Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u li joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? F’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Fran li jaħmu ħobż tal-Malti — sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sussidji jingħataw il-fran li jaħmu ħobż tal-Malti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onororevolli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fran protetti taħt xi skema jew regolament tal-ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fran humiex protetti taħt xi skema jew regolament tal-ippjanar? Jekk iva, għal liema minn dawn taqa’ din il-protezzjoni? Jista' jgħid kemm hawn fran protetti f’Malta u fejn qegħdin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li għalkemm m’hemmx skema jew regolament speċifiku tal-ippjanar dwar protezzjoni tal-ifran, hemm proċessi sabiex meta xi proprjeta’ jkun jixirqilha protezzjoni minħabba valur storiku, arkitettoniku, kulturali jew mod ieħor, tiskatta evalwazzjoni ta’ tali proprjeta’ u jekk ikun meqjus xieraq tingħata l-protezzjoni fil-livell xieraq. Fil-fatt hemm tlett ifran li ingħataw protezzjoni fi Grad 1 jew 2 minħabba l-valur arkitettoniku tagħhom. Dawn huma: · Blackley Bakery, Triq id-Duluri / Triq it-Telgha ta' Guardamangia, Tal-Pieta – Skedata fi Grad 2 · Knights' Bakery as part of Fort Chambray, Fort Chambray, Ghajnsielem – Skedata fi Grad 1, u · Forn/Kalkara fis-Simblija, Ir-Rabat – Skedata fi Grad 2 Sadanittant, jien infurmat ukoll, li meta is-Sovraintendenza għal Protezzjoni tal-Wirt Kulturali jidhrilha li proprjeta’ għandha tkun protetta din ukoll tkun tiskatta l-proċess li semmejt flimkien mal-Awtorita’ tal-Ippjanar
Leg 13 PQ #22542 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti li qed jippruvaw japplikaw għal Get Qualified

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex studenti li qed jippruvaw japplikaw għal Get Qualified b'data ta' ċertifikazzjoni 2024 mhux jitħallew japplikaw u meta jċemplu 153 jingħaddilhom li ħadd għadu ma jaf jekk l-iskema hux se tiġi estiża wara 2023?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 13 PQ #22465 Sitting 496 2021-10-13 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

FTS – lista ta’ servizzi professjonali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22223 tista’ l-Ministru tagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntrattat il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) fl-aħħar seba’ snin? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Intgħażlu skont il-proċeduri stabbiliti tal-procurement.
Leg 13 PQ #22466 Sitting 496 2021-10-13 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli — amministraturi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22054 dwar inġustizzja fil-konfront tal-amministraturi taċ-Ċentri tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, tista’ l-Ministru tagħti data sa meta se sseħħ ir-riforma msemmija f’dawn l-iskejjel speċjalizzati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif il-qafas tar-riforma jkun lest dan jiġi ppubblikat għal perjodu ta' konsultazzjoni pubblika.
Leg 13 PQ #22467 Sitting 496 2021-10-13 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

COVID-19 — Skejjel primarji – għalliema li għallmu fi klassi waħda minflok is-suġġett tagħhom

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22123 tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha mitluba kif tindika d-domanda oriġinali, jiġifieri għal kull sena skolastika, inkluż din is-sena skolastika preżenti, li ntlaqtet mill-pandemija COVID-19?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif dwar in-numru ta’ għalliema fl-Iskejjel Primarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti li jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika, PSD, Mużika u Arti li flok għallmu s-suġġett tagħhom, kellhom jgħallmu fi klassi waħda minħabba l-passi ta' prekawzjoni relatati ma' COVID-19 huwa kif ġej: Sena Skolastika 2020/21 Sena Skolastika 2021/22 Suġġett Stat Knisja Indipendenti Stat Knisja Indipendenti Arti 4 0 1 1 1 0 Mużika 2 6 1 3 2 0 PE 9 4 0 4 1 0 PSCD 3 4 0 5 1 0
Leg 13 PQ #22469 Sitting 496 2021-10-13 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għal Għawdex

Tiġrijiet taż-żwiemel – Korsa Ta’ Xħajma — spettaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jitħallew jidħlu spettaturi waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Korsa ta’ Xħajma? Jista’ jgħid x’miżuri ttieħdu biex kollox jimxi skont il-protokolli tas-saħħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Korsa ta’ Xħajma mhumiex jidħlu spettaturi. Qiegħdin jidħlu biss l- owners taż-żwiemel, il-handlers u il-jockeys.

Spettaturi f'Attività sportiva — Kriterji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid u jiċċara xi kriteriji qed jintużaw fil-każ ta' spettaturi f’attività sportiva u jekk dawn il-kriterji hux qed ivarjaw skont l-isport partikolari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-Mandatory Standards for Sports Activities, l-attendenza ta' spettaturi hija permessa fi kwalunkwe avveniment sportiv, inklużi logħbiet tal-kampjonat, provi tal-ħin, kompetizzjonijiet sportivi u sessjonijiet ta' taħriġ skedati u organizzati minn entitajiet irreġistrati ma' Sport Malta. Dan huwa applikabbli għall-isports kollu. L-attendenza tal-ispettaturi hija rregolata skont l-iStandards for safer organised controlled events. Dawn l-istandards jistipulaw li l-attendenza għandha tkun permezz ta’ booking/reservation/ tickets u kif ukoll reġistrazzjoni minn qabel. Id-dħul huwa esklussivament fuq preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' tilqim validu. Għal avvenimenti bħal dawn għandu jkun hemm organizzatur li jkun identifikat u responsabbli għall-avveniment.
Leg 13 PQ #22448 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Superviżjoni fuq trasport tat-tfal tal-iskola

Question

Wara l-każ fejn xufier allegatament ħalla tifla tal-iskola ta’ tliet snin waħedha għal sigħat twal, tista’ l-Ministru tgħid kif qed tiggarantixxi li t-trasport imħallas mill-istat u l-privat, qed ikollu superviżjoni adegwata mat-tfal? Kemm saru spezzjonijiet fl-aħħar tliet snin? Fuq xiex saru? X’se jsir biex dan il-każ ma jerġax jirrepeti ruħu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. interpellant li hekk kif sirt naf bil-każ ittieħdu l-passi meħtieġa inkluż ħatra ta’ bord ta’ inkjesta.
Leg 13 PQ #22449 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għalliema li talbu jew ħadu trasferiment minn Skejjel tal-Knisja għal Skejjel tal-Istat u viċe-versa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm edukaturi li talbu jew ħadu trasferiment minn Skejjel tal-Knisja għal dawk tal-istat u viċi versa mill-2013 lil hawn maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll kemm edukaturi li minn skejjel indipendenti daħlu jaħdmu fi skejjel tal-istat? Tista’ tgħid għaliex l-edukaturi tal-skejjel indipendenti mhumiex iżommu l-istess skala, grad u salarju bħalma jiġri fil-każ ta’ għalliema ta’ skejjel tal-knisja? X’inhu jsir biex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-iskejjel tal-Knisja għandhom proċess ta’ reklutaġġ separat u distint.
Leg 13 PQ #22450 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għalliema Għawdxin li kienu qed jaħdmu Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema Għawdxin li matul is-sena skolastika li għaddiet kienu jaħdmu Malta u għas-sena skolastika preżenti ntbagħtu lura biex jaħdmu Għawdex? Tista’ tgħid ukoll liema kienu s-suġġetti u livelli li kienu jgħallmu Malta u liema qiegħed jgħallmu Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li għas-sena skolastika 2021/2022 kien hemm erba’ (4) għalliema li ntbagħtu jgħallmu Għawdex. Dawn kienu għalliema tal-Primarja, Mużika u Edukazzjoni Fiżika. L-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika u Mużika jgħallmu kemm fil-primarja kif ukoll fl-iskola medja u sekondarja.
Leg 13 PQ #22451 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Malta School of Drama – Serqa mill-binja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li matul is-sena skolastika li għaddiet saret serqa mill-binja tal-Malta School Of Drama? Jekk hu minnu, tista’ tgħid kemm kien l-ammont li nsteraq u x'investigazzjoni għaddejja?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. interpellant li huwa minnu li matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm serq mill-binja tal-MAVC Malta School of Drama & Dance fil-Blata l-Bajda, li dwar din is-serqa sar rapport immedjatament mill-istess skola lill-Pulizija li għadha qed tinvestiga.
Leg 13 PQ #22452 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

School leaving Certificate – studenti li jridu japplikaw għall-istipendju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid hux minnu li studenti fis-6th Forms qed isibu problema biex japplikaw għall-istipendju minħabba li l-school leaving certificate għadu ma ħariġx? Jekk mhux il-każ tista’ tgħid meta ħareġ l-school leaving certificate?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Jiena infurmata li l-applikazzjonijiet għall-istipendju jibqgħu miftuħin sal-aħħar ta’ Diċembru 2021. F'dawk il-ftit każijiet fejn l-istudenti għadhom ma rċevewx iċ-Ċertifikat u l-Profil tal-Iskola Sekondarja, ser ikunu qed jirċevuh sal-aħħar t’Ottubru 2021. Kull min għandu diffikultà jista' jagħmel kuntatt mad-dipartiment konċernat fuq 25980000.
Leg 13 PQ #22224 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

FTS – proġetti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li qed taħdem fuqhom l-FTS bħalissa? Tista’ tagħti deskrizzjoni żgħira ta’ kull proġett, inkluż stima u l-istadju li wasal fih il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22225 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola tal-Qawra – spiża

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-iskola tal-Qawra swiet kważi d-doppju ta’ dak li kien stmat li se tiswa? Fiex kienet in-nefqa żejda minn dak stmat? Żdiedu l-affarijiet li nxtraw? Intesew jiġu inklużi affarijiet fl-istadju tal-ippjanar? Għolew l-affarijiet fuq il-prezz miftiehem fit-tender? Huwa minnu li hemm affarijiet li ma sarux skont l-ispecifications tat-tender, bħal soffitti, aperturi, madum, airconditions, ditti li mhux miftiehma?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li l-ispiża fattwali tal-Iskola Primarja tal-Qawra swiet biss 4.7% aktar mill-istima u mhux kif qed jgħid l-Onor. Interpellant fuq proġett ta' 'l fuq minn €13-il miljun, varjazzjoni bħal din hija normali. Dan huwa Gvern li kommess ikompli jinvesti fl-iskejjel għal uliedna.
Leg 13 PQ #22226 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola tal-Qawra – compliance certificate tal-bini

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-compliance certificate tal-bini tal-Iskola tal-Qawra? Jekk dan għadu ma’ ngħatax, tista’ tgħid għaliex u kif qed topera l-iskola mingħajru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej il-proċess ta’ sanzjonar għall-binja tal-Iskola Primarja tal-Qawra biex jirrifletti emendi li kienu neċessarji u kumplimentari għall-iskola.
Leg 13 PQ #22227 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

FTS — promozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm promozzjonijiet fl-FTS mill-bidu tal-2017 sal-lum? Mil-liema grad għal-liema grad ingħatat kull promozzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li kien hemm 39 promozzjoni. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.