Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #14434 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST – riżenja tal-President — azzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet qed jieħu wara r-riżenzja tal-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST?

Response (BONNICI, OWEN)

Wara r-riżenja tal-President tal-Bord tal-Gvernaturi, nħatar Aġent President biex jassumi l-funzjonijiet de quo skont il-liġi u dan ġie mħabbar pubblikament. Nieħu l-okkażjoni li nirringrazzja lis-Sur Frederick Schembri tal-ħidma eċċellenti li huwa wettaq fis-sentejn li dam fil-kariga ta' President tal-Bord tal-Gvernaturi.
Leg 13 PQ #14435 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST – Investigazzjoni fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-MCAST?

Response (BONNICI, OWEN)

L-investigazzjoni qed issir mill-korp tal-Pulizija wara referenza li saret mill-Ministeru stess fl-amministrazzjoni preċedenti u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku — reġistrar ta' tarbija b'isem bit-tipa Maltija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li meta tirreġistra tarbija mal-uffiċċju tar-reġistru pubbliku jinfurmawk li t-tipa tal-Malti ma tinsabx fis-sistema taċ-ċivil u allura l-isem Malti ma jistax jiġi rreġistrat formalment kif suppost? Jista' jgħid meta fi ħsiebu jsolvi din il-problema tar-Reġistru Pubbliku u Identity Malta, biex ikompli jipproteġi l-lingwa u l-identità Maltija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 14119.
Leg 13 PQ #14051 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola tal-Qawra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-iskola tal-Qawra li ilha mwiegħda għall-aħħar 5 snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskola Primarja tal-Qawra se tkun lesta din is-sena stess.
Leg 13 PQ #14052 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Imsida – bini ta’ skola

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-aħħar żviluppi dwar il-bini tal-iskola ġdida fl-Msida mħabbra snin ilu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'April 2020 beda x-xogħol ta' twaqqiegħ tal-iskola l-antika, l-iżmantellar ta’ parti mill-faċċata eżistenti skont il-kundizzjonijiet imposti mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll l-iskavar tas-sit. Is-sejħa għall-offerti għall-bini tal-iskola l-ġdida tagħlaq fil-5 ta’ Mejju 2020.
Leg 13 PQ #14053 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex – bini ta’ skola

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-aħħar żviluppi dwar il-bini tal-iskola ġdida fir-Rabat Għawdex imħabbra madwar sitt snin ilu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'April 2020 beda x-xogħol ta' skavar tas-sit. Minħabba fdalijiet arkeoloġiċi fis-sit, l-iskavar qiegħed isir b'makkinarju apposta u l-art viċin il-blat qed tkun skavata bl-idejn. Kif titlesta dil-fażi tibda l-kostruzzjoni tal-iskola.
Leg 13 PQ #14045 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti li ma humiex eliġibbli għall-benefiċċji tal-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux informat b’ilmenti inkluż mill-għaqdiet studenteski dwar inġustizzja li studenti li kienu wkoll jaħdmu part-time u jħallsu l-NI bħal kull ħaddiem ieħor, ma humiex eleġibbli għall-benefiċċji tal-COVID-19 skont il-kriterji tal-gvern? Jista’ jgħid x’se jkun qed jagħmel fil-konfront ta’ din is-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Is-sitwazzjoni qed tiġi analizzata attivament bil-għan li tinstab soluzzjoni ekwa u ġusta bla dewmien.
Leg 13 PQ #14046 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kif ukoll jagħti l-lista tal-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħtu u taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdanu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #14047 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Institute of Education – applikazzjonijiet għall-taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema u edukaturi li ngħataw jew qed jingħataw taħriġ mill-Institute of Education jew minn istituzzjoni oħra approvata dwar tagħlim online? Kemm applikaw edukaturi fl-aħħar sejħa tal-Institute of Education f’April u kemm applikaw ġenituri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li s-sessjonijiet li ngħataw mill-Institute for Education f'April ma kinux dwar tagħlim onlajn imma sessjonijiet għall-edukaturi u għall-ġenituri dwar suġġetti diversi u intużat il-modalità online. Fl-aħħar sejħa tal-Institute for Education f’April applikaw 379 edukaturi u 1214 ġenituri. Taħriġ dwar tagħlim online qed isir mid-Direttorat għat-Tagħlim Diġitali permezz ta’ sensiela estensiva ta’ webinars kif ukoll sapport individwali. Għal dan it-taħriġ online kien hemm 3,958 parteċipant. Iktar informazzjoni tinsab fuq digitalliteracy.skola.edu.mt.
Leg 13 PQ #14048 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Lezzjonijiet online

Question

Wara d-dikjarazzjoni tal-Ministru li “fil-fatt irrid ngħid li rnexxielna…niġu għal sitwazzjoni fejn it-tagħlim minn sistema tradizzjonali, fejn it-tagħlim isir fil-klassi, dan għadda f’perjodu qasir ħafna, għal tagħlim onlajn”, jista’ l-Ministru jelabora x’qed jifhem eżatt b’dan u jagħti informazzjoni dwar kemm qed isiru lezzjonijiet online?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li t-tagħlim onlajn qed isir fl-iskejjel kollha tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti, skont il-gwida mogħtija mill-Grupp ta’ Ħidma mwaqqaf mill-Ministeru. It-tagħlim onlajn qed isir ukoll fil-livelli kollha post-sekondarji inkluż dak terzjarju. Qed isir ukoll fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Istat li jagħtu korsijiet wara l-ħin tal-iskola u filgħaxija. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet ċirkularijiet, numri DCLE 04/2020, DCLE 05/2020 u DCLE 08/2020, li jagħtu iktar tagħrif dwar online teaching.
Leg 13 PQ #14049 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għalliema – kompjuters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm għalliema mingħajr kompjuters u kemm hemm għalliema b’kompjuters bil-ħsara?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dawk li kienu pendenti qed jitqassmu bħalissa. M’hemm xejn bil-ħsara iżda dawk li kienu meqjusa beyond economical repair qed jiġu mibdula.
Leg 13 PQ #14050 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Perjodu post-Covid — Pjanijiet fl-Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet immedjati fl-Edukazzjoni għal perjodu post-COVID-19?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħa rwol proattiv u bis-saħħa tat-task force li fiha ġabar lill-istakeholders ewlenin fis-settur ser ikompli jippjana t-triq 'il quddiem, anke fid-dawl tad-direzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tas-Saħħa. Waqt li qed ikunu konsolidati prattiċi tajbin li introduċejna waqt dan il-perjodu, se nkunu qed inħabbru inizjattivi oħra ġodda fil-jiem li ġejjin.
Leg 13 PQ #13638 Sitting 318 2020-04-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Supply teachers u LSEs — ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-supply teachers u LSEs hux se jitħallsu minħabba li ġie mħabbar li l-iskejjel ser jibqgħu magħluqa sa Settembru li ġej?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont LN 41 tal-2020 ingħalqu l-iskejjel u mhux it-tagħlim li baqa' għaddej online. Is-supply teachers u supply LSEs għandhom kuntratt sal-31 ta’ Awwissu, mhumiex holiday u għal xogħolhom se jitħallsu.
Leg 13 PQ #13535 Sitting 314 2020-03-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

FES – ħlas lil ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) hux se tkun qed tħallas lil dawk kollha li jaħdmu magħha fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, inklu¿ dawk part-time bħal Child Support Workers, Play Workers u oħrajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #13349 Sitting 311 2020-03-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kulleġġi – tagħlim tal-etika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kull kulleġġ kemm hemm studenti li qed jieħdu t-tagħlim tal-etika? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant hu kif ġej: Kulleġġ Maltin Barranin Total Gozo College 81 121 202 Maria Regina College 503 892 1395 St Benedict College 180 108 288 St Clare College 234 481 715 St Gorg Preca College 92 62 154 St Ignatius College 134 87 221 St Margaret College - 1 1 St Nicholas College 52 41 93 St Theresa College 194 187 381 St Thomas More College 219 146 365 Total 1,689 2,126 3,815
Leg 13 PQ #13350 Sitting 311 2020-03-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Programme for International Student Assessment – pjanijiet għal titjieb fl-edukazzjoni

Question

Wara li l-Programme for International Student Assessment (PISA) reġa’ kkonferma għal darb’oħra li l-progress fis-settur edukattiv f’pajjiżna huwa fqir u kajman meta kkomparat ma’ sistemi edukattivi ta’ pajjiżi oħra u li ftit li xejn għamel progress minn 10 snin ilu ’l hawn, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex pajjiżna jinqala’ minn din l-istatistika negattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li r-riżultat miġjub minn Malta għall-istudju tal-PISA li sar fl-2018 fost l-istudenti tal-11-il sena fi tmiem is-sekondarja, fil-Matematika, ix-Xjenza u l-Litteriżmu, għandu lezzjonijiet utli għalina l-Maltin. Fuq kollox wieħed għandu japprezza li l-iskejjel tal-Istat irnexxielhom jibqgħu jtejbu r-riżultati tagħhom b’mod kostanti minn ċiklu għal ieħor f’dawn l-aħħar tliet edizzjonijiet. Bħala Ministeru ser nibqgħu impenjati biex din ix-xejra pożittiva tissokta u b’hekk inkomplu nilħqu dejjem aktar tfal u studenti, u aktar ikomplu jirnexxu. Għalhekk din l-amministrazzjoni midded għonqa għal aktar ħidma minflok baqgħet gallarija u teħli l-ħin b’diskors irħis tal-gallarija. Għalhekk daħħalna l-Learning Outcomes fl-iskejjel, introduċejna suġġetti vokazzjonali u applikati, u beda jitħaddem l-Emergent Curriculum. Irrid infakkar li konna aħna li ftaħna l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u llum għandna r-Reading Recovery u numru ta’ skemi favur il-qari. Tejjibna l-kundizzjonijiet tal-gradi tal-għalliema bil-ftehim tal-2018 u ninsabu impenjati li nkomplu ntejbuhom. Ftaħna l-Istitut għall-Edukazzjoni u saħħaħna aktar it-taħrig inkluż dak kontinwu għall-għalliema. Imxejna aktar lejn l-assessjar bħala parti mit-tagħlim b’mod kontinwu.Determinati li ma niqfux hawnhekk. Ser nibqgħu impenjati u ambizzjużi biex ir-riżultati li kellha Malta ikomplu jitjiebu.
Leg 13 PQ #13349 Sitting 307 2020-03-10 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kulleġġi – tagħlim tal-etika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kull kulleġġ kemm hemm studenti li qed jieħdu t-tagħlim tal-etika? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #13350 Sitting 307 2020-03-10 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Programme for International Student Assessment – pjanijiet għal titjieb fl-edukazzjoni

Question

Wara li l-Programme for International Student Assessment (PISA) reġa’ kkonferma għal darb’oħra li l-progress fis-settur edukattiv f’pajjiżna huwa fqir u kajman meta kkomparat ma’ sistemi edukattivi ta’ pajjiżi oħra u li ftit li xejn għamel progress minn 10 snin ilu ’l hawn, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex pajjiżna jinqala’ minn din l-istatistika negattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #12482 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Qormi Outdoor Sports & Fitness Park – stat ta’ abbandun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Qormi Outdoor Sports & Fitness Park tħalla jaqa’ fl-istat ta’ abbandun li qiegħed fih illum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li SportMalta ilu mill-2013 jieħu ħsieb l-imsemmi outdoor fitness area. F’dan il-perjodu SportMalta sewwa kemm-il darba l-ħsarat li jsiru b’vandaliżmu fuq l-apparat eżistenti. L-outdoor equipment ġie spezzjonat fl-2019 fejn żewġ magni li ġew vandalizzati u mkissra nbidlu bi tnejn ġodda filwaqt li l-bqija ta’ l-apparat ġie miżbugħ. It-trampolin inbidel fl-2018 u reġa' ssewwa sitt xhur wara. Sadanittant reġgħu ġew ordnati set ta’ molol u clips biex jinbidlu wara li dan l-aħħar ġew vandalizzati u/jew misruqa. Gate li tagħti għaz-zona tat-tfal ġiet imqaċċta u msewwija kemm-il darba. Iċ-ċint tal-madwar issewwa kemm-il darba u partijiet minnu anki kellhom jinbidlu. SportMalta jżomm kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi fuq tiswijiet liema Kunsill għandu aċċess għal kameras fl-area. SportMalta jonfoq madwar €6,000 fis-sena fuq manutenzjoni u dawl. Infurmat ukoll li t-total tal-ispejjeż bejn l-2013 u l-2019 kien ta’ €428,553.00. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti ta’ tiswijiet li saru.
Leg 13 PQ #12483 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Qormi Outdoor Sports & Fitness Park — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar manutenzjoni fil-Qormi Outdoor Sports & Fitness Park?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 12482.