tas-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol għadu ma sarx minħabba l-fatt li ħadd ma tefa' offerta għat-tender għal dawn ix-xogħlijiet - liema tender kellu deadline sat-28 ta' Awwissu, 2018. L-FTS reġgħet ippubblikat it-tender mill-ġdid. Dan se jagħlaq fid-19 ta' Novembru, 2018.
Għalliema bil-warrant li jaħdmu fl-iskejjel f’Malta u f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema bil-warrant jaħdmu fi skejjel f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jagħti rendikont ta’ dawn l-għalliema skont is-suġġett li jgħallmu kif ukoll ta’ dawk li qed jaħdmu fis-sistema edukattiva iżda barra mill-klassi? Kemm minn dawn l-għalliema jgħallmu fi skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-att dwar l-Edukazzjoni, il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema għandu reġistru aġġornat ta' kull min għandu warrant permanenti u temporanju. Madankollu, il-Kunsill ma jkollux data dwar is-suġġett u l-iskola/settur kif mitlub fil-mistoqsija. Min-naħa tad-Direttorati, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub jinħtieġ ħafna xogħol biex jinġabar u ż-żmien għal tweġiba huwa qasir ħafna.
Għaldaqstant, ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Sadanittant, jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar xi skola jew skejjel partikolari, nitolbu jindika fejn meħtieġ.
Tfal tal-iskola – superviżjoni waqt it-trasport lejn l-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li t-tfal kollha jkollhom superviżjoni waqt it-trasport lejn l-iskola tagħhom kif kien imwiegħed fil-baġit li għadda? Kemm-il vann u coach hawn iwasslu lit-tfal u kemm minnhom m’għandhomx superviżjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin il-Ministeru se jkun qiegħed joffri tip ta' teknoloġija li lill-ġenitur tagħtih l-informazzjoni kollha relatata mat-trasport tat-tfal tagħhom. It-tfal kollha tal-kinder li jmorru l-iskejjel tal-Gvern għandhom servizz ta' on-board supervision filwaqt li dawk kollha li kellhom superviżjoni s-sena li għaddiet fi skejjel non-statali, il-Gvern ma talabx li tinbidel.
Din l-iskema qed tiġi introdotta b'mod gradwali u n-numri ta' tfal u coaches qed jiġi aġġornat kontinwament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad baqa’ studenti li għad m’għandhomx trasport b’xejn? Jista’ jgħid sa meta se jkollhom trasport dawn l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' studenti li jridu trasport ivarja kontinwament. Madankollu, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija PR 182235 għal iktar informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tat-twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni mwaqqaf mill-Gvern u x’tibdiliet saru mill-għan oriġinali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-avviż legali li jispjega eżatt ir-rwol tal-Istitut għall-Edukazzjoni. Ma sarux tibdiliet minn dan l-avviż legali 'l quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li wara li l-Gvern ta l-appoġġ lill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta biex il-kors tal-għalliema jitla’ minn Baċellerat għal grad ta’ Masters b’120 ECTS issa qed jawtorizza kors tal-għalliema ieħor minn istitut governattiv li jerġa’ jniżżel il-livell għal 90 ECTS? Ma jaħsibx il-Ministru li dan se joħloq anomaliji b’livelli differenti ta’ taħriġ għall-istess xogħol professjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Master of Education Degree tal-Istitut ġie akkreditat mill-NCFHE wara li kienu peer reviewed minn evaluators magħżula minnhom u ta' reputazzjoni għolja ħafna.
Kulleġġ San Benedittu – Korsijiet Tagħlim Tul il-Ħajja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-korsijiet Tagħlim Tul il-Ħajja li jwasslu għal ċertifikazzjoni tal-Matsec m’għadhomx jingħataw aktar mill-Kulleġġ ta’ San Benedittu f’Ħal-Kirkop? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li residenti minn Ħal-Kirkop, iż-Żejtun u ż-Żurrieq qed jintalbu jattenda l-Blata l-Bajda? X’inhi r-raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li peress li kien osservat li ċ-ċentru għat-tagħlim tal-adulti ta’ Ħal Kirkop ma kienx qed jiġbed u jżomm numru sostenibbli ta’ studenti adulti matul is-sena, din is-sena ċ-ċentru nżamm miftuħ għal dawk il-korsijiet fejn ir-riżorsi tal-iskola huma essenzjali fl-għoti tal-kors partikolari. Korsijiet oħrajn ġew mifruxa fuq 14-il ċentru ieħor li d-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabilità għandu fin-nofsinhar ta’ Malta, inkluż fiż-Żurrieq, iż-Żejtun u Ħal Kirkop stess. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta’ Awwissu, id-direttorat kellu laqgħat mal-Kap tal-Iskola u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop bil-għan li għall-ġejjieni jkunu jistgħu jintlaħqu aktar studenti adulti u jitjieb l-użu tal-faċilitajiet tal-iskola ta’ Ħal Kirkop għat-tagħlim tal-adulti.