Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — riżenja ta' Kap Eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex tkeċċa jew ġie mġiegħel jirriżenja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament qatt ma kien jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Madankollu, il-Kap Eżekuttiv li x’aktarx qed jirreferi għalih l-Onor. interpellant la tkeċċa u lanqas ġie mġiegħel jirriżenja.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżenja ta’ dan l-individwu.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Kap Eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Kap Eżekuttiv kien hemm fil-Fondazzjoni Għall-iskejjel t‘Għada mill-2013 sal-lum? Jista' jgħid min kienu, kemm damu fil-kariga u r-raġuni għalfejn spiċċaw mill-kariga? X’salarju kellhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li twaqqfet task force biex tagħmel awditjar tal-operat tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t’Għada? X’inhuma t-terms of reference? Għaliex inħass il-bżonn ta’ awditjar? Min qed jagħmel l-awditjar? Sa meta se jkun lest ir-rapport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-‘task force’ li twaqqfet hija biss biex issaħħaħ l-istruttura tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada biex tassigura l-effiċjenza tal-FTS biex inkunu nistgħu nkomplu nibnu aktar skejjel ġodda minn dawk is-sitta (6) li diġà bnejna, u sabiex inkomplu nagħmlu aktar estensjonijiet u refurbishment ma’ dawk li diġà għamilna.
Ir-rapport ta’ din it-task force, immexxija miċ-chairman preżenti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, għandu jitlesta sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-eżitu tad-diskussjonijiet dwar żvilupp ta’ aktar faċiltajiet sportivi fl-iskejjel tal-knisja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikkjarifika din il-mistoqsija u jiċċara għal liema diskussjonijiet fuq faċilitajiet sportivi fl-Iskejjel tal-Knisja qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders għax-xogħol fuq l-iskola ta’ Wied il-Għajn? Liema kienu dawn id-direct orders? Lil min ingħataw? F’liema dati ngħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada imxiet skont il-proċeduri stabbiliti fil-każ ta' direct orders, u għalhekk kisbet l-approvazzjonijiet neċessarji mill-MFIN. L-informazzjoni qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 8931 - direct orders li ngħataw għax-xogħol fuq l-Iskola Primarja l-ġdida ta' Marsaskala.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet imwiegħda li tinfetaħ l-iskola ta’ Wied il-Għajn u fil-fatt meta nfetħet? Għaliex kien hemm dan id-dewmien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskola Primarja ta' Marsaskala kellha tiftaħ f'din is-sena skolastika u hekk se jsir. Kien hemm dewmien fid-data tal-ftuħ peress li kien hemm bżonn numru ta' testijiet li ma kinux oriġinarjament ippjanati u għaldaqstant dan sarraf f'dewmien mhux programmat.
Ministeru għall-Edukazzjoni – użu ta’ mobile classrooms
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il klassi temporanja/mobile classroom qed juża sa issa l-Ministeru tal-Edukazzjoni u f’liema skejjel? Kemm fi ħsiebu juża aktar minn dawn it-tip ta’ klassijiet matul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa pre-fabricated classrooms hemm fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar. F'din l-iskola hemm 10/12-il klassi pre-fabricated.
Dawn it-tip ta' pre-fabricated classrooms jintużaw bħala riżorsa fejn ikun hemm żieda qawwija tal-popolazzjoni f'temp qasir. Il-policy tal-Ministeru tibqa' li jinbnew skejjel ġodda. Skejjel preżenti jiġu refurbished jew estiżi skont il-bżonn.
Ministeru għall-Edukazzjoni – użu ta’ mobile classrooms
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klassijiet temporanji/mobile classrooms li qed juża l-Ministeru tal-Edukazzjoni nxtrawx jew inkrewx? Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti? Min rebaħ it-tender? Kemm swew jew qed jiswew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-pre-fabricated classrooms fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar inxtraw fil-bidu ta' Jannar 2016. Il-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada (FTS) ġabet ħames kwotazzjonijiet minn kumpaniji differenti f'Diċembru 2015. L-aktar offerta vantaġġjuża kienet dik sottomessa minn Bava Holdings Ltd. L-FTS ġabet l-approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont il-public procurement regulations.L-ispiża biex jinxtraw dawn il-klassijiet kienet ta' €196,236.02 (inkluż il-VAT).
Wara l-kummenti tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina li minnu tagħmel parti l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, fejn ġie rrapportat li qal li f’każ li l-iskola l-ġdida tal-Qawra terġa’ għat-tielet sena konsekuttiva ma tkunx lesta biex tilqa’ fiha studenti sa Settembru 2019, “mobile classrooms will not be the solution”, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt l-iskola li kienet ippjanata li tinfetaħ sentejn ilu hijiex se tiftaħ fis-sena skolastika li jmiss? Jista’ jgħid x’inhi s-soluzzjoni jekk id-deadline ma jintlaħaqx la l-Prinċipal mhux se jaċċetta aktar klassijiet temporanji ppostjati fil-bitħa tal-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, iva, l-Iskola Primarja tal-Qawra se tiftaħ il-bibien tagħha għall-ewwel studenti fis-sena skolastika li jmiss.
Kif qal il-Prinċipal il-klassijiet prefabbrikati tpoġġew fl-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar kważi erba’ snin ilu u kienu parti mis-soluzzjoni flimkien mal-użu ta’ postijiet/partijiet oħra mill-Kulleġġ.
Kif qal il-Prinċipal ma hemm l-ebda pjan li jitpoġġew iktar klassijiet prefabbrikati fl-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar imma jintużaw postijiet/partijiet oħra mill-Kulleġġ jekk jiġri li l-iskola ma tkunx tista’ tintuża.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-iskola l-ġdida tal-Qawra? Kemm qed jitħallsu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ta' periti li qiegħda taħdem fuq il-proġett ta' bini ta' Skola Primarja ġdida fil-Qawra hi MED Design Associates Ltd. Infurmat li sal-aħħar tal-proġett dawn se jkunu tħallsu s-somma ta' €305,000 (VAT eskluża).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw professjonisti psikosoċjali mis-sistema edukattiva fl-aħħar sentejn (social workers, counsellors, career guidance, psychologists, prefect of disciplines eċċ)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt:
Riżenji
Professjonisti
2017
2018
Social Workers
2
2
Social Support Workers
1
0
Psychologists
0
2
Clinical Psychologist
0
1
Assistant Psychologist
1
2
Principal Counsellors
0
0
Senior Counsellors
0
0
Trainee Counsellors
1
2
Principal Career Advisors
0
1
Trainee Career Advisors
0
3
Prefect of Disciplines
0
0
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 2959 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f''Seduta 201, tat-Tnejn 25 ta' Frar 2019)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema irtirati minn Settembru 2018 sa Jannar 2019 u f'liema suġġetti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-MEDE impjega sitt għalliema irtirati: ħamsa għall-Inġliż u wieħed għal Design & Technology.
Hemm ukoll ħames għalliema irtirati oħra li għalkemm mhux impjegati mal-MEDE, ngħataw contract for service.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel ġodda li huma mistennija li jkunu mibnija f’din il-leġiżlatura 2017 -2022?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel ġodda li bnejna jew se nibnu matul din il-leġiżlatura huma:
· Skola Primarja f'Marsaskala (li nfetħet fl-aħħar jiem)
· Skola Primarja fil-Qawra
· Skola Primarja fir-Rabat, Għawdex
Se nkunu qegħdin nibnu wkoll Skola Primarja ġdida fl-Imsida, izda t-timeframes ta' dan il-proġett jistgħu jkunu determinati biss meta jinħarġu l-permessi neċessarji mill-Awtorità għall-Ippjanar. L-Awtorità skedat il-binja eżistenti u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) appellat minn din id-deċiżjoni. L-appell għadu jrid ikun deċiż.
Apparti minn hekk qegħdin nagħmlu investimenti kbar fi skejjel oħrajn bħal:
· il-bini ta' estensjoni fl-Iskola Primarja ta' Pembroke, liema estensjoni tlestiet fis-sena skolastika li għaddiet;
· il-ħolqien ta'
Vocational Education Labs
fis-
Senior Schools
kollha; u
· il-bini ta' estensjonijiet fl-Iskejjel Sekondarji tar-Rabat Għawdex, l-Imrieħel, iż-Żejtun u Santa Luċija, kif ukoll fl-Iskejjel Primarji tar-Rabat Malta, Ħal Għaxaq u n-Nadur.
F'din il-leġiżlatura se nkunu qegħdin nagħmlu wkoll rinovazzjoni estensiva tal-Iskola Primarja ta' Ħal Qormi (San Ġorġ). Minkejja li dan il-proġett ma jinvolvix il-bini ta' skola ġdida, l-Iskola Primarja ta' Ħal Qormi, li se tibqa' fil-binja storika eżistenti, se tkun prattikament skola kompletament ġdida.
Wara li l-istatistika nazzjonali qed turi li l-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar kibret b’madwar 25% fl-aħħar tliet snin li jfisser li l-popolazzjoni tal-lokal issa telgħet għal madwar 26,000 ruħ, jista’ l-Ministru jgħid kif il-politika ġenerali tal-Gvern ta’ tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan qed taffetwa l-operat tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar? B’kemm żdidet il-popolazzjoni tal-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm hi l-popolazzjoni tal-iskola llum? Kif jaqbel dan mal-politika tal-Gvern li ried skejjel iżgħar u mhux akbar? Huwa minnu li l-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar ma tiflaħx għal dan l-influss? Kemm hemm klassijiet nieqsa biex jakkomodaw lil dawn l-istudenti? Kemm hemm containers/mobile class rooms fl-Iskola ta’ San Pawl u kemm qed jakkomodaw studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nikkonfermaw li l-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar żdiedet sew f’dawn l-aħħar snin. Huwa importanti li jiġi nnutat li din il-popolazzjoni tiġbor il-firxa tal-lokalitajiet minn Burmarrad sax-Xemxija u mill-Wardija sa Bugibba u l-Qawra. Għalhekk ġie deċiż minn snin qabel li tinbena l-iskola tal-Qawra għal dan il-għan.
Illum fil-binja tal-iskola tal-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fi ħdan il-Kulleġġ Mara Reġina hemm 1084 student. Ta’ min wieħed jinnota li ma’ dawn l-istudenti hemm 106 studenti oħra minn dan il-lokal li qegħdin jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għargħur u 103 oħra qegħdin jattendu n-Naxxar Induction Hub biex jiskbu kompetenza fil-kommunikattiva fl-Ingliż u l-Malti. Jiġifieri f’din is-sena skolastika 2018/2019 minn San Pawl il-Baħar hemm b’kollox 1293 student kif indikat hawn taħt:
2013-14: 877
2014-15: 971
2015-16: 957
2016-17: 1053
2017-18: 1008
2018-19: 1084
+ 106 (Kulleġġ Maria Reġina, Primarja Għargħur)
+ 103 (Kulleġġ Maria Reġina, Naxxar Induction Hub)
= 1293
Il-politika tal-Gvern li jkun hemm skejjel żgħar ġiet segwita meta ttieħdet id-deċiżjoni skont il-pjan li tinbena l-iskola Primarja tal-Qawra li se tiftaħ fis-sena skolastika li ġejja (2019-20).
M’hemm l-ebda klassi nieqsa għaliex l-istudenti li f’das-sentejn li għaddew kellhom bżonn l-għajnuna fil-kompetenza tal-kommunikattiva, l-ewwel bdew fin-Naxxar Induction Hub u wara ġew integrati fl-iskola tal-istess Kulleġġ, il-Primarja ta’ Ħal Għargħur.
Min-naħa l-oħra sakemm titlesta l-iskola fuq is-sit tal-Qawra, ġew miżjuda mal-binja tal-iskola ta’ San Pawl il-Baħar ammont ta’ pre-fabricated classrooms biex iwieġbu għad-domanda ta’ żjieda ta’ studenti f’din l-iskola.
Pre-fabricated classrooms hemm 12 jilqgħu fihom madwar 110 student li x’uħud minnhom huma klassijiet normali (Home Classes) u oħrajn huma utilizzati għal lezzjonijiet bħal PSCD, laqgħat mal-Guidance teachers, eċċ. Dawn ilhom jintużaw għal dawn l-aħħar erba’ snin skolastiċi.
Skola Sekondarja taż-Żejtun – bini ta’ sular ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li anke fil-bini ta’ sular ieħor fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun waqa’ lura l-Gvern? Kemm hemm tfal f’din l-iskola? Kemm żdiedu fl-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid jekk hux minnu li anke hawn qed jintużaw containers/mobile classrooms? Kemm se jakkomodaw studenti? Jista’ jikkonferma li anke hawn hemm nuqqas ta’ spazju li qed jinħoloq minħabba l-politika ġenerali tal-Gvern ta’ tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Jidher li l-mistoqsijiet tal-Onorevoli Interpellant huma bbażati fuq rapporti skorretti li dehru f'xi mezzi tax-xandir fl-aħħar jiem. Il-proċess biex jinbena sular addizzjonali fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun inbeda u qiegħed miexi skont kif ippjanat. Fil-mument, mhumiex qegħdin jintużaw mobile classrooms ġo din l-iskola. Biss dawn huma ppjanati li jintużaw waqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-bini eżistenti. Il-qies ta’ dawn il-mobile classrooms huwa simili għal dak tal-klassijiet eżistenti f’din l-iskola u għalhekk jakkomodaw l-istess numru ta’ studenti.
Iż-żieda fis-suġġetti mgħallma fl-iskola fil-preżent, kif ukoll is-servizzi addizzjonali li qegħdin ikunu offruti lill-istudenti, kienu r-raġunijiet għaliex inħasset il-ħtieġa li jinbnew sulari addizzjonali f’din l-iskola.
In-numru ta’ studenti li jattendu/attendew l-Iskola Sekondarja taż-Żejtun f’dawn l-aħħar snin huwa kif se nsemmi:
· 2015/16 640 student
· 2016/17 680 student
· 2017/18 756 student
Dawn il-figuri juru żieda ta' madwar 18% u għalhekk il-Gvern ħa r-responsabbiltà li jagħmel estensjoni tal-iskola biex ikun jista' jagħti edukazzjoni xierqa lil aktar studenti.
Kif ingħad diġà, il-bini ta' estensjoni kif ukoll ir-rinovar tal-Iskola Sekondarja fiż-Żejtun se jsir skont kif skedat. Il-portable cabins (jew klassijiet mobbli) se jintużaw temporanjament sakemm isiru x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u rinovar fuq żewġ blokkijiet f'din l-iskola. Il-klassijiet mobbli huma attrezzati bil-faċilitajiet kollha daqs l-aqwa klassijiet. Il-klassijiet mobbli jinkludu:
· sistema tal-elettriku, inkluż
electrical control
panel
,
power points,
internet points
u dawl artifiċjali abjad,
· arja kondizzjonata;
· żewġ twieqi f'kull klassi li jistgħu jinfetħu u bi ħġieġ
double
glazed
,
kompluti b'
roller blinds
u
insect
screens
;
·
emergency light
għal kull klassi u
toilet
;
·
fire alarm system
f'kull klassi sabiex jintlaħqu Standards Ewropej;
· il-materjal tal-klassi jrid ikun
fire safety compliant
għal Standards Ewropej;
· il-ħxuna tal-ħitan tkun 50mm, bil-kulur taż-żebgħa fuq barra tintagħżel mill-Perit responsabbli (kif ukoll mill-FTS u l-MEDE);
· l-art tkun miksija jew b'materjal PVC jew
heavy duty
Viny
l
,
liema materjal ikun deċiż mill-Perit (kif ukoll mill-FTS u l-MEDE); u
· t-
toilets
ikunu kompluti bl-aċċessorji kollha, inkluż bis-servizzi kollha tal-ilma u d-drenaġġ, kif ukoll b'tieqa li tista' tinfetaħ bi ħġieġ
frosted
, b'sink taċ-ċeramika, bi
flushing
,
b'
water
heater
,
u b'
emergency
light
.
Kull klassi tkun armata bl-apparat kollu neċessarju għat-tagħlim, bħal kwalunkwe klassi oħra. L-għalliema jkunu jistgħu jattrezzaw il-klassijiet bi kwalunkwe materjal li jużaw fil-klassijiet 'normali'.
Unjoni tal-Għalliema – taħditiet fuq bidliet tal-Att tal-Edukazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet fuq il-bidliet fl-Att tal-Edukazzjoni, li kienu ġew irtirati mill-Gvern wara protesti kbar mill-Union tal-Għalliema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru bħalissa qiegħed f’diskussjonijiet mal-partijiet konċernati sabiex isiru t-tibdiliet meħtieġa fl-Att tal-Edukazzjoni.