Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #11461 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Visa lil studenti barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il student barrani ħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #11462 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Visa lil studenti — spot checks

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il spot check saret f’istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi assigurat li kull student li ngħata visa biex jistudja f’Malta fil-fatt beda u baqa’ jsegwi l-kors edukattiv li applika għalih? X’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispot checks? Kemm studenti fil-fatt ingħataw visa u qatt ma bdew jew spiċċaw il-kors li ngħataw il-visa għalih?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #11463 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Visa lil studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student barrani ħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #11464 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Visa lil studenti barranin — spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spot check saret f’istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi assigurat li kull student li ngħata visa biex jistudja f’Malta fil-fatt beda u baqa’ jsegwi l-kors edukattiv li applika għalih? X’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispot checks? Kemm studenti fil-fatt ingħataw visa u qatt ma bdew jew spiċċaw il-kors li ngħataw il-visa għalih?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11410.

Visa lil studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student barrani ħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Visa lil studenti barranin — spot checks

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il spot check saret f’istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi assigurat li kull student li ngħata visa biex jistudja f’Malta fil-fatt beda u baqa’ jsegwi l-kors edukattiv li applika għalih? X’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispot checks? Kemm studenti fil-fatt ingħataw visa u qatt ma bdew jew spiċċaw il-kors li ngħataw il-visa għalih?

Response (ABELA, CARMELO)

Nissuġġerixxi li mistoqsijiet intizi għall-Prim Ministru jsiru lill-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #11406 Sitting 253 2019-10-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST — rapport dwar abbużi f'amministrazzjoni u tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-inkjesta dwar abbużi fl-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fuq parir legali, dispost li nuri dan ir-rapport, jekk hu jixtieq, privatament u b'mod kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #11410 Sitting 253 2019-10-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kull akkademja jew istituzzjoni edukattiva fuq kemm inġiebu studenti barranin f'dawn l-aħħar sentejn? Jista’ jgħid mil-liema pajjiżi ġew u għal-liema korsijiet applikaw? Jista’ jgħid ukoll kemm saru spezzjonijiet mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) sabiex jaraw li l-istudenti verament qegħdin jattendu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Minħabba li informazzjoni dwar statistika ta' istituzzjonijiet edukattivi privati tista' tkun ta' natura kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva, qiegħed nagħti t-total ta' studenti barranin għas-sena akkademika 2017-18. Dan jammonta għal 7,167 u jinkludi studenti f’kull livell (MQF level 1 sa MQF level 8) inkluż ukoll is-Sixth Form. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista b’tagħrif dwar in-nazzjonalità tal-istudenti barranin fl-istess sena akkademika. Infurmat li l-NCFHE u l-NSO għadhom għaddejjin bil-proċess ta’ ġbir tal-istatistika għas-sena akkademika 2018-19. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li l-NCFHE ma tagħmilx monitoraġġ tal-attendenza tal-istudenti.
Leg 13 PQ #11343 Sitting 251 2019-10-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat, Għawdex – skola ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-iskola l-ġdida tar-Rabat, Għawdex li issa ilha mwiegħda tal-anqas ħames snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kif ġa ħabbarna pubblikament, fis-sit tal-iskola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex instabu fdalijiet ta’ barriera għall-qtugħ tal-blat li jmorru lura għal żmien ir-Rumani. Din l-iskoperta saret waqt tħaffir investigattiv maqbul bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni arkeoloġika qabel isir l-iżvilupp skont kif provdut fl-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Fid-dawl ta’ dan, il-Fondazzjoni ħadmet mas-Sovrintendenza biex il-periti inkarigati mill-proġett jagħmlu reviżjonijiet fil-pjanti tal-iskola biex inħarsu dawn il-fdalijiet għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. Ninsab assigurat li ttieħdu, u se jkunu qed jittieħdu, l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni, il-ħarsien u l-konservazzjoni ta’ dawn il-fdalijiet – u nemmen li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dan kollu. Ninsab ċert ukoll li l-Onor. Interpellant japprezza li ż-żmien li fih kien ippjanat li jsir dan il-proġett intlaqat sew mis-sejba ta’ dawn il-fdalijiet kif ukoll mit-tibdil fil-pjanti li dan ġab miegħu. Minkejja dan, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa issa ngħatat tender biex jitħaffer is-sit fejn se tinbena l-iskola waqt li sejħa għall-offerti għall-bini tal-iskola għalqet ftit jiem ilu. Ninsab mgħarraf li sakemm ma jinqalgħux problemi mhux previsti, xogħlijiet ta’ din in-natura normalment jieħdu bejn sentejn u sentejn u nofs. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada se tagħmel ħilitha biex twassal il-proġett sa tmiemu fl-inqas żmien possibbli.
Leg 13 PQ #11344 Sitting 251 2019-10-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Talbiet pendenti għal-LSEs fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-LSEs fl-iskejjel tal-Istat, fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel Indipendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet għal-LSEs isiru matul is-sena kollha. Infurmat li t-talbiet għal-LSEs li qed ikunu pproċessati huma kif se nsemmi: Skejjel tal-Istat - 154 Skejjel tal-Knisja - 129 Skejjel Indipendenti - 42
Leg 13 PQ #11345 Sitting 251 2019-10-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel tal-Istat – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema skejjel kien għadu għaddej xogħol ta’ manutenzjoni kif bdiet is-sena skolastika u li ma laħaqx sar matul is-sajf kif ippjanat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant li xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel ikun kollu ppjanat u jsir matul is-sena kollha u mhux biss fix-xhur tas-sajf.
Leg 13 PQ #11346 Sitting 251 2019-10-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kulleġġ San Tumas More – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li sat-tieni ġimgħa tas-sena skolastika, fl-iskola medja tal-Kulleġġ San Tumas More f’Ħal Tarxien, għadu għaddej ix-xogħol? Jista’ jgħid hux minnu li fis-sulari ta’ isfel tal-istess skola, il-klassijiet li suppost jintużaw għal home economics kienu għadhom żarmati bi trabijiet kullimkien u borom jiġru fil-kurituri?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għal din il-mistoqsija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jikkonferma li fil-mument għaddej xogħol ta’ immodernizzar ta’ Home Economics Lab ġewwa l-Iskola Medja ta’ Ħal Tarxien, fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More. Għalkemm qed isir dan ix-xogħol, infurmat li l-iskola titnaddaf b’mod regolari u mhux minnu li hemm trabijiet kullimkien. Fir-rigward ta’ oġġetti relatati ma' l-użu ta' Home Economics Lab(eż. borom) li ma jkunux qed jintużaw, dawn qed jiġu merfugħa f’kamra oħra.
Leg 13 PQ #11347 Sitting 251 2019-10-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kiri ta’ containers bħala mobile classrooms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm inkrew containers bħala mobile classrooms? Kemm jiswew? Mingħand min inxtraw jew inkrew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la qatt inxtraw u lanqas inkrew containers biex jintużaw bħala mobile classrooms.
Leg 13 PQ #11337 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kulleġġi tal-Istat – studenti li qed jieħdu tagħlim tal-etika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jieħdu t-tagħlim tal-etika preżentament f’kull kulleġġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa għadu qiegħed isir l-inputting mill-iskejjel tal-istudenti fil-korsijiet. Il-figuri preċiżi jkunu magħrufa iktar tard dan ix-xahar.
Leg 13 PQ #11338 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kulleġġi tal-Istat – studenti li qed jieħdu t-tagħlim tal-etika

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar kemm mill-istudenti li qed jieħdu t-tagħlim tal-etika fil-kulleġġi differenti huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa għadu qiegħed isir l-inputting mill-iskejjel tal-istudenti fil-korsijiet. Il-figuri preċiżi jkunu magħrufa iktar tard dan ix-xahar.
Leg 13 PQ #11339 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kulleġġi tal-Istat – studenti li qed jieħdu tagħlim tal-etika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-affiljazzjoni reliġjuża tal-istudenti li qed jieħdu t-tagħlim tal-etika fil-kulleġġi differenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel ma jkollhomx u anqas tista' tinżamm tali informazzjoni.
Leg 13 PQ #11340 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

American University of Malta — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha studenti l-American University of Malta sal-lum? Kemm minnhom ġew aċċettati u bdew din is-sena akkademika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni tal-Ministeru hija kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3019.
Leg 13 PQ #11341 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel tal-Istat – Mobile classrooms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn mobile classrooms bħalissa fl-iskejjel tal-Istat? F’liema skejjel qed jintużaw? X’inhi r-raġuni li qed jintużaw f’kull każ? Kemm hawn studenti qed jagħmlu użu minn dawn il-mobile classrooms?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 13-il temporary classroom fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u 10 fl-iskola sekondarja taż-Żejtun. F’San Pawl il-Baħar qed nużaw dawn il-klassijiet bħala estensjoni tal-iskola sakemm fi ftit xhur oħra niftħu l-iskola l-ġdida tal-Qawra. Fiż-Żejtun qed nużawhom waqt li jinsab għaddej xogħol estensiv biex inkabbru u nsebbħu l-iskola fejn qed nibnu sular ġdid fuq kull blokka u nimmodernizzaw il-bini eżistenti. L-Onor Interpellant jifhem li xogħol kbir bħal dan ma jistax isir mil-lum għal għada u bilfors irid jitqassam f’għadd ta’ fażijiet li jieħdu ż-żmien. Għaldaqstant, biex niżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi waqt li dan ix-xogħol ikun għaddej, kif ukoll biex kemm jista’ jkun nimxu max-xewqa ta’ bosta ġenituri biex it-tfal ma nċaqalquhomx mil-lokalità tagħhom, dehrilna li din hi l-aħjar soluzzjoni. Nieħu din l-okkażjoni biex inserraħ ras il-ġenituri ta’ tfal li jużaw dawn il-klassijiet temporanji li huma attrezzati bl-aħjar faċilitajiet sew ta’ tagħlim kif ukoll biex l-istudenti jkollhom kundizzjonijiet ambjentali xierqa. Bl-ebda mod ma aħna qed inbaxxu l-kwalità ta’ tagħlim bl-użu ta’ dawn il-klassijiet temporanji. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun hemm 176 student li qed jagħmel użu mit-temporary classrooms waqt li jużaw ukoll klassijiet oħra tal-iskola, filwaqt li fl-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar hemm sittin (60) student jagħmlu użu mit-temporary classrooms peress li ċertu prefabs jintużaw għal laqgħat jew one-to-one sessions.
Leg 13 PQ #11342 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Qawra – skola ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta l-iskola l-ġdida fil-Qawra li issa ilha mwiegħda sa mill-baġit tal-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kif bla dubju seta’ jara b’għajnejh stess l-Onor. Interpellant meta l-ġimgħa li għaddiet ħa sehem f’konferenza tal-aħbarijiet ħdejn l-iskola l-ġdida tal-Qawra, ix-xogħol fuq dan il-proġett bħalissa jinsab miexi b’ritmu sew. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jissaqqaf l-aħħar sular tal-iskola waqt li xogħol fuq servizzi elettriċi u mekkaniċi għaddej ġmielu. Il-bini tas-sala (multipurpose hall) – li hi maqtugħa mill-kumplament tal-iskola – se jitlesta sal-aħħar tas-sena. Ninsab infurmat li din l-iskola mistennija tilqa’ l-ewwel studenti fl-ewwel xhur tas-sena 2020.
Leg 13 PQ #9473 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex — Gozo College – lezzjonijiet imħassra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-Iskola Sekondarja tal-Gozo College fir-Rabat Għawdex, ripetutament qed jitħassru numru ta’ lezzjonijiet għall-istudenti tal-Form 5?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-eżamijiet ta’ nofs is-sena sal-14 ta’ Marzu 2019, il-lezzjonijiet tal-ħames sena li ma sarux kienu minħabba sick leave, attivitajiet edukattivi ġo l-iskola u barra mill-iskola, special leave u laqgħat tal-għalliema dwar is-suġġetti li jgħallmu.